<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1001032901.case.xml"><NO.CASE>C-109/10 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0109</NO.CELEX><NO.SEQ>0029.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10413</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10438</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20111025">25.10.2011</DATE> — KAWŻA C-109/10 P</LEFT><RIGHT>SOLVAY vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-109/10 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20100226">26 ta’ Frar 2010</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Solvay SA</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentata minn P. Foriers, R. Jafferali, F. Louis, u A. Vallery, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Currall u F. Castillo de la Torre, bħala aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-10414"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot u U. Lõhmus, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas (Relatur), R. Silva de Lapuerta, E. Levits, A. Ó Caoimh, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, A. Arabadjiev u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110118">18 ta’ Jannar 2011</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Solvay SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Solvay<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE> (T-57/01) (Ġabra p. II-4621, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-<DATE ISO="20001213">13 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE (COMP/33.133 - C: Karbonat tas-soda - Solvay)<?PAGE NO="I-10415"?> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="010" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 10, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuqha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Solvay hija impriża importanti tal-kimika. Il-fundatur tagħha, Ernest Solvay, ivvinta proċess li bih tiġi prodotta b’mod sintetiku s-soda, li huwa materjal użat prinċipalment fil-produzzjoni tal-ħġieġ. Is-soda tintuża wkoll fl-industrija tal-kimika, għall-produzzjoni ta’ deterġenti, kif ukoll fil-metallurġija.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Lejn l-1870, Solvay tat liċenzja ta’ produzzjoni lil Brunner, Mond &amp; Co., waħda mill-kumpanniji li jikkostitwixxu l-Imperial Chemical Industries (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ICI<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Solvay kif ukoll Brunner, Mond &amp; Co. qasmu l-isferi ta’ influwenza tagħhom (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Alkali Cartel<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), fejn Solvay kienet attiva fil-kontinent Ewropew filwaqt li Brunner, Mond &amp; Co. kienet attiva fil-Gżejjer Britanniċi, il-Commonwealth tal-Gran Brittanja u pajjiżi oħra tal-Afrika, tal-Asja u tal-Amerika ta’ Isfel. Il-ftehim inizjali ġie mġedded diversi drabi, b’mod partikolari fl-1945.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fi tmiem is-snin 1980, Solvay kienet il-produttur prinċipali tas-soda sew fil-Komunità Ewropea, fejn kienet tirrapreżenta 60 % tas-suq, kif ukoll fuq livell dinji. ICI kienet it-tieni produttur. Warajha kienu jsegwu erba’ produtturi żgħar, jiġifieri Rhône-Poulenc, Akzo, Matthes &amp; Weber kif ukoll Chemische Fabrik Kalk (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>CFK<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10416"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Soda naturali kienet tiġi estratta fl-Istati Uniti. L-ispiża tal-produzzjoni tagħha kienet inferjuri minn dik tas-soda sintetika, iżda ma’ dan l-ammont kellhom jiżdiedu l-ispejjeż tat-trasport. Għal xi snin, l-impriżi Komunitarji kienu protetti permezz ta’ miżuri antidumping, iżda dawn il-miżuri kienu suġġetti għal eżami mill-ġdid malli l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat bidu għall-proċeduri kkontestati. Fil-fatt, kien possibbli li d-dumping ma jibqax fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-produtturi tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant ukoll kienu kompetituri, iżda għal kwantitajiet ta’ soda ftit sinjifikattivi. L-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi wkoll kienet suġġetta għal miżuri antidumping.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-suq Komunitarju, setgħu jiġu kkonstatati t-tqassim tal-isferi ta’ influwenza bejn Solvay u ICI, kif ukoll segmentazzjoni tas-swieq nazzjonali, b’differenzi sinjifikattivi fil-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Billi ssuspettat li kienu jeżistu ftehim bejn l-impriżi produtturi differenti tal-Komunità, il-Kummissjoni, fil-bidu tas-sena 1989, wettqet verifiki fi ħdan produtturi prinċipali tas-soda u ġabret kopja ta’ għadd kbir ta’ dokumenti. Dawn il-verifiki ġew issupplimentati minn talbiet għal informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19900313">13 ta’ Marzu 1990</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet komuni lil Solvay, lil ICI u lil CFK. L-allegati ksur kienu jikkonsistu fi ksur:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tal-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (li sar l-Artikolu 85 tat-Trattat KE, li sar huwa stess l-Artikolu 81 KE), minn Solvay u minn ICI,</P></ITEM><?PAGE NO="I-10417"?><ITEM><P>tal-Artikolu 85 tat-Trattat, minn Solvay u minn CFK,</P></ITEM><ITEM><P>tal-Artikolu 86 tat-Trattat KEE (li sar l-Artikolu 86 tat-Trattat KE, li sar huwa stess l-Artikolu 82 KE), minn Solvay,</P></ITEM><ITEM><P>tal-Artikolu 86 tat-Trattat KEE, minn ICI.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma bagħtitx lil kull impriża inkawża d-dokumenti kollha, iżda biss id-dokumenti li jirrigwardaw il-ksur li kienet akkużata bih. Barra minn hekk, għadd kbir ta’ dokumenti jew partijiet ma ntbagħtux lill-impriżi kkonċernati minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-imsemmija impriżi ġew mistiedna sabiex jinstemgħu. Jidher li Solvay ma xtaqitx tipparteċipa fis-seduti.