|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
372 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/8/2006
tal-15 ta' Marzu 2006
li temenda d-Deċiżjoni BiH/1/2004 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' Stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnia u Ħerzegovina u d-Deċiżjoni BiH/3/2004 dwar it-twaqqif tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
(2006/267/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni BiH/1/2004 (1) fil-21 ta' Settembru 2004 u d-Deċiżjoni BiH/3/2004 fid-29 ta' Settembru 2004 (2). |
|
(2) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE dwar il-kontribuzzjoni tar-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (EUMC) qabel li jirrakkomanda lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jaċċetta l-kontribuzzjoni tar-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja. |
|
(3) |
Konformement ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk, id-Danimarka ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' l-operazzjoni. |
|
(4) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li stqarret li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implementazzjoni tagħhom sejrin japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew Partijiet għall-“Isħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehim bilaterali ta' sigurtà man-NATO, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness mad-Deċiżjoni BiH/1/2004 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS
LISTA TA' STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
— |
Albanija |
|
— |
Arġentina |
|
— |
Bulgarija |
|
— |
Kanada |
|
— |
Ċilì |
|
— |
Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja |
|
— |
Marokk |
|
— |
New Zealand |
|
— |
Norveġja |
|
— |
Rumanija |
|
— |
Żvizzera |
|
— |
Turkija”. |
Artikolu 2
L-Anness mad-Deċiżjoni BiH/3/2004 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS
LISTA TA' STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)
|
— |
Albanija |
|
— |
Arġentina |
|
— |
Bulgarija |
|
— |
Kanada |
|
— |
Ċilì |
|
— |
Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja |
|
— |
Marokk |
|
— |
New Zealand |
|
— |
Norveġja |
|
— |
Rumanija |
|
— |
Żvizzera |
|
— |
Turkija”. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta' Marzu 2006.
Ghall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
F. J. KUGLITSCH
(1) ĠU L 324, 27.10.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BiH/5/2004 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 39).
(2) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 64. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BiH/5/2004.