Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tkun adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-KE rigward il-miżuri trażitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar għad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 u kif rivedut għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 /* KUMM/2010/0279 finali - NLE 2010/0149 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussell, 27.5.2010 COM(2010)279 finali 2010/0149(NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tkun adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-KE rigward il-miżuri trażitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar għad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 u kif rivedut għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Bid-deċiżjoni tat-23 ta' Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għan-negozjati mal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn 'il quddiem 'l-Istati AKP') bil-ħsieb li twettaq it-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati AKP, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem 'Ftehim ta' Kotonù'). F'konformità mal-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Kotonù, in-negozjati ġew konklużi b'suċċess permezz ta' Laqgħa Ministerjali Konġunta straordinarja fid-19 ta' Marzu 2010 fejn in-negozjatur tal-UE inizjala t-testi approvati li se jemendaw il-Ftehim. L-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Kotonù jawtorizza lill-Kunsill Konġunt li jadotta miżuri tanżitorji fir-rigward tad-dispożizzjonijiet emendati sakemm jidħlu fis-seħħ. Skont l-Artikolu 218(5) TFUE, id-deċiżjoni tal-Kunsill, fuq proposta min-negozjatur, li tawtorizza l-iffirmar tal-Ftehim, tista' tkun akkumpanjata bl-applikazzjoni provviżorja tagħha qabel ma tidħol fis-seħħ. Addizzjonalment, skont l-Artikolu 218(9) TFUE, fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi il-pożizzjonijiet li għandhom ikunu adottati f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE. Il-Kummissjoni bagħtet proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005. Meta wieħed jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim li Jemenda jistgħu jkunu applikati b'mod provviżorju mingħajr diffikultajiet tekniċi, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill li jadotta deċiżjoni li tappoġġa l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li Jemenda. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni mehmuża. 2010/0149(NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tkun adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-KE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar għad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 u kif rivedut għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku , fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù, fit-23 ta' Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim ta' Kotonù') u b'mod partikolari l-Artikolu 95(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: 1. Il-Ftehim ta' Kotonù kien konkluż għal 20 sena mill-1 ta' Marzu 2000. Madanakollu saret dispożizzjoni għal possibilità li jkunu emendat il-Ftehim permess ta' proċess ta' reviżjoni wara kull perjodu ta' ħames snin. 2. In-negozjati dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Kotonù ġew konklużi fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2005. Il-Ftehim rivedut kien ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008. 3. Bid-deċiżjoi tat-23 ta' Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tibda n-negozjati mal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn issa 'l quddiem 'l-Istati AKP') bil-għan li tinbeda t-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Kotonù. 4. F'konformità mal-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Kotonù, in-negozjati tlestew b'suċċess bl-inizjalar, tal-abbozz tat-testi li ser jemendaw il-Ftehim għat-tieni darba, li sar f'laqgħa straordinarja tal-Ministri tal-AKP-UE fid-19 ta' Marzu 2010. 5. Il-Ftehim li Jemenda , [li għandu jkun iffirmat f'Ouagadougou fil-XX ta' Ġunju 2010,] ser jidħol fis-seħħ mat-tlestija tal-proċeduri ta' ratifika msemmija fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta' Kotonù. 6. Skont l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta miżuri tranżitorji kif meħtieġ biex ikopri l-perjodu mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Kotonù għat-tieni darba. 7. L-applikazzjoni provviżorja tad-dispożizzjonijiet modifikati fit-tieni reviżjoni għandha tikkostitwixxi miżura tranżitorja kemm neċessarja kif ukoll suffiċjenti. IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Kotonù, hija li tapprova l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, skont il-patti tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE mehmuż. Bidliet żgħar għal dan l-abbozz jistgħu jkunu mifthema mingħajr ma jeħtieġu li jkun emendat l-anness għad-deċiżjoni preżenti. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz DEĊIŻJONI Nru…/2010 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-KEta’ XX Ġunju 2010dwar miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar tal-ftehim sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005. IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AKP-KE, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku , fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù, fit-23 ta' Ġunju 2000 u rivedut għall-ewwel darba fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 2005 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim ta’ Kotonù'), u b'mod partikolari l-Artikolu 95(3) tiegħu; Billi: (1) Il-Ftehim tal-Cotonou kien konkluż għal 20 sena mill-1 ta' Marzu 2000. Madanakollu saret dispożizzjoni għal possibilità li jkunu emendati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim permess ta' proċess ta' reviżjoni wara kull perjodu ta' ħames snin. (2) In-negozjati dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Kotonù ġew konklużi fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2005. Il-Ftehim rivedut kien ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008. (3) In-negozjati għat-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Kotonù kienu uffiċjalment imnedija fil-Kunsill Konġunt tad-29 ta' Mejju 2009 u tlestew fi Brussell fid-19 ta' Marzu 2010. Il-Ftehim li Jemenda, [iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010,] ser jidħol fis-seħħ mat-tlestija tal-proċeduri ta' ratifika msemmija fl-Artikolu 93 tiegħu. (4) Skont l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta miżuri tranżitorji kif meħtieġ biex ikopri l-perjodu mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Kotonù għat-tieni darba. (5) Il-partijiet iqiesu li huwa xieraq li jħejju għall-applikazzjoni bikrija tal-Ftehim rivedut, biex ikollha effett wara d-data tal-iffirmar. (6) Il-partijiet ser jaħdmu biex ilestu l-proċess ta' ratifika fi żmien sentejn mill-iffirmar tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim tal-Kotonù għat-tieni darba. IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, għandu jkun applikat b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u validità ta' din id-Deċiżjoni Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. Tibqa' tapplika sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim rivedut. L-Unjoni Ewropea għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Kotonù rivedut, u l-partijiet jidħlu responsabbli li jlestu l-proċeduri kollha neċessarji biex jiżguraw id-dħul fis-seħħ sħiħ ta' dan tal-aħħar fi żmien sentejn mill-Ftehim. L-Istati Membri tal-UE u l-Istati AKP huma mistiedna biex jieħdu l-miżuri li jikkunsidraw xierqa sabiex jimplimentaw id-deċiżjoni. Magħmula f'Ouagadougou, XX ta' Ġunju 2010. Għall-Kunsill tal-Ministri tal-KE-AKP Il-President ANNESS Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005.