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="19901219">19 ta’ Diċembru 1990</DATE>, il-Kummissjoni adottat l-erba’ deċiżjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-Deċiżjoni 91/297/KEE, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (IV/33.133 — A: Karbonat tas-soda — Solvay, ICI) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1991">ĠU 1991, L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>), li permezz tagħha hija akkużat lil Solvay u lil ICI essenzjalment li komplew jaqsmu s-suq tas-soda bejniethom, minkejja l-affermazzjoni ta’ dawn l-impriżi li l-ftehim li kkonkludew matul is-sena 1945 ma kienx baqa’ jintuża, u sabiex permezz tagħha turi li l-aġir ma kienx awtonomu (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>aġir parallel<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), hija sostniet b’mod partikolari li, f’ċerti ċirkustanzi, kienet Solvay li aġixxiet għan-nom ta’ ICI, kif ukoll l-eżistenza ta’ kuntatt frekwenti bejn dawn iż-żewġ impriżi;</P></ITEM><?PAGE NO="I-10418"?><ITEM><P>id-Deċiżjoni 91/298/KEE, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (IV/33.133 — B: Karbonat tas-soda — Solvay, CFK) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="1991">ĠU 1991, L 152, p. 16</REF.DOC.OJ>), li permezz tagħha allegat li Solvay u CFK ikkonkludew ftehim dwar prezz, inkambju, għal CFK, ta’ garanzija ta’ distribuzzjoni u bejgħ ta’ kwantità minima rivedibbli kull sena;</P></ITEM><ITEM><P>id-Deċiżjoni 91/299/KE, dwar proċedura skont l-Artikolu [82 KE] (IV/33.133 — C: Karbonat tas-soda — Solvay) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="1991">ĠU 1991, L 152, p. 21</REF.DOC.OJ>), li permezz tagħha hija akkużat lil Solvay li abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha meta applikat sistemi ta’ tnaqqis, roħs u skonti b’riferiment għal tunnellaġġ marġinali, intiż li jorbot lill-klijenti għall-bżonnijiet tagħhom kollha u li jeskludi lill-kompetituri;</P></ITEM><ITEM><P>id-Deċiżjoni 91/300/KEE, dwar proċedura skont l-Artikolu [82 KE] (IV/33.133 — D: Karbonat tas-soda — ICI) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="1991">ĠU 1991, L 152, p. 40</REF.DOC.OJ>), li permezz tagħha hija akkużat aġir simili lil ICI.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Dawn l-erba’ deċiżjonijiet ġew ikkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali. Solvay talbet l-annullament tad-Deċiżjonijiet 91/297 (Kawża T-30/91), 91/298 (Kawża T-31/91) u 91/299 (Kawża T-32/91). ICI talbet l-annullament tad-Deċiżjonijiet 91/297 (Kawża T-36/91) u 91/300 (Kawża T-37/91). Min-naħa l-oħra, CFK ħallset il-multa li ġiet imposta fuqha bid-Deċiżjoni 91/298.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, fis-<DATE ISO="19920227">27 ta’ Frar 1992</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddikjarat deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar akkordju bejn impriżi li jipproduċu l-klorur tal-polivinil (PVC) bħala ineżistenti minħabba n-nuqqas ta’ awtentikazzjoni regolari tal-imsemmija deċiżjoni (sentenza tas-<DATE ISO="19920227">27 ta’ Frar 1992</DATE>, BASF <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-79/89+T-84/89+T-85/89+T-86/89+T-89/89+T-91/89+T-92/89+T-94/89+T-96/89+T-98/89+T-102/89+T-104/89" PAGE.ECR="II-315" YEAR="1992">T-79/89, T-84/89, T-85/89, T-86/89, T-89/89, T-91/89, T-92/89, T-94/89, T-96/89, T-98/89, T-102/89 u T-104/89, Ġabra p. II-315</REF.DOC.ECR>). Fil-kawżi msemmija fil-punt 13 ta’ din is-sentenza li fihom hija kienet ir-rikorrenti, Solvay ippreżentat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>rikorsi addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>,<?PAGE NO="I-10419"?> fejn fihom hija qajmet motiv ġdid intiż sabiex id-deċiżjoni li hija inizjalment kienet talbet l-annullament tagħha tiġi ddikjarata bħala ineżistenti, b’riferiment għal żewġ artikoli fl-istampa li minnhom irriżulta li l-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet li fl-aħħar 25 sena hija ma kienet awtentikat l-ebda deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar l-appell mill-imsemmija sentenza permezz tas-sentenza tal-<DATE ISO="19940615">15 ta’ Ġunju 1994</DATE>, Il-Kummissjoni vs BASF <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-137/92 P" PAGE.ECR="I-2555" YEAR="1994">C-137/92 P, Ġabra p. I-2555</REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet miżuri oħra ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ta’ din il-kawża, u stiednet b’mod partikolari lill-Kummissjoni, sabiex fost oħrajn, tipproduċi t-test tad-deċiżjoni kkontestata mill-appellanti, kif awtentikata f’dak iż-żmien. Il-Kummissjoni wieġbet li kien jidhrilha xieraq li ma tiġix indirizzata l-fondatezza ta’ dan il-motiv sakemm il-Qorti Ġenerali tkun għadha ma ddeċidietx dwar l-ammissibbiltà tiegħu. Billi sadanittant, permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="19941025">25 ta’Ottubru 1994</DATE>, il-Qorti Ġenerali ordnat lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi t-test imsemmi hawn fuq, din wettqet l-ordni u pproduċiet it-test tal-imsemmija deċiżjoni. Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tas-6 u tas-<DATE ISO="19941207">7 ta’ Diċembru 1994</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE> il-Qorti Ġenerali tat ħames sentenzi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 91/297 ġiet annullata fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża permezz tas-sentenzi tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-30/91" PAGE.ECR="II-1775" YEAR="1995">T-30/91, Ġabra p. II-1775</REF.DOC.ECR>), u ICI vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-36/91" PAGE.ECR="II-1847" YEAR="1995">T-36/91, Ġabra p. II-1847</REF.DOC.ECR>), minħabba li, matul il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni ma tatx aċċess suffiċjenti għad-dokumenti u b’mod partikolari għal dawk li setgħu jkunu utli għad-difiża. Sabiex jitqies li d-difett proċedurali amministrattiv ma setax jiġi rregolarizzat matul il-proċedura tal-qorti, il-Qorti Ġenerali osservat b’mod partikolari, fil-punt 98 tas-sentenza Solvay vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>jekk ir-rikorrenti seta’ jkollha, matul il-proċedura amministrattiva, dokumenti li setgħu jiskaġunawha, ir-rikorrenti setgħet eventwalment tinfluwenza l-evalwazzjonijiet magħmula mill-kulleġġ tal-membri tal-Kummissjoni, tal-inqas fir-rigward tal-valur probatorju tal-aġir parallel u passiv li bih<?PAGE NO="I-10420"?