|
11.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/14 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/241
tas-6 ta' Frar 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2007/703/KE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2452 u (UE) 2018/1109 fir-rigward tar-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni
(notifikata bid-dokument C(2019) 748)
(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dow AgroSciences Ltd. u Dow AgroSciences Europe Ltd., bis-sede tagħhom fir-Renju Unit, huma r-rappreżentanti fl-Unjoni rispettivament ta' Dow AgroSciences LLC u Mycogen Seeds għall-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/703/KE (2) u mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2452 (3) u (UE) 2018/1109 (4). Għall-awtorizzazzjonijiet skont dawk id-deċiżjonijiet, Pioneer Overseas Corporation, bis-sede fil-Belġju, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta' Pioneer Hi-Bred International Inc. |
|
(2) |
Fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Dow AgroSciences Europe talbet lill-Kummissjoni, b'ittra bid-data tat-13 ta' Settembru 2018, li jinbidel ir-rappreżentant tagħha għall-ikel u l-għalf ikkonċernati ġenetikament modifikati, billi Dow AgroSciences Distribution S.A.S., bis-sede fi Franza, issir ir-rappreżentant tagħha minflok Dow AgroSciences Ltd u Dow AgroSciences Europe Ltd. B'ittra bid-data tat-12 ta' Ottubru 2018, Dow AgroSciences LLC ċċarat li Dow AgroSciences Europe, Dow AgroSciences Ltd. u Dow AgroSciences Europe Ltd., huma l-istess entità legali. B'ittra bid-data tas-7 ta' Settembru 2018, Dow AgroSciences Distribution S.A.S ikkonfermat il-qbil tagħha mat-trasferiment tar-rappreżentant. |
|
(3) |
Il-bidliet mitluba, huma għalhekk purament amministrattivi fin-natura tagħhom u ma jeħtieġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. L-istess japplika fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kkonċernati, li jenħtieġ li jiġu adattati wkoll skont dan. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/703/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2452 u (UE) 2018/1109 jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni 2007/703/KE
Id-Deċiżjoni 2007/703/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li tirrappreżenta lil Mycogen Seeds, l-Istati Uniti”; |
|
(2) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza”; |
|
(3) |
Il-punt (a) tal-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2452
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2452 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li tirrappreżenta lil Dow AgroSciences LLC, l-Istati Uniti”; |
|
(2) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza”; |
|
(3) |
Il-punt (a) tal-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
Emendi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1109
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1109 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., Franza, li tirrappreżenta lil Dow AgroSciences LLC, l-Istati Uniti”; |
|
(2) |
It-test tal-punt (b) tal-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza”; |
|
(3) |
Il-punt (a) tal-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
(a) |
Dow AgroSciences Distribution S.A.S., 6, rue Jean Pierre Timbaud, 78180 Montigny-le-Bretonneux, Franza; u |
|
(b) |
Pioneer Overseas Corporation, Avenue des Arts 44, 1040 Brussell, il-Belġju. |
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/703/KE tal-24 ta' Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507xNK603 (DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 285, 31.10.2007, p. 47).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2452 tal-21 ta' Diċembru 2017 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 25).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1109 tat-3 ta' Awwissu 2018 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 7).