<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑245/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0245</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:156">EU:C:2017:156</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>borgadrcjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170302">2.3.2017</DATE> – KAWŻA C‑245/15</P><P>CASA NOASTRĂ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Derogi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 561/2006</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(a)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1073/2009</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 3 tal-Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi regolari li jiżguraw it-trasport tal-passiġġieri</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Trasport b’xejn organizzat minn operatur ekonomiku għall-impjegati tiegħu, lejn u mill-post tax-xogħol, f’vetturi li jappartjenu lilu u misjuqa minn wieħed mill-impjegati tiegħu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑245/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Judecătoria Balş – Judeţul Olt (qorti tal-ewwel istanza ta’ Balş – dipartiment ta’ Olt, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150430">30 ta’ April 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SC Casa Noastră SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerul Transporturilor ‑ Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportului Rutier (ISCTR),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Berger (Relatur), President tal-Awla, A. Borg Barthet u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul Transportului (ISCTR), minn D. Ştefan, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn M. Chicu u E. Gane kif ukoll minn R. H. Radu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Hottiaux u L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 102, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar [jemenda] r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="300" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 300, p. 88</REF.DOC.OJ> u r-rettifika, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="272" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 272, p. 15</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn SC Casa Noastră SA u l-Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportului Rutier (ISCTR), [ministeru tat-trasport ‑ spettorat nazzjonali għall-kontroll tat-trasport bit-triq (ISCTR), ir-Rumanija] dwar multa imposta mill-ISCTR lil wieħed mill-impjegati ta’ Casa Noastră għan-nuqqas ta’ osservanza tal-perijodi tal-mistrieħ u tas-sewqan.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 561/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ta’ passiġġieri b’vetturi li huma magħmula jew addattati b’mod permanenti sabiex iġorru aktar minn disa’ persuni nkluż ix-xufier, u li huma ntiżi għal dak l-iskop.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Dan ir-Regolament ma japplikax għat-trasport bit-triq permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari fejn ir-rotta koperta minn dan is-servizz ma taqbiżx il-50 kilometru.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(n) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>servizzi regolari tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser is-servizzi nazzjonali u internazzjonali kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-<DATE ISO="19920316">16 ta’ Marzu 1992</DATE> dwar ir-regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri b’coach u b’xarabank [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 306)]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 684/92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 684/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="629" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 629</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolament Nru 684/92<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.P><TXT>Is-Servizzi regolari</TXT></NP></TI></TITLE><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1.1.</NO.P><TXT>Is-servizzi regolari huma s-servizzi li jipprovdu għat-trasport ta’ passiġġieri f’intervalli speċifikati tul rotot speċifiċi, meta passiġġieri jinġabru u jitniżżlu f’postijiet ta’ waqfien predeterminati. Is-Servizzi regolari għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd, soġġett, meta approprjat, għal riserva obbligatorja.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1.2.