> hija ġiet akkużata fil-bidu, u għaldaqstant għaż-żmien tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Kemm fis-sentenza Solvay vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, kif ukoll fis-sentenza ICI vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, tal-inqas, il-Kummissjoni kellha tipprovdi lista tad-dokumenti provenjenti minn impriżi oħra, sabiex tippermetti li ssir verifika tal-kontenut tagħhom u tal-użu tagħhom għad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 91/298 ġiet annullata f’dak li jikkonċerna lil Solvay permezz tas-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-31/91" PAGE.ECR="II-1821" YEAR="1995">T-31/91, Ġabra p. II-1821</REF.DOC.ECR>), peress li din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma kinitx ġiet suġġetta għal awtentikazzjoni regolari.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 91/299 ġiet annullata permezz tas-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-32/91" PAGE.ECR="II-1825" YEAR="1995">T-32/91, Ġabra p. II-1825</REF.DOC.ECR>) għall-istess raġuni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 91/300 kienet is-suġġett tas-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, ICI vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-37/91" PAGE.ECR="II-1901" YEAR="1995">T-37/91, Ġabra p. II-1901</REF.DOC.ECR>). Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi u l-argumenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ komunikazzjoni tad-dokumenti provenjenti minn impriżi oħra, minħabba li dawn id-dokumenti ma setgħux ikunu utli għad-difiża tar-rikorrenti, kif ukoll in-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ lista ta’ dokumenti tar-rikorrenti stess. Madankollu l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ awtentikazzjoni regolari.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni, (T-31/91), u Solvay vs Il-Kummissjoni (T-32/91), kienu s-suġġett ta’ appelli mill-Kummissjoni li taw lok għas-sentenza tas-<DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Solvay (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-287/95 P+C-288/95 P" PAGE.ECR="I-2391" YEAR="2000">C-287/95 P u C-288/95 P, Ġabra p. I-2391</REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, is-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, ICI vs Il-Kummissjoni (T-37/91), iċċitata iktar ’il fuq, kienet is-suġġett ta’ appell li ta lok għas-sentenza tas-<DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs ICI (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/95 P" PAGE.ECR="I-2341" YEAR="2000">C-286/95 P, Ġabra p. I-2341</REF.DOC.ECR>). Dawn l-appelli ġew miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz taż-żewġ sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Il-Kummissjoni vs Solvay u Il-Kummissjoni vs ICI.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10421"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ Solvay, fit-<DATE ISO="20001213">13 ta’ Diċembru 2000</DATE>, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet ġodda, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Id-deċiżjoni inkwistjoni, li hija l-ekwivalenti tad-Deċiżjoni 91/299. It-termini ta’ dawn id-deċiżjonijiet huma essenzjalment l-istess. Id-deċiżjoni inkwistjoni, barra minn hekk, tinkludi deskrizzjoni tal-proċedura. Id-destinatarja tagħha hija Solvay, impriża li l-Kummissjoni imponiet fuqha multa ta’ EUR 20 miljun.</P></ITEM><ITEM><P>Id-Deċiżjoni 2003/5/KE, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (COMP/33.133 — B: Karbonat tas-soda — Solvay, CFK) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="010" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 10, p. 1</REF.DOC.OJ>), li hija l-ekwivalenti tad-Deċiżjoni 91/298, iżda li barra minn hekk tinkludi deskrizzjoni tal-proċedura. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni timponi fuq Solvay multa ta’ EUR 3 miljun.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Solvay ippreżentat xi rikorsi kontra dawn id-deċiżjonijiet. Permezz tas-sentenza tas-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Solvay vs Il-Kummisjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-58/01" PAGE.ECR="II-4781" YEAR="2009">T-58/01, Ġabra p. II-4781</REF.DOC.ECR>), u permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn ir-rikorsi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Billi r-rikorrenti qajmet il-motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ aċċess għall-fajl, il-Qorti Ġenerali, fid-<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE>, stiednet lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi, b’mod partikolari, lista enumerattiva dettaljata tad-dokumenti kollha tal-fajl. Wara li talbet rapport tat-terminu mogħti, il-Kummissjoni pprovdiet l-ewwel, u wara, it-tieni lista. Solvay talbet li tikkonsulta ċerti dokumenti. Huwa matul dan il-perijodu ta’ investigazzjonijiet li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li kienet tilfet xi fajls u li kien impossibbli għaliha li tagħti l-lista ta’ dokumenti li kien hemm fihom, peress li lanqas l-indiċi tad-diviżjonijiet, skont hi, ma setgħu jinstabu. Fil-<DATE ISO="20050715">15 ta’ Lulju</DATE> u fis-<DATE ISO="20051117">17 ta’ Novembru 2005</DATE>, ir-rikorrenti u l-Kummissjoni rispettivament ippreżentaw<?PAGE NO="I-10422"?> l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom dwar l-utilità tad-dokumenti kkonsultati minn Solvay għad-difiża tagħha. Diversi domandi oħra ġew magħmula lill-partijiet matul is-sena 2008. Is-seduta saret fis-26 ta’ Ġunju tal-istess sena.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argument invokat insostenn tat-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti qajmet sitt motivi, maqsuma f’partijiet, liema partijiet jinkludu għadd ta’ argumenti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-ewwel motiv, dwar id-dekorrenza taż-żmien</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-applikazzjoni żbaljata tar-regoli ta’ preskrizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Solvay sostniet li l-preskrizzjoni tal-proċeduri, ikkalkolata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2988/74, tas-<DATE ISO="19741126">26 ta’ Novembru 1974</DATE>, li jikkonċerna l-perjodi ta’ limitazzjoni [preskrizzjoni] fil-proċedimenti [proċeduri] u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt ir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea dwar it-trasport u l-kompetizzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 61), ma tiġix sospiża matul il-proċedura ta’ appell. Skont Solvay, il-Kummissjoni setgħet tadotta deċiżjoni ġdida immedjatament wara l-għoti tas-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs<?PAGE NO="I-10423"?