European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1491

13.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11420 — BLACKSTONE / VISTA / ADAPT2)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1491)

1.   

Fil-5 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Blackstone Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti),

—

Vista Equity Partners Management, LLC (“Vista”, l-Istati Uniti), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn VEP Group, LLC (l-Istati Uniti),

—

Adapt2 Solutions, Inc. u s-sussidjarja tagħha Adapt2 Services LLC (flimkien “Adapt2”, it-tnejn tal-Istati Uniti).

Blackstone u Vista se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Adapt2.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u l-impriża bi sħab huma dawn li ġejjin:

—

Blackstone hija maniġer tal-assi alternattivi globali,

—

Vista hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq il-finanzjament ta’ negozji tas-software tal-intrapriża, tad-data u dawk abilitati bit-teknoloġija,

—

Adapt2 hija fornitur ta’ software għan-negozjar tal-enerġija u għas-saldu tal-enerġija għal operazzjonijiet front-office u back-office għall-parteċipanti fis-suq bl-ingrossa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata r-referenza li ġejja:

M.11420 – BLACKSTONE / VISTA / ADAPT2

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1491/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)