|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3089 |
27.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11973 — EVH GE / HSBC / ESG KRAFTWERKE WETTIN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/3089)
1.
Fl-20 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EVH Grüne Energie — Beteiligung GmbH & ampCo KG (“EVH GE”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-belt ta’ Halle (il-Ġermanja), |
|
— |
HSBC Alternative Investments S.C.A. SICAV-RAIF (“HSBC Alternative Investments”, il-Lussemburgu), proprjetà ta’ HSBC group (ir-Renju Unit). |
|
— |
ESG Kraftwerke Wettin GmbH &Co. KG (“ESG”, il-Ġermanja). |
EVH GE u HSBC Alternative Investments se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ESG.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
EVH GE hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriku, tal-gass u tas-sħana, kif ukoll fl-iżvilupp u l-operat tal-faċilitajiet rilevanti, |
|
— |
HSBC Alternative Investments hija kumpannija ta’ investiment tal-HSBC group. L-HSBC group huwa attiv f’diversi segmenti tal-industrija bankarja. |
3.
ESG se topera park solari f’Merbitz, il-Ġermanja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11973 – EVH GE / HSBC / ESG KRAFTWERKE WETTIN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (the “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3089/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)