> Il-Kummissjoni (T-31/91), iċċitata iktar ’il fuq. Meta ppreżentat appell, hija ħadet riskju, iktar u iktar peress li hija kienet taf bis-sentenza Il-Kummissjoni vs BASF <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ħadet pożizzjoni fuq il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ awtentikazzjoni ta’ atti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Filwaqt li bbażat argument fuq is-sentenza tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/99 P+C-244/99 P+C-245/99 P+C-247/99 P+C-250/99 P+C-251/99 P+C-252/99 P+C-254/99 P" PAGE.ECR="I-8375" YEAR="2002">C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Ġabra p. I-8375</REF.DOC.ECR>), dwar it-tieni deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>PVC<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, qieset li kien hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-perijodu li matulu l-appell kien pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kien jikkostitwixxi perijodu ta’ sospensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni (punti 96 sa 109). Hija qajmet id-diffikultajiet prattiċi kkawżati mis-soluzzjoni proposta minn Solvay, jiġifieri il-koeżistenza eventwali ta’ żewġ deċiżjonijiet, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-ksur tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali eżaminat kull fażi tal-proċedura u din tal-aħħar fit-totalità tagħha. Barra minn hekk hija rrilevat li, billi d-deċiżjoni inkwistjoni hija essenzjalment identika għad-Deċiżjoni 91/299, id-drittijiet tad-difiża ma ġewx miksura minkejja d-dekorrenza taż-żmien. B’mod partikolari hija osservat, fil-punt 141 tas-sentenza appellata, li r-rikorrenti kienet irrinunzjat espressament għall-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-multa bħala kumpens u li hija lanqas ma kienet ressqet talba għad-danni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali meħtieġa għall-adozzjoni u l-awtentikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel żewġ partijiet ta’ dan il-motiv, ibbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fir-rigward tal-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali rrilevat li d-deċiżjoni inkwistjoni kienet ifformulata f’termini essenzjalment identiċi għal dawk tad-Deċiżjoni 91/299 u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kellhiex tisma’<?PAGE NO="I-10424"?> lir-rikorrenti mill-ġdid (punt 191 tas-sentenza appellata). Il-Qorti Ġenerali ċaħdet, barra minn hekk, parti mill-imsemmi motiv, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ konsultazzjoni ġdida tal-kumitat konsultattiv dwar akkordji u pożizzjonijiet dominanti kif ukoll dwar il-kompożizzjoni irregolari ta’ dan il-kumitat.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-punti 218 sa 230 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet parti mill-istess motiv ibbażata fuq l-użu ta’ dokumenti elevati bi ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel regolament li jimplimenta l-Artikoli [81] u [82] tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3). Solvay qieset li, billi d-deċiżjoni ta’ verifika tal-<DATE ISO="19890405">5 ta’ April 1989</DATE> kienet biss intiża għal ksur tal-Artikolu 81 KE, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża d-dokumenti elevati sabiex tibda proċeduri kontra r-rikorrenti skont l-Artikolu 82 KE. Il-Qorti Ġenerali wieġbet li l-Kummissjoni, f’din id-deċiżjoni tagħha ta’ verifika, ma kellhiex tagħmel analiżi preċiża tal-ksur u li, f’dan il-każ, parti mill-fatti allegati msemmija f’din id-deċiżjoni ta’ verifika, jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>implementazzjoni ta’ arranġamenti ta’ xiri esklużiv<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kienu l-istess bħal dawk miżmuma fil-kuntest tal-ksur ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma qabżitx il-qafas legali stabbilit bl-istess deċiżjoni ta’ verifika.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll parti mill-istess motiv, li hija bbażata fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ imparzjalità, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>It-tielet motiv, ibbażat fuq id-definizzjoni żbaljata tas-suq ġeografiku rilevanti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Wara li eżaminat dan il-motiv, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 256 tas-sentenza appellata kkonkludiet li Solvay kienet tinsab f’pożizzjoni dominanti, li s-suq ġeografiku rilevanti huwa ddefinit bħala li huwa l-Komunità, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, jew bħala li huwa kull wieħed mill-Istati li fihom il-ksur tal-Artikolu 82 KE kien ġie attribwit lilha fis-suq tal-karbonat tas-soda.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10425"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ pożizzjoni dominanti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-punti 275 sa 279 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ pożizzjoni dominanti. Hija kkonstatat il-partijiet tas-suq miżmuma minn Solvay u qieset, fil-punti 286 sa 304, li l-argumenti mressqa mir-rikorrenti ma kinux jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li l-konstatazzjoni li Solvay kienet f’pożizzjoni dominanti fis-suq inkwistjoni tiġi kkontestata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Wara li żgurat ruħha diversi drabi, fil-punti 325, 327, 349, 368, 369, 376 u 388 tas-sentenza appellata, li Solvay ma kkontestatx il-materjalità tal-provi prodotti kontriha, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-prattiki akkużati, jiġifieri t-tnaqqis fuq tunnellaġġ marġinali, it-tnaqqis għal fedeltà, it-tnaqqis <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> lill-klijent prinċipali u l-ftehim ta’ esklużività, kienu jikkostitwixxu abbuż minn pożizzjoni dominanti. Hija esponiet b’mod partikolari kif is-sistema ta’ tnaqqis fuq tunnellaġġ marġinali jwassal għal prattiki diskriminatorji.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali vverifikat jekk in-nuqqas ta’ aċċess għal ċerti dokumenti, matul il-proċedura amministrattiva, ipprekludiex lir-rikorrenti milli taqra d-dokumenti li setgħu jiġu użati għad-difiża tagħha. Hija kkonkludiet fin-negattiv, wara li stħarrġet jekk id-dokumenti invokati setgħux jibdlu d-determinazzjoni tas-suq ġeografiku<?PAGE NO="I-10426"?