</NO.P><TXT>Is-servizzi, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn, safejn dawn is-servizzi jkunu operati taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f’1.1., għandhom jitqiesu li jkunu servizzi regolari. Dawn is-servizzi huma hawnhekk iżjed il quddiem imsejħa ’servizzi regolari speċjali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Is-servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-trasport ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-trasport lejn u mill-istituzzjoni edukattiva għal tfal ta’ l-iskola u studenti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>it-trasport ta’ suldati u l-familji tagħhom bejn l-Istat ta’ l-oriġini tagħhom u ż-żona tal-barracks tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-fatt li s-servizz speċjali jista’ jiġi mibdul skond il-ħtiġiet ta’ l-utenti m’għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></GR.SEQ></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1073/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 684/2000 ġie mħassar u ssostitwit bl-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1073/2009. Bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, ir-referenzi magħmula għar-regolament imħassar huma intiżi bħala magħmula għar-Regolament Nru 1073/2009 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III ta’ dan tal-aħħar. Wara dan it-tħassir, il-punt 1.1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 684/92 jikkorrispondi għall-punt 2 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1073/2009, u punt 1.2 tal-Artikolu 2, tar-Regolament Nru 684/92 jikkorrispondi għall-punt 3 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1073/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009 jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>servizzi regolari<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri, f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien predeterminati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>servizzi regolari speċjali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>operazzjonijiet tat-trasport għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ minn persuna fiżika jew ġuridika, fejn</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali, u</P></ITEM><ITEM><P>l-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta’ dik il-persuna naturali jew legali jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b’xiri fit-tul jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta’ kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna naturali jew legali jew mill-persuna naturali nfisha jew minn persunal impjegat minn, jew imqiegħed għad-disposizzjoni, tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-libertà li jiġu provduti servizzi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull trasportatur għal kiri jew għal ħlas imsemmi fl-Artikou 1 għandu skont dan ir-Regolament jitħalla jagħti servizzi regolari inkluż servizzi regolari speċjali u servizzi okkażjonali bil-kowċ jew xarabank mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta’ ċittadinanza jew post ta’ stabbiliment jekk huwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikun awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit biex jidħol għat-trasport permezz ta’ servizzi regolari, inklużi servizzi regolari speċjali, jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank skont il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull trasportatur għal rasu msemmi fl-Artikolu 1 għandu jitħalla jagħti s-servizzi ta’ trasport skont l-Artikolu 5(5) mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi taċ-ċittadinanza jew tal-post ta’ stabbiliment jekk huwa jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>awtorizzat fl-Istat Membru ta’ fejn ikun stabbilit biex jidħol għat-trasport bil-kowċ u bix-xarabank skont il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-aċċess għas-suq<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta’ bilfors.</ALINEA><ALINEA>Dawn is-servizzi għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III.</ALINEA><ALINEA>Is-servizzi regolari minn Stat Membru lil pajjiż terz u viċeversa għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-ftehim reċiproku bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz u, fejn xieraq, l-Istat Membru ta’ transitu, dment li l-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż.</ALINEA><ALINEA>In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, l-użu ta’ vetturi addizzjonali u intervalli iqsar, n-nuqqas ta’ servizz ta’ ċerti waqfiet u s-servizz ta’ waqfiet addizzjonali fuq is-servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu rregolati mill-istess regoli għal dawk applikabbli għas-servizzi regolari eżistenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu partikolarment:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-ġarr tal-passiġġieri bejn id-dar u x-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ġarr sa u mill-istituzzjoni edukattiva għat-tfal tal-iskola u studenti.</TXT><P>Il-fatt li servizz speċjali jista’ jiġi varjat skont il-ħtiġiet tal-utenti ma jolqotx il-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.</P><P>Is-servizzi regolari speċjali m’għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont il-Kapitolu III meta dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Operazzjonijiet ta’ trasport għal rashom għandhom ikunu eżentati minn kull sistema ta’ awtorizzazzjoni iżda għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati.</ALINEA><ALINEA>Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata u għandhom ikunu validi għall-vjaġġ kollu inkluż it-tranżitu.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Ordonanța Guvernului Nr. 27/2011 privind transporturile rutiere (Digriet tal-Gvern Nru 27/2011 fuq it-trasport bit-triq), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>it-trasport bit-triq għal rasu ta’ persuni huwa trasport bit-triq imwettaq għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bil-qligħ, minn persuna fiżika jew ġuridika bl-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-Parti I ta’ dan id-digriet jipprovdi, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tat-trasport bit-triq:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>klassifikazzjoni skont in-natura kummerċjali tal-attività:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>trasport bit-triq bi ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>trasport bit-triq għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 52 tal-anness tal-Ordinul Ministrului Transporturilor nr. 980/2011 pentru aprobarea Normelor metodologice privind aplicarea prevederilor referitoare la organizarea şi efectuarea transporturilor rutiere şi a activităţilor conexe acestora stabilite prin Ordonanţa Guvernului nr. 27/2011 privind transporturile rutiere (Digriet Nru 980/2011 tal-Ministru tat-Trasport li jadotta r-regoli metodoloġiċi dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u l-implementazzjoni tat-trasport bit-triq u tal-attivitajiet relatati stabbiliti bid-Digriet tal-Gvern Nru 27/2011 fuq it-trasport bit-triq), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, jipprevedi li s-servizzi regolari, is-servizzi regolari speċjali u s-servizzi okkażjonali huma mwettqa bi ħlas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 54(1) u (2) tal-anness ta’ dan id-digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="054.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>It-trasport bit-triq interdipartimentali ta’ persuni, bi ħlas, permezz ta’ servizzi regolari ma jistax jitwettaq minn operatur tat-trasport bit-triq ħlief jekk dan tal-aħħar ikollu liċenzja għal rotta valida għall-vjaġġ inkwistjoni, bħal ma huwa previst mill-programm tat-trasport.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="054.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-liċenzja għal rotta ma hijiex valida jekk ma tkunx akkumpanjata mill-perijodi taż-żmien għat-tul kollu tat-trasport u biss jekk it-tluq tal-bidu tal-vjaġġ huwa magħmul fil-jum u s-siegħa previsti mill-perijodi taż-żmien.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 ta’ dan l-anness jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>It-trasport bit-triq għal rasu ta’ persuni jitwettaq minn impriżi tat-trasport bit-triq għal rasu, unikament b’kowċijiet li fuqhom jinsabu, għall-perijodu kollu tat-trasport, kopja taċ-ċertifikat tat-trasport għal rasu kif ukoll id-dokument tat-trasport.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="080.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Fis-sens tal-paragrafu 1, dokument tat-trasport ifisser it-tabella li fiha l-ismijiet tal-persuni trasportati, iffirmata u ttimbrata mir-rappreżentant legali tal-impriża.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 81(a) tal-imsemmi anness jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Minbarra d-dokument tat-trasport, fil-każ ta’ trasport bit-triq ta’ persuni għal rasu, id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu fuq il-kowċ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dokument tas-servizz validu tax-xufier, li juri li huwa impjegat mill-impriża tat-trasport bit-triq għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tal-Ordonanta Guvernului nr 37/2007 privind stabilirea cadrului de aplicare a regulilor privind perioadele de conducere, pauzele şi perioadele de odihnă ale conducătorilor auto şi utilizarea aparatelor de înregistrare a activităţii acestora (Digriet tal-Gvern Nru 37/2007 li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar it-tul tas-sewqan, tal-pawża u mistrieħ tax-xufiera tal-vetturi bil-mutur u l-użu tal-apparat tar-reġistrazzjoni tal-attivitajiet tagħhom), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Digriet tal-Gvern Nru 37/2007<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-fatti li ġejjin jikkostitwixxu ksur serju ħafna tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, kif ukoll, skont il-każ tal-Ftehim [Ewropew dwar ix-xogħol tal-ekwipaġġi li jaħdmu fuq vetturi użati għat-trasport fuq it-toroq internazzjonali (AETR)] u jikkostitwixxu reati amministrattivi meta ma humiex ikkunsidrati bħala reati skont il-liġijiet kriminali:</P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>meta jinqabżu, b’sagħtejn jew iktar, il-perijodu ta’ sewqan ta’ kuljum jew il-perijodu ta’ sewqan massimu