<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑346/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0346</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:532">EU:C:2015:532</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C‑346/14</P><P>IL-KUMMISSJONI vs L-AWSTRIJA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑346/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tal-Artikolu 4(3) TUE moqri flimkien mal-Artikolu 288 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(1) u (7) tad-Direttiva 2000/60/KE</KEYWORD><KEYWORD>Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma</KEYWORD><KEYWORD>Approvazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ impjant idroelettriku fuq ix-xmara Schwarze Sulm</KEYWORD><KEYWORD>Deterjorazzjoni tal-istat tal-ilma</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni mill-ġdid tal-istat</KEYWORD><KEYWORD>Korrezzjoni tal-pjan ta’ mmaniġġar</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ma huwiex biss l-isfruttament ta’ enerġija rinnovabbli li ma tagħmilx ħsara lill-klima permezz tal-użu tal-enerġija tar-riħ li jista’ jirriżulta f’kunflitt ma’ għanijiet ambjentali oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi tal-lum fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija (C‑141/14).</P></NOTE>, iżda wkoll l-użu tal-enerġija idroelettrika. Dan tindikah il-Kummissjoni bir-rikors preżenti dwar impjant idroelettriku żgħir qrib is-sors tax-xmara Schwarze Sulm, li sa issa kienet fil-biċċa l-kbira xmara verġni, fl-Alpi Awstrijaċi. Hija qiegħda tibbaża l-argumenti tagħha fuq l-effett antiċipat tal-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni prevista fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20001023">23 ta’ Ottubru 2000</DATE>, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) fil-verżjoni tad-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20130812">12 ta’ Awwissu 2013</DATE>, li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 226, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2000/60<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE> u ssostni li l-proġett ma huwiex iġġustifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Kruċjali, madankollu, huwa l-fatt li l-awtoritajiet Awstrijaċi wettqu korrezzjoni tal-evalwazzjoni tal-istat tax-xmara Schwarze Sulm matul il-proċedura prekontenzjuża. Dan għandu l-konsegwenza li, fi kwalunkwe każ, id-deterjorazzjoni ta’ dan l-istat kif ilmentata mill-Kummissjoni ma baqgħetx applikabbli u, għaldaqstant, ma teħtieġ l-ebda ġustifikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-għanijiet ambjentali ewlenin tad-Direttiva 2000/60 u l-eventwali eċċezzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 4 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ikunu qed isiru operazzjonali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-ilma tal-wiċċ</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu deterjorazzjoni tal-istat ta’ kull korp ta’ l-ilma tal-wiċċ, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ paragrafi 6 u 7 u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, l-awtoritajiet tal-Land Awstrijak ta’ Steiermark ħarġu l-approvazzjoni taħt il-liġi tal-ilma għall-kostruzzjoni ta’ impjant idroelettriku fuq ix-xmara Schwarze Sulm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet ikklassifikaw l-istat ekoloġiku tal-medda tal-ilma bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Dokument anness mar-risposta, p. 41 u 46.</P></NOTE>. Madankollu, kienet ikkonstatata wkoll estrazzjoni negliġibbli ta’ ilma tax-xorb (31 litru kull sekonda) fil-parti tax-xmara iktar ’il fuq mis-sezzjoni affettwata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Dokument anness mar-risposta, p. 46 u 47.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Huwa previst li għall-impjant tal-enerġija tkun installata hekk imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Diga ta’ Tirol<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> fejn parti kbira tal-ilma tkun mgħoddija minn pajpijiet itwal minn 10 km lejn bini tal-impjant tal-enerġija li jinsab 480 metru iktar fil-fond u, wara li dan l-ilma jgħaddi mit-turbina, jerġa’ jkun rilaxxat f’parti iktar ’l isfel tax-xmara. Għalkemm huwa minnu li l-ostakolu tad-diga jitnaqqas b’assistenza għall-migrazzjoni tal-ħut, li saħansitra kapaċi tikkumpensa għall-fluss fil-parti iktar ’il fuq tax-xmara, it-tnaqqis tal-livell tal-ilma fix-xmara xorta waħda jtellef il-migrazzjoni tal-ħut. Barra minn hekk, huwa mistenni telf fir-rigward tal-ħut li jemigra ’l isfel fix-xmara u li jinqabad fit-turbini<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Dokument anness mar-risposta, p. 48.