> rilevanti, dak tas-suq tal-prodott inkwistjoni, kif ukoll il-konklużjonijiet li Solvay kellha pożizzjoni dominanti u kienet abbużat minn din il-pożizzjoni. Il-Qorti Ġenerali eżaminat il-parti bbażata fuq in-nuqqas ta’ konsultazzjoni kompleta tal-fajl. Wara li ppruvat tistabbilixxi l-kontenut tal-fajls mitlufa mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali vverifikat li l-aġir li Solvay kienet akkużata bih kien ippruvat bid-dokumenti li jinsabu fil-fajls eżistenti u kkonkludiet, fil-punt 479 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[seta’] jiġi eskluż li l-rikorrenti setgħet issib dokumenti utli għad-difiża tagħha […] fil-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>fajls sussidjarji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> neqsin<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argument invokat insostenn tat-talbiet intiżi għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti invokat ħames motivi, ibbażati fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-gravità tal-ksur, fuq l-evalwazzjoni żbaljata tat-tul tal-ksur, fuq l-eżistenza ta’ ċirkustanzi attenwanti, fuq in-natura sproporzjonata tal-multa u fuq id-dekorrenza taż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-punti 510 u 511 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, f’deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE, ċirkustanza aggravanti ta’ reċidiviżmu ġġustifikata minn kundanni minħabba ksur tal-Artikolu 81 KE ma tistax tiġi aċċettata, u li, barra minn hekk, il-ksur li tagħhom Solvay diġà ġiet ikkundannata kienu differenti ħafna minn dawk inkwistjoni f’dan il-każ. Konsegwentement, hija naqqset il-multa imposta b’5 %.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10427"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bħala tweġiba għall-ħames motiv invokat, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li multa żżomm in-natura punittiva u dissważiva, anki wara ċertu mogħdija ta’ żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet il-multa għal EUR 19 miljun. Hija kkundannat lir-rikorrenti għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll 95 % ta’ dawk tal-Kummissjoni, u kkundannat lil din tal-aħħar għal 5 % tal-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-appellanti tinvoka disa’ aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt li l-kawża tiġi deċiża f’terminu raġonevoli. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 14 u 20 tar-Regolament Nru 17. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, li jirriżulta mill-fatt li, wara li rrifjutat lir-rikorrenti l-aċċess għall-fajl matul il-proċess amministrattiv, il-Kummissjoni tilfet parti minn dan tal-aħħar. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża f’dak li jikkonċerna d-dokumenti li jiskaġunaw li setgħu jiġu kkonsultati fir-reġistru. Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ li l-appellanti kellha qabel ma l-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni inkwistjoni. Is-sitt aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu li tingħata motivazzjoni għas-sentenzi u tal-Artikolu 82 KE f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti meqjusa mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. Is-seba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu li tingħata motivazzjoni għas-sentenzi u tal-Artikolu 82 KE matul l-evalwazzjoni tal-pożizzjoni dominanti mwettqa fis-sentenza appellata. It-tmien aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu li tingħata motivazzjoni għas-sentenzi u tal-Artikolu 82 KE f’dak li jikkonċerna t-tnaqqis mogħti lill-grupp Saint-Gobain. Id-disa’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu li tingħata motivazzjoni għas-sentenzi u tal-Artikolu 82 KE f’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ abbuż ta’ diskriminazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10428"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandhom jiġu eżaminati, qabelxejn u flimkien, it-tielet u l-ħames aggravji, li t-tnejn li huma jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tielet aggravju, l-appellanti tallega li, meta l-Qorti Ġenerali obbligatha turi li d-dokumenti mitlufa setgħu jiġu użati fid-difiża tagħha, il-Qorti Ġenerali imponiet fuqha prova impossibbli, peress li dawn id-dokumenti ma setgħux jiġu eżaminati.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, ir-rikorrenti tallega li l-Qorti Ġenerali ma osservatx il-prinċipju li kien ikun biżżejjed li l-imsemmija dokumenti kienu jirrapreżentaw ċans, anki jekk żgħir, li jinfluwenzaw id-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, ir-rikorrenti tallega li l-Qorti Ġenerali ma limitatx ruħha għal eżami provviżorju tal-fajl sabiex tivverifika jekk id-dokumenti nieqsa setgħux jinfluwenzaw id-deċiżjoni, iżda ddeċidiet fuq il-mertu mal-ewwel. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett ikkunsidrat li l-motivi fuq il-mertu invokati mir-rikorrenti insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni kellhom jiġu miċħuda sabiex minn hekk jiġi dedott, it-tieni nett, li d-dokumenti li ma ġewx żvelati lir-rikorrenti ma setgħu jkollhom l-ebda influwenza fuq l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ parti tal-istess aggravju, ir-rikorrenti tallega li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 470 tas-sentenza appellata, ikkunsidrat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[li] ebda indikazzjoni ma [kienet] tippermetti preżunzjoni li [hija] setgħet issir taf fil-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>faljs sussidjarji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> neqsin b’dokumenti li jikkontestaw il-konstatazzjoni li hija kienet iżżomm pożizzjoni dominanti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fuq il-bażi<?PAGE NO="I-10429"?