26.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 176/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9838 — Altor Fund Manager/Eleda/JVAB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 176/05)

1.   

Fit-13 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Altor Fund Manager AB (“Altor Fund Manager”, l-Iżvezja),

—

Eleda Group Holding AB (“Eleda”, l-Iżvezja),

—

JV Partners AB (“JVAB”, l-Iżvezja),

Altor Fund Manager takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Eleda u JVAB kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Altor Fund Manager: fond tal-ekwità privata iffukat fuq investimenti fis-segment tas-suq tan-nofs tar-reġjun Nordiku kif ukoll investimenti fir-reġjun fejn hu mitkellem il-Ġermaniż;

—

Eleda: provvista ta’ inġinerija ċivili, għoti ta’ kuntratti u servizzi oħra fl-infrastruttura, prinċipalment fil-parti tan-nofsinhar u dik ċentrali tal-Iżvezja;

—

JVAB: iffukata fuq kuntratti fis-segmenti tal-artijiet u t-toroq, ilma u dranaġġ u inġinerija ċivili fir-reġjun ta’ Stokkolma.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9838 — Altor Fund Manager/Eleda/JVAB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.