2001D0245 — MT — 01.01.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-22 ta’ Marzu 2001 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni taż-zineb fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u t-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sostanza attiva (innotifikata taħt id-dokument numru C(2001)749) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 088, 28.3.2001, p.19) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 |
L 368 |
96 |
23.12.2006 |
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Marzu 2001
dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni taż-zineb fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u t-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sostanza attiva
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2001)749)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2001/245/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar l-introduzzjoni ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fis-suq ( 1 ), kif ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/80/KE ( 2 ), u b’mod partikulari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel parti tal-programm ta’ xogħol li hemm referenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fis-suq ( 3 ), kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2266/2000 ( 4 ), u b’mod partikulari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(5) tagħha,
Billi:|
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE ipprovda sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq program ta’ xogħol għall-eżaminazzjoni ta’ sostanzi attivi wżati fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li kienu diġà fis-suq fil-15 ta’ Lulju 1993. Ġew stabbiliti regoli dettaljati sabiex jitwettaq dan il-programm fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 ( 5 ) kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 ( 6 ) semma’ s-sostanzi attivi li għandhom jiġu stmati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, ħatar Stat Membru sabiex ikun relatur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istima ta’ kull sostanza u identifika l-produtturi ta’ kull sostanza attiva li ssottomettew notifika fil-ħin stipulat bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. |
|
(3) |
Iz-zineb huwa wieħed mid-90 sostanza attiva deskritti fir-Regolament (KE) Nru 933/94. |
|
(4) |
In-notifikaturi kollha għal din is-sostanza attiva nfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru relatur li huma ma jixtiequx jipparteċipaw iktar fil-programm ta’ xogħol għal din is-sostanza attiva, u għalhekk mhiex sejra tiġi ppreżentata aktar informazzjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant mhuwiex possibbli li din is-sostanza attiva tiġi nkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(6) |
Kull perjodu ta’ grazzja għat-tneħħija, ħżin u tqegħid fis-suq u użu ta’ ħażniet ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom iz-zineb permessi mill-Istat Membru bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jiġi llimitat għal perjodu ta’ mhux iktar minn 18-il xahar sabiex ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux aktar minn perjodu ta’ tkabbir wieħed. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax kontra xi azzjoni li l-Kummissjoni tista’ twettaq iktar tard għal din is-sostanza attiva fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE ( 7 ). |
|
(8) |
Il-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Iż-zineb mhuwiex inkluż bħala sostanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iż-zineb jiġu rtirati fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni;
(b) mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ma għandha tingħata jew tiġġedded ebda awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iż-zineb skond id-deroga pprovduta fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iż-zineb, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza għall-użu f'uċuħ ta' l-ortokultura, dwieli, tabakk, tuffieħ u frott ta' l-għadma, bil-kundizzjoni li:
(a) l-issuktar ta’ l-użu jkun aċċettat biss jekk ma jkollu ebda effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u ebda influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent;
(b) tali prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq jiġu ttikkettati mill-ġdid sabiex jaqblu mal-kundizzjonijiet ta’ użu ristrett;
(c) jiġu imposti l-miżuri kollha għat-trażżin tar-riskju sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli;
(d) ikunu qed jiġu studjati b’mod serju alternattivi għal tali użi.
Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Artikolu 3
Kull perjodu ta’ grazzja mogħti minn Stati Membri bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u mhux itwal minn 18-il xahar mid-data ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.
B'deroga mill-ewwel paragrafu, kwalunkwe konċessjoni ta' żmien mogħtija lill-Bulgarija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi msemmija fl-Artikolu 2(2), għandha tkun qasira kemm jista' jkun u għandha tiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.
( 2 ) ĠU L 309, tad-9.12.2000, p. 14.
( 3 ) ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.
( 4 ) ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 27.
( 5 ) ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8.
( 6 ) ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1.
( 7 ) ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36.