> tal-partijiet tas-suq biss u li għalhekk qalbet l-oneru tal-prova u kisret il-preżunzjoni ta’ innoċenza. L-appellanti kkontestat l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti u ma jistax jiġi eskluż li dokumenti oħra kienu jippermettulha li ssaħħaħ l-argument tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames parti tat-tielet aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża meta fil-punt 474 tas-sentenza appellata, hija kkunsidrat, dwar it-tnaqqis <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> mogħti lil Saint-Gobain, li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>jmissha għamlet l-aħjar li setgħet sabiex tindika sa fejn provi oħra setgħu jikkontestaw il-kontenut tal-protokoll sigriet jew, tal-inqas, jagħtuh dawl ġdid<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt parti ta’ dan l-aggravju, ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża meta fil-punt 471 tas-sentenza appellata kkunsidrat li żball tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq ġeografiku <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ma setax ikollu influwenza determinanti fir-rigward tal-konklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> b’mod li r-rikorrenti ma setgħetx issib, fid-diviżjonijiet mitlufa mill-Kummissjoni, dokumenti utli għad-difiża tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ħames aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali ma weġbitx għall-argument tagħha li hija kellha tinstema’ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, minkejja l-eżistenza tas-sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, sa fejn il-proċedura amministrattiva kienet affettwata minn irregolaritajiet li rriżultaw min-nuqqas ta’ aċċess għall-fajl fi stadju preċedenti għal dak tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, li jaffettwa l-validità tal-miżuri preparatorji tagħha, u peress li dawn l-irregolaritajiet kienu ġew ikkontestati mill-Qorti Ġenerali qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, fis-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-30/91), iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10430"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, ir-rikorrenti tallega li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tirrikonoxxi li, qabel adottat id-deċiżjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tisma’ lill-impriża inkwistjoni minħabba li sentenza tal-Qorti Ġenerali, anki jekk tingħata fil-kuntest ta’ proċedura differenti, tkun ikkonstatat l-eżistenza ta’ difett li jkun affettwa l-miżuri preparatorji għad-deċiżjoni annullata. F’dan ir-rigward, l-appellanti tfakkar is-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-30/91), iċċitata iktar ’il fuq, u tenfasizza li l-proċedura, f’din il-kawża, kienet affettwata mill-istess difetti bħal dawk imqajma fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza. Skont l-Artikolu 233 KE, il-Kummissjoni kienet obbligata li tislet il-konsegwenzi kollha minn sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali. Anki jekk id-Deċiżjoni 91/299 kienet ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali minħabba nuqqas ta’ awtentikazzjoni, il-Kummissjoni xorta kellha tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-30/91), iċċitata iktar ’il fuq, li kienet ikkonstatat b’mod definittiv, irregolarità ta’ proċedura oħra. Il-Kummissjoni għaldaqstant kienet marbuta, skont l-appellanti, li tkopri dan id-difett proċedurali kkonstatat mill-Qorti Ġenerali sabiex tirregolarizza l-proċedura u, għalhekk, li tqiegħda f’pożizzjoni li taċċeddi għall-fajl u li tippermettilha li tissottometti l-osservazzjonijiet bil-miktub u orali kollha tagħha, u dan qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-ammissibbiltà u l-fondatezza tal-aggravji u tal-argumenti invokati mill-appellanti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, permezz tal-aggravju bbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, ir-rikorrenti ma tikkritikax l-evalwazzjonijiet tal-fatti mwettqa mill-Qorti Ġenerali, iżda r-regoli applikati minnha fir-rigward tal-oneru tal-prova tal-utilità tad-dokumenti li parti minnhom ġiet mitlufa. Il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali applikatx kriterju legali korrett fl-evalwazzjoni tal-utilità ta’ dawn id-dokumenti għad-difiża tar-rikorrenti tikkostitwixxi kwistjoni ta’ dritt suġġett għall-istħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/04 P+C-405/04 P" PAGE.ECR="I-729" YEAR="2007">C-403/04 P u C-405/04 P, Ġabra p. I-729</REF.DOC.ECR>, punt 40, kif<?PAGE NO="I-10431"?> ukoll tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/06 P" PAGE.ECR="I-4951" YEAR="2008">C-413/06 P, Ġabra p. I-4951</REF.DOC.ECR>, punt 117).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Id-drittijiet tad-difiża huma drittijiet fundamentali li jagħmlu parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura r-rispett tagħhom (sentenza tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" PAGE.ECR="I-123" YEAR="2004">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P, u C-219/00 P, Ġabra p. I-123</REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża fi proċedura quddiem il-Kummissjoni li jkollha l-għan li timponi multa fuq impriża għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jeħtieġ li l-impriża kkonċernata titqiegħed f’pożizzjoni li tgħarraf effettivament il-perspettiva tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati kif ukoll dwar id-dokumenti użati mill-Kummissjoni insostenn tal-allegazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ ksur tat-Trattat (sentenza Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 66). Dawn id-drittijiet jinsabu fl-Artikoli 41(2)(a) u (b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Hekk kif fakkret ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 405 tas-sentenza appellata, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl jimplika li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-impriża kkonċernata l-possibbiltà li teżamina d-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl tal-investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti għad-difiża ta’ din l-impriża. Dawn jinkludu kemm id-dokumenti li jinkriminaw kif ukoll dawk li jiskaġunaw, bla ħsara għas-sigrieti kummerċjali ta’ impriżi oħra, għad-dokumenti interni tal-Kummissjoni u għal informazzjoni kunfidenzjali oħra (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 315, kif ukoll Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 68).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10432"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl matul il-proċedura preliminari għall-adozzjoni tad-deċiżjoni jista’, fil-prinċipju, iwassal għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni fejn dan jippreġudika d-drittijiet tad-difiża (sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 317).