</P></NOTE>. Bħala riżultat, huwa kkonstatat li l-istat tal-ilma, wara r-realizzazzjoni tal-proġett, ser ikun jista’ jiġi evalwat biss bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fis-sena 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment minħabba l-proġett u f’Ottubru tal-2007 talbet lill-Awstrija tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Madankollu, hija waqqfet il-proċedimenti fis-sena 2010, wara li l-awtoritajiet federali Awstrijaċi ssospendew l-approvazzjoni tal-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>F’Marzu tal-2012, il-Qorti Kostituzzjonali Awstrijaka, madankollu, annullat id-deċiżjoni tal-awtoritajiet federali, b’tali mod li l-approvazzjoni oriġinali saret effettiva mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Wara verifika tas-sitwazzjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li, waqt l-approvazzjoni tal-proġett, l-Awstrija ma applikatx b’mod korrett id-deroga mill-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni prevista fid-Direttiva 2000/60, għalkemm din kellha tkun applikata b’analoġija fil-kuntest tal-effett antiċipat tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60, li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE u<?PAGE NO="3"?> mill-Artikolu 288 TFUE. Għaldaqstant, fis-<DATE ISO="20130426">26 ta’ April 2013</DATE>, il-Kummissjoni talbet mill-ġdid lill-Awstrija sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha u, fil-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, hija indirizzat opinjoni motivata lil dan l-Istat Membru li fiha stabbilixxiet terminu finali sal-<DATE ISO="20140121">21 ta’ Jannar 2014</DATE> sabiex jirrimedja l-oġġezzjonijiet fil-konfront tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Matul din il-proċedura prekontenzjuża, l-awtoritajiet ta’ Steiermark biddlu l-approvazzjoni b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>. Minbarra l-emendi tal-kundizzjonijiet, li ma humiex importanti fil-proċedura preżenti, f’din id-deċiżjoni huwa kkonstatat li l-istat tax-xmara Schwarze Sulm ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> iżda, minħabba l-estrazzjoni ta’ ilma tax-xorb iktar ’il fuq mill-proġett, huwa biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Konsegwentement, il-klassi tal-istat tal-ilma ma naqsitx minħabba l-proġett, u b’hekk hija eskluża kwalunkwe deterjorazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-risposti tal-Awstrija xorta waħda ma ssodisfawx lill-Kummissjoni u għalhekk din ippreżentat ir-rikors ineżami fejn titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha,</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(3) TUE u taħt l-Artikolu 288 TFUE billi, meta approvat il-kostruzzjoni ta’ impjant idroelettriku fuq ix-xmara Schwarze Sulm, il-konvenuta ma applikatx b’mod korrett id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>tikkundanna lill-Awstrija għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Awstrija titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors tal-Kummissjoni; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-proċedura bejn il-partijiet saret bil-miktub; il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kinitx neċessarja proċedura orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Awstrija tqis li r-rikors huwa inammissibbli. Minn naħa, il-Kummissjoni ma ddeskrivietx b’mod preċiż biżżejjed l-obbligi li l-ksur tagħhom hija qiegħda tikkritika (taqsima 2). Min-naħa l-oħra, l-Awstrija hija tal-fehma li l-kompitu tal-Kummissjoni bħala l-għassiesa tat-Trattati ma jkoprix il-kontroll tal-awtoritajiet Awstrijaċi fl-applikazzjoni konkreta u individwali tad-dritt tal-Unjoni (taqsima 3).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Madankollu, qabel kollox għandu jiġi ddeterminat b’mod iktar preċiż is-suġġett tar-rikors (taqsima 1).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq is-suġġett tar-rikors</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Is-suġġett tar-rikors jeħtieġ preċiżazzjoni, għaliex għalkemm l-impjant tal-enerġija kien approvat fl-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, din l-approvazzjoni nbidlet permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>, jiġifieri qabel l-opinjoni motivata u l-iskadenza tat-terminu stabbilit minnha, jiġifieri l-<DATE ISO="20140121">21 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha, il-Kummissjoni ssostni li fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Petitum<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> hija ma kkunsidratx it-tnaqqis