Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, p. 35).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa ta’ din id-direttiva.
2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.