31994D0673



Official Journal L 266 , 15/10/1994 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 18 Volume 1 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 18 Volume 1 P. 0005


Id-Deċiżjoni tal-kunsill

ta’ l-10 ta’ Ottubru 1994

li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni definita fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u dwar is-sospensjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq il-kummerċ mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbja u Montenegro)

(94/673/PESK)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu J.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 943 (1994) adottata fit-23 ta’ Settembru 1994 mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Nazzjonijiet Uniti,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

F’konformità mar-Riżoluzzjoni 943 (1994) adottata fit-23 ta’ Settembru 1994 mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Nazzjonijiet Uniti, ċerti restrizzjonijiet fuq il-kummerċ mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbja u Montenegro) għandhom jiġu sospiżi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-10 ta’ Ottubru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Waigel

--------------------------------------------------