fil-grad li twettaq fil-kuntest tal-imsemmija deċiżjoni rigward l-istat tax-xmara Schwarze Sulm minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, iżda għadha tassumi stat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Dan l-argument nifhmu b’tali mod li, għalkemm il-Kummissjoni ma hijiex qiegħda titlob li jiġi kkonstatat ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz tat-tnaqqis tal-grad tax-xmara Schwarze Sulm, fl-istess waqt qiegħda tikkontesta inċidentalment dan it-tnaqqis tal-grad u għaldaqstant l-approvazzjoni fil-forma tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Billi d-deċiżjoni msemmija ma kinitx is-suġġett tal-istedina sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet skont l-Artikolu 258 TFUE, tqum il-kwistjoni ta’ jekk din id-deċiżjoni — u d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE> mmodifikata permezz tagħha — tistax tkun is-suġġett tar-rikors preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Kif huwa magħruf, is-suġġett ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 258 TFUE huwa ristrett permezz tal-fażi prekontenzjuża prevista f’din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, ir-rikors ma jistax ikun ibbażat fuq ilmenti li ma jkunux tqajmu fil-fażi prekontenzjuża. Dan għaliex il-proċedura prekontenzjuża għandha l-għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jinvoka l-motivi ta’ difiża tiegħu kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:573">EU:C:2005:573</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ċipru</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:143">EU:C:2012:143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑211/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2148">EU:C:2014:2148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dan l-għan tal-proċedura prekontenzjuża jirrikjedi li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-miżuri meħuda mill-Istat Membru matul il-proċedura prekontenzjuża. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tirreaġixxi għal miżura meħuda mill-Istat Membru sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li, mingħajr proċedura prekontenzjuża ġdida, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża lmenti addizzjonali fuq tali miżuri ġodda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:573">EU:C:2005:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, xorta jibqa’ ammissibbli li jinżammu l-ilmenti oriġinali sakemm il-miżuri kkontestati kienu għadhom fis-seħħ meta skada t-terminu previst fl-opinjoni motivata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:573">EU:C:2005:573</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Mal-ewwel daqqa t’għajn, id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE> ma taffettwax l-oġġezzjoni tal-Kummissjoni kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>. Dan għaliex il-Kummissjoni, essenzjalment, qiegħda tikkritika l-ġustifikazzjoni tal-impjant tal-enerġija, li essenzjalment ma kinitx mibdula fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, minħabba t-tnaqqis tal-grad tal-istat tal-ilma għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, id-deterjorazzjoni tax-xmara Schwarze Sulm, li kienet teħtieġ ġustifikazzjoni u li kienet invokata mill-Kummissjoni, tilfet ir-rilevanza tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara iktar dwar dan fil-punti 40 sa 44 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qiegħda tikkontesta wkoll it-tnaqqis tal-grad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors ma huwiex indirizzat kontra miżura li, minkejja modifika sussegwenti, għadha essenzjalment fis-seħħ. Għall-kuntrarju, id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE> temenda d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, li hija kkontestata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ punt li huwa kruċjali għall-evalwazzjoni tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-istess waqt, ma kienx neċessarju li l-proċedura prekontenzjuża terġa’ ssir mill-bidu. Dan għaliex id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE> kienet meħuda mill-Awstrija b’għarfien tal-proċedura prekontenzjuża pendenti. Għalhekk, ma jistax jingħad li kien hemm indeboliment tad-drittijiet tad-difiża tagħha. Għall-kuntrarju, din il-miżura hija intiża li telimina kull bażi għall-akkużi<?PAGE NO="5"?