19.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10615 — BOOKING HOLDINGS / ETRAVELI GROUP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 402/07)

1.   

Fl-10 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Booking Holdings Inc (“Booking”, l-Istati Uniti),

—

Flugo Group Holdings AB (“Flugo”, l-Iżvezja).

Booking se tikseb, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ partijiet ta’ Flugo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Booking: kumpanija tal-ivvjaġġar pubblika u globali attiva fil-provvista ta’ servizzi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar online (online travel agency, “OTA”) u ta’ metatiftix primarjament għal akkomodazzjonijiet, filwaqt li tipprovdi wkoll servizzi għal titjiriet, kiri ta’ karozzi u attivitajiet. Il-marki ewlenin ta’ Booking jinkludu Booking.com, Priceline, Agoda, KAYAK, Rentalcars.com u OpenTable.

—

Flugo: bl-isem kummerċjali “eTraveli”, toffri servizzi OTA li huma ffukati kważi esklużivament fuq il-bejgħ ta’ titjiriet, filwaqt li hija attiva wkoll, sa ċertu punt, fil-bejgħ tal-akkomodazzjoni u tal-kiri tal-karozzi (ETG hija attiva wkoll fil-provvista ta’ servizzi ta’ distribuzzjoni tal-kontenut tal-linji tal-ajru, permezz ta’ TripStack. L-attivitajiet ta’ metatiftix ta’ Flugo li huma operati taħt il-marka Flygresor ma jifformawx parti mill-konċentrazzjoni proposta.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10615 – BOOKING HOLDINGS / ETRAVELI GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet).