31995R1627



Official Journal L 155 , 06/07/1995 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/95

tal− 5 ta' Lulju 1995

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li twaqqaf fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi li ma jkunux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew minn regoli Komunitarji speċifiċi oħra dwar l-importazzjoni, minn liċenzja Komunitarja ta'l-importazzjoni, u li jemenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 Marzu ta'1994 fuq regoli komuni għall-importazzjoni ta' tessuti minn pajjiżi mhumiex membri mhux koperti bi ftehim bilaterali, Protokolli jew arranġamenti oħra jew minn regoli speċifiċi tal-Komunità [1] kif emendati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1325/95 [2], u b'mod partikulari Artikolu 21 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 [3] fih ċerti żbalji fil-formulazzjoni tiegħu, meta wieħed iqis Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li fuqu dan ir-Regolament huwa bbażat, huwa għalhekk xieraq li wieħed jirranġa s-sitwazzjoni billi jemenda r-Regolament (KE) Nru 3168/94 b'effett retroattiv sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament eżistenti (KE) Nru3168/94;

Billi l-modifikazzjonijiet ipprovduti f' dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Fit-titolu l-kliem "u li jemenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament" għandhom jitneħħew;

2. fit-tieni paragrafu tal-preambolu il-frażi "u biex jemenda jew iwettaq ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 517/94" għandha titneħħa;

3. f'Artikolu 1, il-kliem "Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej" għandu jiġi mibdul bil-kliem "Biex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 517/94 l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni u l-estratti għandhom jinħarġu skond il-kundizzjonijiet u jkunu konformi mal-kampjun kif jidher fl-Anness";

4. f'Artikolu 1 il-kliem "1. is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 18(1)" għandu jiġu kanċellati;

5. f'Artikolu 1(2) u (3) għandhom jiġu kanċellati;

6. f'Anness il-kelmiet "Anness VIII" jiġu kanċellati;

7. fl-Anness, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"5. Malli joħorġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni jew estratti għandhom jingħataw numru tal-ħruġ li għandu jiġi stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. In-numru tal-licenzja tal-importazzjoni għandu jkun nnotifikat lill-Kummissjoni b'mod elettroniku fis-sistema integrata strabbilita taħt Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 517/94."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandu jibda jgħodd mill-24 Diċembru 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Leon Brittan

Vici President

[1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1.

[2] ĠU L 128, tat-13.6.1995, p. 1.

[3] ĠU L 335, tat-23.12.1994, p. 23.

--------------------------------------------------