> tal-Kummissjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa motiv ta’ difiża mqajjem fi proċedura pendenti li, bħala tali, ma jistax iwassal għall-obbligu li titwettaq mill-ġdid proċedura prekontenzjuża sħiħa. Jekk dan ma jkunx il-każ, b’tali miżuri l-Istati Membri jkunu jistgħu jostakolaw l-iżvolġiment ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Awstrija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:76">EU:C:2005:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑221/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:573">EU:C:2005:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors kienet tkun differenti li kieku l-Kummissjoni kienet qiegħda titlob il-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni minħabba d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>. F’tali każ, din kienet tkun estensjoni inammissibbli tas-suġġett tar-rikors fil-konfront tal-proċedura prekontenzjuża. Madankollu, kif tikkonferma l-kjarifika fir-replika, it-talbiet rikors ma għandhomx jiġu interpretati b’tali mod.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq in-natura ċara tar-rikors</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ewwel oġġezzjoni tal-Awstrija tirreferi għall-fatt li, skont l-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikors għandu jinkludi s-suġġett tat-tilwima u espożizzjoni qasira tal-motivi invokati. Din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed li tippermetti lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn dan jirriżulta li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ikun ibbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mit-test tar-rikors stess, u li t-talbiet tar-rikors għandhom ikunu fformulati b’mod mhux ekwivoku, sabiex jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew tonqos milli tiddeċiedi dwar ilment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-195/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:248">EU:C:2007:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-209/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:283">EU:C:2014:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa allegat li l-Kummissjoni ma ssodisfatx dawn ir-rekwiżiti billi ma ppreċiżatx liema huma l-obbligi, inklużi fl-Artikolu 4(3) TUE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 288 TFUE, li ma ġewx osservati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni lanqas ma spjegat sa fejn hemm effettivament lok li jiġu applikati, bħala dispożizzjonijiet ta’ direttiva, l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-argument huwa ineffettiv. Dan għaliex, skont il-punti 25 u 26 tar-rikors, il-Kummissjoni, fit-talbiet tar-rikors tagħha, qiegħda tirreferi għas-sentenza dwar ix-xmara Acheloos, li fiha ġie stabbilit li, skont l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 288 TFUE, l-Istati Membri kienu meħtieġa jastjenu milli jikkompromettu b’mod gravi l-għanijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 sa minn qabel ma kienet applikabbli din id-dispożizzjoni tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑43/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:560">EU:C:2012:560</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, partikolarment il-punti 57 sa 67).</P></NOTE>. Għaldaqstant, l-Awstrija ma reġgħetx indirizzat din l-oġġezzjoni fil-kontroreplika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq il-portata tas-setgħa ta’ kontroll tal-Kummissjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni individwali u konkreta tad-dritt tal-Unjoni, l-Awstrija ma hijiex tiċħad li l-Kummissjoni għandha d-dritt tikkontrolla l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ każijiet speċifiċi individwali u li tippreżenta din l-applikazzjoni għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑431/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:260">EU:C:1995:260</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑20/01 u C‑28/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:220">EU:C:2003:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑394/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:336">EU:C:2005:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, hija qiegħda toġġezzjona għall-kontroll mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni ta’ evalwazzjoni meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-argument għandu jiġi miċħud għas-sempliċi raġuni li l-kwistjoni ta’ sa fejn id-dispożizzjonijiet kontenzjużi tad-dritt tal-Unjoni jippermettu marġni ta’ diskrezzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fit-twettiq ta’ evalwazzjoni, u l-kwistjoni ta’ jekk dan il-marġni ta’ diskrezzjoni jkunx inqabeż, ma jikkonċernawx l-ammissibbiltà ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, iżda l-fondatezza tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-fondatezza tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-partijiet, prinċipalment, qegħdin jargumentaw dwar jekk l-approvazzjoni tal-impjant idroelettriku hijiex iġġustifikata fid-dawl tal-prinċipji previsti fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60, fid-dawl tad-deċiżjoni Awstrijaka ta’ emenda tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>, għandu madankollu jiġi mistħarreġ jekk qabelxejn kinitx stabbilita deterjorazzjoni li teħtieġ ġustifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq ir-regoli applikabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Billi dan il-każ jirrigwarda deċiżjoni tal-2007, li ġiet emendata fis-sena 2013, huma kkunsidrati żewġ regoli formalment differenti, jiġifieri l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 u l-effett antiċipat ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-obbligi previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 huma direttament applikabbli biss sa mit-<DATE ISO="20091222">22 ta’ Diċembru 2009</DATE>, id-data tal-iskadenza tat-terminu mogħti lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2000/60, għall-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċir tax-xmara<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑43/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:560">EU:C:2012:560</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Konsegwentement, fis-sena 2007, l-approvazzjoni tal-impjant tal-enerġija kienet għadha ma hijiex koperta minn din id-dispożizzjoni, iżda kienet koperta mill-effett antiċipat tal-Artikolu 4 applikabbli dak iż-żmien. Skont dan l-effett antiċipat, l-Istati Membri kellhom jastjenu milli jadottaw miżuri li setgħu jikkompromettu b’mod gravi l-għanijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑43/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:560">EU:C:2012:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 kien applikabbli mingħajr ebda dubju fis-sena 2013, meta ġiet adottata t-tieni deċiżjoni. Din id-deċiżjoni, għaldaqstant, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 4. Huwa biss sa fejn id-deċiżjoni tas-sena 2013 ma taffettwax id-deċiżjoni tas-sena 2007 li l-effett antiċipat tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 jibqa’ rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ta’ kemm il-proġett jaffettwa l-istat tax-xmara Schwarze Sulm hija s-suġġett tad-deċiżjoni tas-sena 2013. Konsegwentement, din hija suġġetta għall-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement — b’mod xi ftit sorprendenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-konklużjonijiet konvinċenti tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2324">EU:C:2014:2324</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punt 100).</P></NOTE> — ikkjarifikat li għandu jitqies li hemm deterjorazzjoni tal-istat tal-korp tal-ilma tal-wiċċ hekk kif l-istat ta’ mill-inqas wieħed mill-elementi ta’ kwalità, fis-sens tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, jiddegrada bi klassi waħda. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti jekk din id-degradazzjoni twassalx għal degradazzjoni tal-klassifikazzjoni, fl-intier tagħha, tal-korp tal-ilma tal-wiċċ. Jekk l-element ta’ kwalità kkonċernat, fis-sens tal-Anness V, jidher diġà fil-klassi l-iktar baxxa, kull degradazzjoni ta’ dan l-element tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>deterjorazzjoni tal-istat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:433">EU:C:2015:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-elementi ta’ kwalità msemmijin u l-klassijiet tal-istat korrispondenti għandhom definizzjonijiet normattivi fil-punt 1.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60 u, fir-rigward tat-tliet klassijiet tal-istat l-iktar għoljin — <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>għoli [tajjeb ħafna]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>moderat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> —, kienu s-suġġett ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri għal finijiet ta’ paragunabbiltà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:433">EU:C:2015:433</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-punt 1.2.1 tal-Anness V isemmi erba’ elementi ta’ kwalità bijoloġika għax-xmajjar, jiġifieri l-istat tal-fitoplankton, tal-makrofiti u tal-fitobentos, tal-fawna bentika invertebrata kif ukoll tal-fawna tal-ħut; kif ukoll tliet elementi ta’ kwalità idromorfoloġika, jiġifieri l-konservazzjoni tal-ilma, il-kontinwità tax-xmara kif ukoll il-karatteristiċi morfoloġiċi tagħha, u finalment tliet elementi ta’ kwalità