|
6.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Awwissu 2011
li tapprova l-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5625)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(2011/493/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-paragrafu 2 tal-Parti B tal-Anness XVIII tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/85/KE (“id-Direttiva”) tintroduċi l-miżuri tal-Unjoni għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, inklużi dawk li jridu jiġu applikati jekk ikun hemm konferma tal-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ. |
|
(2) |
Ġie kkonfermat każ wieħed tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-ħnieżer slavaġ u 11-il tifqigħa ta’ din il-marda fil-bhejjem domestiċi fir-reġjun ta’ Burgas fil-Bulgarija bejn il-5 ta’ Jannar u s-7 ta’ April 2011. Bħala riżultat ta’ dan, il-Bulgarija ħadet il-passi fil-qafas tad-Direttiva. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 85(4) tad-Direttiva, malli l-awtorità kompetenti tal-Bulgarija kellha l-konferma tal-każ primarju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ, applikat il-miżuri stipulati fil-Parti A tal-Anness XVIII tad-Direttiva biex tnaqqas il-firxa tal-marda. |
|
(4) |
Barra minn hekk, il-Bulgarija fasslet pjan biex teqred il-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fiż-żona li ġiet identifikata li kienet infettata u speċifikat il-miżuri li ġew applikati fl-azjendi li qegħdin f’dik iż-żona skont il-Parti B tal-Anness XVIII tad-Direttiva. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ April 2011, fi żmien 90 ġurnata wara l-konferma tal-preżenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ, il-Bulgarija ressqet pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ f’partijiet mir-reġjuni ta’ Burgas, Yambol u Haskovo. |
|
(6) |
Wara valutazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, instab li l-pjan imressaq mill-Bulgarija jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti B tal-Anness XVIII tad-Direttiva u jidher li jwassal għall-kisba tal-objettivi mixtieqa. Għaldaqstant, il-pjan għandu jiġi approvat. |
|
(7) |
Barra dan, f’xi partijiet tar-reġjuni ta’ Burgas u Yambol, il-miżuri stipulati fil-pjan tal-qerda huma rinfurzati bil-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (2). |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-approvazzjoni tal-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ fil-Bulgarija
Il-pjan imressaq quddiem il-Kummissjoni mill-Bulgarija fl-4 ta’ April 2011 għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ li huma suxxettibbli għal din il-marda fiż-żoni stabbiliti fl-Anness huwa approvat.
Artikolu 2
Il-konformità
Il-Bulgarija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni u tippubblika dawk l-istess miżuri.
Hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 3
Id-Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Żoni fil-Bulgarija fejn għandu jiġi implimentat il-pjan għall-qerda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimali slavaġ suxxettibbli għaliha
Iż-żoni fir-reġjuni ta’ Burgas, Yambol u Haskovo fil-perimetri li jidhru hawn taħt:
|
1. |
Il-limitu tal-fruntiera tat-Tramuntana:
|
|
2. |
Il-limitu tal-fruntiera tal-Punent:
|
|
3. |
Il-limitu tal-fruntiera tan-Nofsinhar: Il-fruntiera nazzjonali (kemm l-art kif ukoll ix-xmara) bejn il-Bulgarija u t-Turkija bejn Kapitan Andreevo fil-Punent u Rezovo fil-Lvant. |
|
4. |
Il-limitu tal-fruntiera tal-Lvant: Il-kosta tal-Baħar l-Iswed bejn Rezovo u Kiten. |