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, il-ksur li jseħħ ma jiġix rettifikat mis-sempliċi fatt li l-aċċess sar possibbli matul il-proċedura ġudizzjarja (sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 318). Fil-fatt, peress li l-eżami tal-Qorti Ġenerali huwa limitat għal stħarriġ ġudizzjarju tal-motivi mqajma, dan la għandu l-għan u lanqas l-effett li jissostitwixxi investigazzjoni sħiħa tal-każ fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva. Barra minn hekk, l-għarfien tardiv ta’ ċerti dokumenti tal-fajl ma jpoġġix lill-impriża, li tkun ippreżentat rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni, fis-sitwazzjoni li kienet tkun fiha kieku hija setgħet tibbaża ruħha fuq l-istess dokumenti sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub jew orali tagħha quddiem din l-istituzzjoni (ara s-sentenza Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 103, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Meta l-aċċess għall-fajl, u b’mod iktar partikolari għal dokumenti li jiskaġunaw, ikun żgurat fl-istadju tal-proċedura ġudizzjarja, l-impriża kkonċernata ma għandhiex turi li, kieku hija kellha aċċess għad-dokumenti mhux ikkomunikati, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni kien ikollha kontenut differenti, iżda biss li dawn id-dokumenti setgħu kienu utli għad-difiża tagħha (sentenza tat-<DATE ISO="20031002">2 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Corus UK vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/99 P" PAGE.ECR="I-11177" YEAR="2003">C-199/99 P, Ġabra p. I-11177</REF.DOC.ECR>, punt 128; Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 318, kif ukoll Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 131).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti Ġenerali b’mod korrett fakkret dawn il-prinċipji, madankollu, fil-punt 481 tas-sentenza appellata, hija kkonkludiet li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>anki jekk ir-rikorrenti ma kellhiex aċċess għad-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl tal-investigazzjoni, din iċ-ċirkustanza<?PAGE NO="I-10433"?> ma pprekludithiex f’dan il-każ milli tiżgura d-difiża tagħha f’dak li jikkonċerna l-ilmenti dwar il-mertu li l-Kummissjoni [kienet] [i]kkunsidrat fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u fid-deċiżjoni [inkwistjoni]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti Ġenerali preliminarjament eżaminat l-ilmenti mressqa fl-imsemmija deċiżjoni u l-provi materjali prodotti insostenn tagħhom. Tali mod ta’ proċedura ma jistax jiġi kkritikat peress li huwa fid-dawl ta’ dawn l-elementi li l-utilità ta’ dokumenti oħra għad-difiża għandhom jiġu evalwati.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari bbażat il-konklużjoni tagħha fuq il-kunsiderazzjonijiet li, l-ewwel nett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>partijiet mis-suq estremament importanti jikkostitwixxu minnhom infushom, u ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-prova tal-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u, jekk wieħed jassumi li ċirkustanzi bħal dawn kienu eżistew, ir-rikorrenti ma setgħetx tinjorahom (punt 470 tas-sentenza appellata), it-tieni nett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>eventwali żball tal-Kummissjoni [f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tas-suq ġeografiku] ma setax ikollu influwenza determinanti fir-rigward tal-konklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (punt 471 ta’ din is-sentenza) u, it-tielet nett, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ir-rikorrenti jmissha għamlet l-aħjar li setgħet sabiex tindika sa fejn provi oħra setgħu jikkontestaw il-kontenut tal-protokoll sigriet jew, tal-inqas, jagħtuh dawl ġdid<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (punt 474 tal-imsemmija sentenza).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Affermazzjonijiet bħal dawn jinjoraw il-konsegwenzi li jirriżultaw mit-telf ta’ fajls, f’dan il-każ, għad-drittijiet tar-rikorrenti. Fil-fatt, b’dan ir-raġunament, il-Qorti Ġenerali tibbaża fuq ipoteżijiet mhux biss f’dak li jikkonċerna l-kontenut tad-dokumenti li ntilfu, iżda wkoll f’dak li jikkonċerna l-għarfien li r-rikorrenti kellu jkollha tal-kontenut. B’mod partikolari, hekk kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 202 tal-konklużjonijiet tagħha, il-Qorti Ġenerali ma tispjegax għaliex ir-rikorrenti stess kellha tkun taf b’ċirkustanzi eċċezzjonali li setgħu jikkontribwixxu sabiex jirribattu l-preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti bbażata fuq l-informazzjoni relattiva għall-partijiet mis-suq.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10434"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont il-Kummissjoni, il-fajls sussidjarji neqsin x’aktarx kien fihom it-tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni magħmula skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17. Għalhekk, ma huwiex eskluż li, f’dawn il-fajls sussidjarji, ir-rikorrenti setgħet issib elementi li ġejjin minn impriżi oħra u li jippermettulha li tagħti interpretazzjoni tal-fatti differenti minn dik mogħtija mill-Kummissjoni, li setgħet tkun utli għad-difiża tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti ma kellhiex aċċess għal dawn id-dokumenti u li l-kontenut tagħhom la kien determinat u lanqas ma seta’ jiġi ddeterminat, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta imponiet fuq ir-rikorrenti, hekk kif għamlet fil-punt 474 tas-sentenza appellata, sabiex tippreċiża l-argumenti li hija setgħet tinvoka kieku hija kellha dawn id-dokumenti għad-dispożizzjoni tagħha, liema ħaġa kienet fiżikament impossibbli għaliha li tkun taf.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li f’dan il-każ, ma hijiex kwistjoni ta’ xi dokumenti neqsin li l-kontenut tagħhom seta’ jiġi kkostitwit mill-ġdid minn sorsi oħra, iżda ta’ fajls sussidjarji sħaħ li, jekk is-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni indikati fil-punt 62 ta’ din is-sentenza kienu eżatti, setgħu jinkludu dokumenti essenzjali tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni u li setgħu jkunu rilevanti għad-difiża tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta fil-punt 481 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li s-sitwazzjoni fejn ir-rikorrenti ma kellhiex aċċess għad-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl tal-investigazzjoni ma pprekludithiex milli tiżgura d-difiża tagħha, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-ksur, mill-Kummissjoni, tad-drittijiet tad-difiża, kisret il-prinċipji tal-oneru tal-prova u bbażat ruħha fuq suppożizzjonijiet, fir-rigward tal-kontenut tad-dokumenti nieqsa, li kien impossibbli għall-Qorti Ġenerali stess li tivverifika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10435"?