ta’ kuljum;</TXT></NP><P>[…]</P><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>in-nuqqas ta’ osservanza tal-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum, meta dan tal-aħħar jitnaqqas b’sagħtejn jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Digriet tal-Gvern Nru 37/2007 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-reati amministrattivi previsti fl-Artikolu 8 huma suġġetti għas-sanzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="7"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>multa ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">8000</FT> [lei rumenti (RON)], applikabbli għax-xufier tal-vettura għall-fatti msemmija fil-punti 15, 16, 18 sa 20, 22 sa 26, 28 sa 30, 36 u 38 tal-paragrafu 1 u applikabbli għall-impriża/operatur tat-trasport bit-triq għall-fatti msemmija fil-punti 1 sa 11, 31 u 32 tal-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Casa Noastră hija impriża li tipproduċi u tikkummerċjalizza xogħol tal-PVC u li l-istallazzjonijiet tal-produzzjoni tagħha jinsabu f’Pielești (ir-Rumanija), jiġifieri madwar 13 km bogħod minn Craiova (ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Din l-impriża tiżgura t-trasport għall-impjegati tagħha lejn u mill-post tax-xogħol, permezz ta’ tliet kowċijiet b’44 post u żewġ minibuses b’20 post, vetturi li hija l-proprjetarja tagħhom. Għal dan il-għan hija timpjega ħames xufiera b’mod permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-impjegati ta’ Casa Noastră jaħdmu f’xiftijiet ta’ tliet timijiet, b’tali mod li t-trasport tagħhom jitwettaq kull ġurnata tax-xogħol bi tliet vjaġġi ta’ tluq u ritorn. Wieħed mill-vjaġġi magħmula fil-kuntest ta’ dan it-trasport huwa l-vjaġġ ta’ tluq u ritorn bejn Pielești u Branet (ir-Rumanija) fejn id-distanza bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet hija ta’ 21 km.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, waħda mill-vetturi ta’ Casa Noastră, misjuqa minn wieħed mix-xufiera ta’ din l-impriża fuq l-imsemmi vjaġġ, ġiet ikkontrollata minn spettur tal-ISCTR. Matul dan il-kontroll, ix-xufier kellu jippreżenta it-takografu tiegħu, li rrileva nuqqas ta’ osservanza tal-perijodi ta’ mistrieħ u ta’ sewqan. Għaldaqstant, ġiet imposta fuq Casa Noastră multa amministrattiva, taħt il-punti 1 u 6 tal-Artikolu 8(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 37/2007, peress li nqabeż il-perijodu ta’ sewqan ta’ kuljum u b’mod iktar speċifiku l-perijodu ta’ sewqan massimu ta’ kuljum, kif ukoll għan-nuqqas ta’ osservanza tal-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Casa Noastră ikkontestat din is-sanzjoni billi sostniet, b’mod partikolari, li matul dan il-kontroll, hija kienet qed twettaq trasport bit-triq ta’ persuni li jaqa’ fil-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>servizzi regolari speċjali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ta’ trasport ta’ ħaddiema bejn id-dar u l-post tax-xogħol tagħhom, fuq rotta ta’ inqas minn 50 km, u li, konsegwentement, kienet tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru°561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ISCTR sostna li Casa Noastră wettqet trasport bit-triq għal rasu ta’ persuni, peress li dan it-trasport kien imwettaq għal skopijiet mhux bil-qligħ u mhux kummerċjali, filwaqt li t-trasport bit-triq tal-persuni fil-kuntest ta’ servizzi regolari speċjali huwa bi ħlas u jinvolvi l-osservanza ta’ kundizzjonijiet oħra previsti mill-leġiżlazzjoni nazzjonali. Konsegwentement, l-imsemmi trasport ma jaqax, fil-fehma tiegħu, taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li għandha tiġi eżaminata l-possibbiltà legali, għall-operaturi ekonomiċi, li jorganizzaw servizzi ta’ trasport għall-ħaddiema tagħhom stess, lejn u mill-post tax-xogħol tagħhom, kif ukoll il-kwistjoni ta’ sa fejn ħaddiem huwa, għall-perijodu tat-trasport, passiġġier li qed jibbenefika minn servizz regolari speċjali, u dana filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li Casa Noastră ma tirċievi l-ebda remunerazzjoni għas-servizz ta’ trasport ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi il-Judecătoria Balş – Judeţul Olt – (qorti tal-ewwel istanza ta’ Balş – dipartiment ta’ Olt, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>Sa fejn l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>organizzati minn min ikun<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> użata fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1073/2009, tista’ tiġi interpretata fis-sens li servizz tat-trasport regolari jista’ jiġi organizzat minn operatur ekonomiku għat-trasport tal-impjegati tiegħu lejn u mill-post tax-xogħol?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sa fejn l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari fejn ir-rotta koperta minn dan is-servizz ma taqbiżx il-50 kilometru<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>, użata fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, tista’ tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għall-ħaddiema, fil-kuntest tal-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tax-xogħol?