|
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9759 — Nexi/Intesa Sanpaolo (Merchant acquiring business))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 180/11)
1.
Fid-19 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nexi S.p.A (“Nexi”, l-Italja), ikkontrollata minn Advent International Corporation u Bain Capital Investors, L.L.C, |
|
— |
In-negozju tal-akkwist merkantili ta’ Intesa Sanpaolo S.p.A (“in-negozju tal-akkwist merkantili tal-ISP”, l-Italja) |
Nexi takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju tal-akkwist merkantili kollu kemm hu tal-ISP.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Nexi: Nexi hija attiva fis-settur tas-sistemi tal-ħlasijiet bil-karta fl-Italja u tipprovdi firxa ta’ servizzi għall-merkanti, bħalma huma akkwisti merkantili, servizzi ta’ ipproċessar u provvista ta’ terminals tal-POS u servizzi relatati. |
|
— |
in-negozju tal-akkwista merkantili tal-ISP: il-provvista ta’ servizzi tal-akkwist merkantili primarjament fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9759 — Nexi/Intesa Sanpaolo (Merchant acquiring business)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).