20.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/17


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2010

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar EDF) għas-sena finanzjarja 2008

(2010/104/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (3), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost oħrajn, l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar EDF), u partikolarment l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u partikolarment l-Artikoli 142 sa 144 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 11(8) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-għaxar EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF matul is-sena finanzjarja 2008 kienet sodisfaċenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar EDF għas-sena finanzjarja 2008.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(3)   ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(4)   ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(5)   ĠU C 269, 10.11.2009, p. 257.