fiżikokimika, jiġifieri l-kundizzjonijiet ġenerali kif ukoll il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti sintetiċi speċifiċi jew kontaminanti mhux sintetiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-applikazzjoni tal-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni tal-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni interpretata f’dan il-mod, il-Kummissjoni jkollha tippreżenta indeboliment tax-xmara Schwarze Sulm permezz tal-proġett, li tal-inqas jiddegrada bi klassi waħda lil wieħed mill-elementi tal-kwalità ta’ dan l-ilma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Probabbilment ikun relattivament sempliċi li jiġi pprovat li l-proġett, skont il-kriterji tal-Qorti tal-Ġustizzja, iwassal għal deterjorazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60, pereżempju fir-rigward tal-elementi ta’ kwalità bijoloġika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara p. 182 tad-dokument anness mar-risposta.</P></NOTE>. Madankollu, tali deterjorazzjoni ma hijiex sostnuta mill-Kummissjoni u l-Awstrija ma kellha ebda opportunità li tiddefendi lilha nnifisha kontra tali argument. Għaldaqstant, deterjorazzjoni ta’ dan it-tip ma hijiex is-suġġett tal-proċedura preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ssostni li l-proġett jiddegrada l-evalwazzjoni ġenerali tal-ilma bi klassi waħda, jiġifieri minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Tali deterjorazzjoni tippresupponi li huwa ddegradat mill-inqas element ta’ kwalità wieħed bi klassi waħda, u għalhekk tinkorpora deterjorazzjoni fis-sens tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Dan l-argument tal-Kummissjoni jinsab f’kontradizzjoni mad-deċiżjoni tal-awtoritajiet ta’ Steiermark tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>. Din tikkonstata li, fiż-żona inkwistjoni, ix-xmara Schwarze Sulm, għall-kuntrarju tal-evalwazzjoni oriġinali, tinsab biss fi stat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għaldaqstant, il-proġett tal-impjant tal-enerġija ma jistax jiddegrada l-istat tax-xmara Schwarze Sulm minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors jista’ jkollu eżitu pożittiv biss jekk il-Kummissjoni tinvalida l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-istat tax-xmara Schwarze Sulm magħmula permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130904">4 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq il-fatt li l-evalwazzjoni mill-ġdid ma ssegwix l-indikazzjonijiet mogħtija fil-pjan ta’ mmaniġġar. L-evalwazzjoni tat-taqsima milquta tax-xmara Schwarze Sulm ma kellhiex tiġi emendata <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-proġett tal-impjant tal-enerġija. Għall-kuntrarju, għal dan il-għan kellu jkun adattat il-pjan ta’ mmaniġġar applikabbli. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni, barra minn hekk, tilmenta li l-evalwazzjoni mill-ġdid hija bbażata fuq kriterji ġodda u li l-pubbliku kien involut b’mod insuffiċjenti. Madankollu, mil-lat sostantiv, hija ma tikkontestax l-evalwazzjoni mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri għandhom, fir-rigward tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art, jadottaw il-miżuri ta’ preżervazzjoni adegwati billi jimplementaw il-programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċir tax-xmara<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑43/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:560">EU:C:2012:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ifisser ukoll li, bħala regola ġenerali, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-projbizzjoni fir-rigward tad-deterjorazzjoni għandha tittieħed fuq il-bażi tal-informazzjoni li hija ddokumentata fil-pjan ta’ mmaniġġar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Din l-informazzjoni tinkludi wkoll l-istat tal-ilma tal-wiċċ li huwa affettwat. Dan għaliex l-informazzjoni tal-pjan ta’ mmaniġġar għandha, skont il-punt A.4 tal-Anness VII tad-Direttiva 2000/60, tinkludi preżentazzjoni f’forma ta’ mappa tar-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ implementati skont l-Artikolu 8 u l-Anness V.