><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-smigħ tal-impriża kkonċernata qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, invokat mill-appellanti fil-ħames aggravju tagħha, għandu jitfakkar li dan jagħmel parti mid-drittijiet tad-difiża. Issa, ksur tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi eżaminat skont iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-punt 184 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament fakkret li, meta l-Kummissjoni, wara l-annullament tad-deċiżjoni li tissanzjona impriżi li jkunu kisru l-Artikolu 81(1) KE, minħabba difett proċedurali li jikkonċerna esklużivament ir-regoli dettaljati tal-adozzjoni definittiva tagħha mill-kulleġġ tal-kummissarji, tadotta deċiżjoni ġdida, b’kontenut sostanzjalment identiku u fondat fuq l-istess ilmenti, hija ma għandhiex l-obbligu li tisma’ mill-ġdid lill-impriżi kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 83 sa 111).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kwistjoni tas-smigħ tar-rikorrenti madankollu, ma tistax tiġi sseparata mill-aċċess għall-fajl. Fil-fatt, għalkemm id-deċiżjoni inkwistjoni għandha kontenut sostanzjalment identiku u hija bbażata fuq l-istess ilmenti tal-ewwel deċiżjoni annullata mill-Qorti Ġenerali minħabba difett proċedurali li seħħ fl-aħħar stadju tal-proċedura, jiġifieri nuqqas ta’ awtentikazzjoni regolari mill-kulleġġ tal-kummissarji, xorta jibqa’ l-fatt li l-adozzjoni ta’ din l-ewwel deċiżjoni kienet ukoll affettwata minn difett ferm iktar kmieni minn dan l-aħħar difett. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 17 ta’ din is-sentenza, huwa paċifiku li, matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tal-imsemmija l-ewwel deċiżjoni, il-Kummissjoni ma pprovdietx lir-rikorrenti bid-dokumenti kollha li kienu fil-fajl tagħha, b’mod partikolari d-dokumenti li jiskaġunaw.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, hekk kif tfakkar fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-30/91), u ICI vs Il-Kummissjoni (T-36/91), il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fir-rigward tad-Deċiżjoni 91/297 imsemmija fil-punt 12 ta’ din is-sentenza, liema deċiżjoni hija konnessa mad-deċiżjoni inkwistjoni u li hija s-suġġett tal-istess komunikazzjoni ta’ lmenti, li din<?PAGE NO="I-10436"?> il-proċedura amministrattiva kienet ivvizzjata bi ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li l-Kummissjoni ma kinitx tat lill-impriża kkonċernata aċċess suffiċjenti għad-dokumenti u b’mod partikolari għal dawk li setgħu jintużaw għad-difiża ta’ din tal-aħħar. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali annullat dawn id-deċiżjonijiet, filwaqt li fakkret, b’mod partikolari, li minn naħa, l-aċċess għall-fajl fil-kawżi ta’ kompetizzjoni, jaqa’ taħt il-garanziji proċedurali intiżi sabiex jipproteġu d-dritijiet tad-difiża, u, min-naħa l-oħra, in-neċessità li tiġi stabbilita lista ddettaljata ta’ dokumenti li jifformaw parti mill-fajl, u dan sabiex l-impriża kkonċernata tkun tista’ tevalwa l-opportunità li titlob li jkollha aċċess għal dokumenti speċifiċi li jistgħu ikunu utli għad-difiża tagħha (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq tad-<DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni, T-30/91, punti 59 u 101 kif ukoll ICI vs Il-Kummissjoni, T-36/91, punti 69 u 111).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Minkejja dawn l-elementi u minkejja ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonferma l-importanza tal-aċċess għall-fajl u, b’mod iktar partikolari, għad-dokumenti li jiskaġunaw (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-51/92 P" PAGE.ECR="I-4235" YEAR="1999">C-51/92 P, Ġabra p. I-4235</REF.DOC.ECR>), il-Kummissjoni adottat l-istess deċiżjoni bħal dik li kienet ġiet annullata fuq nuqqas ta’ awtentikazzjoni regolari, mingħajr ma fetħet proċedura amministrattiva ġdida li fil-kuntest tagħha l-appellanti kienet tinstema’ minnha wara li kienet tingħata aċċess għall-fajl.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża, u b’mod partikolari billi bbażat ruħha fuq il-fatt li l-ewwel deċiżjoni kienet ġiet annullata fuq nuqqas ta’ awtentikazzjoni regolari u li t-tieni deċiżjoni kienet tinkludi l-istess ilmenti, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, qieset li s-smigħ tar-rikorrenti ma kienx neċessarju. Għalhekk hija wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża u meta ma semgħetx lil din tal-aħħar qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li t-tielet u l-ħames aggravji huma fondati u li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata peress li, permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali naqset milli tannulla d-deċiżjoni inkwistjoni fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10437"?><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Billi r-rikonoxximent tal-fondatezza tat-tielet u l-ħames aggravji jwassal għall-annullament tas-sentenza appellata, ma hemmx lok li jiġu eżaminati l-aggravji l-oħra.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors kontra d-deċiżjoni inkwistjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jekk l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Hija tista’ għalhekk tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża. Dan huwa l-każ hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Mill-punti 51 sa 72 ta’ din is-sentenza jirriżulta li r-rikors huwa fondat u li hemm lok li d-deċiżjoni inkwistjoni tiġi annullata minħabba ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-appell taħt l-Artikolu 118 ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress illi l-Kummissjoni tilfet fil-parti l-kbira tal-aggravji tagħha, hemm lok li tiġi kkundannata<?PAGE NO="I-10438"?> tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż kollha sostnuti mill-appellanti, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, kif mitlub mill-appellanti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (T-57/01), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/6/KE, tat-<DATE ISO="20001213">13 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE (COMP/33.133 — C: Karbonat tas-soda — Solvay), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appell.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>