5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9310 — PFR/IFM/PSA/DCT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 126/08)

1.   

Fl-1 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Polski Fundusz Rozwoju S.A. (“PFR”, il-Polonja);

—

IFM Investors Pty Ltd (“IFM Investors”, l-Awstralja);

—

PSA Baltics NV (“PSA Baltics”, il-Belġju), kumpanija sussidjarja indiretta li proprjetà kollha kemm hi ta’ PSA International Pte Ltd (“PSA”, Singapore); kif ukoll

—

Gdansk Port Holdings S.à.r.l. (“GPHS”, il-Lussemburgu), kumpanija azzjonarja li tikkontrolla lid-DCT Gdańsk S.A. (“DCT”, il-Polonja).

PFR, IFM Investors, u PSA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ GPHS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PFR: kumpanija ewlenija ta’ grupp ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u konsultattivi li jappoġġaw kumpaniji, gvernijiet lokali u individwi li jinvestu fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli tal-Polonja;

—   IFM Investors: ġestjoni ta’ investiment dinji tal-infrastruttura, ekwitajiet ikkwotati fil-Borża, kapital privat u investimenti ta’ dejn;

—   PSA Baltics: sussidjarja indiretta li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ PSA, li hija operatur dinji ta’ terminals tat-trasport bil-baħar, attiva prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi ta’ burdnara fil-portijiet, b’enfasi partikolari fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ terminals għall-bastimenti tal-containers;

—   GPHS: kumpanija azzjonarja tad-DCT, li tħaddem żewġ mollijiet tal-containers tal-baħar fond li jinsabu fil-Port ta’ Gdansk, il-Polonja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9310 — PFR/IFM/PSA/DCT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.