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li evalwazzjoni mill-ġdid tal-istat ta’ meded tal-ilma hija ammissibbli biss fil-kuntest ta’ aġġornament tal-pjan ta’ mmaniġġar, li għandu jitwettaq tal-inqas kull sitt snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jkun aċċettat sa fejn l-evalwazzjoni mill-ġdid hija bbażata fuq kriterji ġodda, għaliex tali kriterji għandhom ikunu applikati fuq il-meded ta’ ilma kollha koperti mill-pjan, sabiex ikun żgurat immaniġġar koerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Kummissjoni tikkritika li l-evalwazzjoni mill-ġdid ineżami hija bbażata fuq tali kriterji ġodda, jiġifieri dawk previsti fir-Regolament Awstrijak dwar l-għanijiet tal-kwalità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Ekoloġija tal-Ilma tal-Wiċċ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über die Festlegung des ökologischen Zustandes für Oberflächengewässer (Regolament tal-Ministru Federali għall-Agrikoltura, il-Forestrija, l-Ambjent u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Ilma li jistabbilixxi l-istat ekoloġiku għall-ilma tal-wiċċ, Gazzetta tal-Liġi Federali 2010, Parti II, Nru 99 tad-<DATE ISO="20100329">29 ta’ Marzu 2010</DATE>).</P></NOTE> tas-sena 2010. Skont il-Kummissjoni, meta mqabbel mal-ewwel pjan ta’ mmaniġġar tas-sena 2009, dan ir-regolament jinkludi kriterji ta’ evalwazzjoni ġodda. Madankollu, dan l-argument għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, dan ir-regolament kien diġà serva bħala l-bażi għall-pjan ta’ mmaniġġar Awstrijak<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Pjan nazzjonali għall-immaniġġjar tal-ilma 2009 – NGP 2009, (http://www.bmlfuw.gv.at/dms/lmat/wasser/wasser-oesterreich/plan_gewaesser_ngp/nationaler_gewaesserbewirtschaftungsplan-nlp/ngp/NGP_Textdokument_30_03_2010.pdf, p. 100).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki l-informazzjoni dwar l-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb mill-post qrib is-sors tax-xmara Schwarze Sulm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Anness A-10 għar-rikors, p. 144.</P></NOTE> kienet diġà magħrufa fil-mument tal-approvazzjoni tas-sena 2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Anness A-14 għar-rikors, p. 7.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-deċiżjoni tas-sena 2013, għaldaqstant, hija intiża li tapplika għall-ewwel darba b’mod korrett il-kriterji ta’ evalwazzjoni applikabbli għall-pjan ta’ mmaniġġar. Konsegwentement, din hija korrezzjoni ta’ żball fil-pjan ta’ mmaniġġar, li r-realtà fattwali tagħha ma hijiex qiegħda tiġi kkontestata mill-Kummissjoni fil-proċedura preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Tali korrezzjoni ta’ żball għandha, bħala prinċipju, tkun possibbli. Fil-fatt, kif diġà qal Konfuċju: &#x904E;&#x800C;&#x4E0D;&#x6539;&#x662F;&#x8C13;&#x904E;&#x77E3;<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ġabriet 15,29, essenzjalment: Li tagħmel żball u ma tibdel xejn, <HT TYPE="ITALIC">dak</HT> huwa l-iżball.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Huwa diffiċli li wieħed jaċċetta li jkun meħtieġ li deċiżjoni tittieħed fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tirriżulta li hija żbaljata, u dan biss għaliex din l-informazzjoni tkun tagħmel parti mill-pjan ta’ mmaniġġar. Jekk dan ma jkunx il-każ, mhux biss jistgħu jibqgħu jippersistu ostakoli li ma humiex iġġustifikati għal proġetti, iżda jkunu pperikolati wkoll, kif l-Awstrija għandha raġun issostni, l-għanijiet ta’ protezzjoni tad-Direttiva, fil-każ li sussegwentement jimmaterjalizzaw fatti li jitolbu miżuri ta’ protezzjoni iktar b’saħħithom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-każ preżenti, ma għandhiex tkun ikkunsidrata l-evalwazzjoni tal-istat tax-xmara Schwarze Sulm fil-pjan ta’ mmaniġġar, iżda għandu jiġi kkunsidrat l-istat reali tagħha, li ma huwiex qiegħed jiġi kkontestat. Għaldaqstant, id-deterjorazzjoni invokata mill-Kummissjoni, minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, ma hijiex possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tikkontesta din il-konstatazzjoni billi tinvoka l-adattament b’mod inkorrett tal-pjan ta’ mmaniġġar u billi tikkritika l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Fil-fatt, indipendentement minn jekk dawn l-oġġezzjonijiet formali u proċedurali humiex iġġustifikati, dawn l-oġġezzjonijiet ma jistgħux iwasslu sabiex fil-proċedura preżenti jitqies li l-istat tax-xmara Schwarze Sulm kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tajjeb ħafna<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jekk, skont l-informazzjoni ppreżentata lill-Qorti tal-Ġustizzja, dan huwa biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk id-deterjorazzjoni allegata mill-Kummissjoni ma tistax tkun ikkonstatata, ma hemmx bżonn li din tiġi ġġustifikata. Għaldaqstant, il-kritika tal-Kummissjoni fil-konfront ta’ din il-ġustifikazzjoni ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tiġi kkundannata sabiex tbati l-ispejjeż kollha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-rikors huwa miċħud.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>