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk is-servizz tat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema, organizzat mill-persuna li timpjega lil dawn tal-aħħar u fejn ir-rotta koperta ma taqbiżx il-50 km, jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga, prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, skont liema dan ir-regolament ma japplikax għal tali servizz ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-premessa 17 u l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 561/2006, dan tal-aħħar huwa ntiż sabiex jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-modi ta’ trasport fuq l-art, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda s-settur tat-trasport bit-triq u sabiex itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal ta’ dan is-settur kif ukoll tas-sigurtà fit-triq, fejn dawn l-għanijiet jirriżultaw b’mod partikolari fl-obbligu li, fil-prinċipju, il-vetturi tat-trasport bit-triq jiġu mgħammra b’takografu approvat li jippermetti l-kontroll tal-osservanza tal-ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ tax-xufiera (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Lundberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑317/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:631">EU:C:2013:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>EL-EM-2001</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑501/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:777">EU:C:2016:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(a) tiegħu, ir-Regolament Nru 561/2006 ma japplikax għat-trasport bit-triq permezz ta’ vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari fejn ir-rotta koperta minn dan is-servizz ma taqbiżx il-50 kilometru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(n) ta’ dan l-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>servizzi regolari tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jfissru s-servizzi ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 684/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, f’dan ir-rigward, li l-imsemmi punt 1 tal-Artikolu 2, jipprevedi żewġ kategoriji ta’ tali servizzi billi jistabbilixxi distinzjoni bejn is-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali. Tal-ewwel, li huma aċċessibbli għal kulħadd, jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f’intervalli speċifiċi u f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’waqfiet iddeterminati minn qabel. Tat-tieni jitwettqu taħt l-istess kundizzjonijiet iżda għal kategoriji speċifiċi ta’ passiġġieri biss (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980430">30 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Clarke &amp; Sons u Ferne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:185">EU:C:1998:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jiġifieri għat-trasport <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, it-trasport <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>lejn u mill-istituzzjoni edukattiva<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għal tfal tal-iskola u l-istudenti u t-trasport <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>bejn l-Istat ta’ l-oriġini tagħhom u ż-żona tal-barracks tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tas-suldati u l-familji tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-servizzi regolari speċjali jikkostitwixxu kategorija speċifika ta’ servizzi regolari, l-unika differenza bejn dawn iż-żewġ kategoriji tinsab fil-fatt li s-servizzi regolari speċjali jkopru t-trasport ta’ gruppi ta’ persuni speċifiċi, bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn, filwaqt li s-servizzi regolari huma aċċessibbli bla restrizzjoni għall-passiġġieri kollha. Issa, fir-rigward tal-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 561/2006, imsemmija fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, il-kwalità tal-persuni trasportati ma tikkostitwixxix kriterju deċiżiv għall-applikazzjoni jew le ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-istruttura tar-Regolament Nru 684/92 kif ukoll tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>servizzi regolari speċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jidher li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea kienet tikkonsisti f’li jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 kemm is-servizzi regolari kif ukoll is-servizzi regolari speċjali, sakemm ir-rotta koperta kkonċernata ma taqbiżx il-50 kilometru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li r-Regolament Nru 684/92 ġie ssostitwit bir-Regolament Nru 1073/2009, li jagħmel distinzjoni bejn is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>servizzi regolari<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>servizzi regolari speċjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Fil-fatt, id-definizzjonijiet ta’ dawn il-kunċetti jibqgħu essenzjalment bla tibdil, b’tali mod li s-servizzi regolari speċjali huma dejjem iddefiniti bħala li jikkostitwixxu kategorija partikolari ta’ servizzi regolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema huwa espliċitament irregolat mill-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 1073/2009 peress li jikkostitwixxi wieħed mill-forom ta’ servizzi regolari speċjali. Ir-raġunament li huwa l-bażi tal-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 684/2000 japplika, konsegwentement, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għar-Regolament Nru 1073/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 ma ġiex emendat bir-Regolament Nru 1073/2009, peress li din id-deroga tapplika kemm għas-servizzi regolari kif ukoll għas-servizzi regolari speċjali, sakemm ir-rotta koperta kkonċernata ma taqbiżx il-50 kilometru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 1073/2009 jinkludi fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tiegħu bħal fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 684/1992, definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>operazzjonijiet tat-trasport għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> skont liema dawn jirrigwardaw trasport imwettaq għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ bil-kundizzjoni, minn naħa, li l-attività ta’ trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdih. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija definizzjoni tipprevedi li l-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta’ dik il-persuna, ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b’xiri fit-tul jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta’ kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna fiżika jew ġuridika jew mill-persuna fiżika nfisha jew minn persunal impjegat mill-impriża jew imqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha taħt obbligu kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, it-trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali jidher li jissodisfa l-kundizzjonijiet rikjesti sabiex jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>servizz regolari speċjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-imsemmi trasport jitwettaq f’kull jum ta’ xogħol permezz ta’ tliet vjaġġi bir-ritorn, li jikkorrispondu għal tliet xiftijiet ta’ xogħol ta’ kuljum ta’ Casa Noastră. Peress li, skont il-provi għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-impjegati ta’ din l-impriża jitwettaq bejn il-lokalitajiet ta’ Pielești u ta’ Braneț, ir-rotta kkonċernata hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>speċifika<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009, peress li l-ħaddiema huma meħuda u depożitati f’postijiet speċifikati minn qabel. Barra minn hekk, is-servizz inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa indirizzat biss għal kategorija speċifika ta’ passiġġieri, f’dan il-każ l-impjegati tal-imsemmija impriża, bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali xorta waħda jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009 dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>operazzjonijiet tat-trasport għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont dawn l-istess provi, is-servizzi ta’ trasport ikkonċernati ma humiex ipprovduti lill-impjegati ta’ Casa Noastră la għal skopijiet ta’ qligħ u lanqas b’għan kummerċjali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tispeċifika li l-ebda remunerazzjoni ma hija riċevuta għas-servizz ipprovdut. Barra minn hekk, l-attività prinċipali ta’ din il-kumpannija ma hijiex it-trasport tal-persuni, iżda l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ xogħol tal-PVC, peress li għal din il-kumpannija, it-trasport tal-ħaddiema jirrappreżenta biss attività aċċessorja. Fl-aħħar nett, Casa Noastră hija l-proprjetarja tal-vetturi użati, li huma, barra minn hekk, misjuqa mill-impjegati stess ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Kif ġie kkonstatat fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, id-deroga prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 tapplika għas-servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali. Konsegwentement, din id-deroga ma tkoprix, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, l-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-kategorija ta’ servizzi regolari, li tinkludi s-servizzi regolari speċjali, u l-kategorija tal-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom ma jeskludux waħda lill-oħra. L-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom jistgħu jieħdu l-forma ta’ servizzi regolari speċjali jew ta’ servizzi okkażjonali, peress li dawn tal-aħħar huma ddefiniti, fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009, bħala servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li għandhom bħala karatteristika prinċipali li dawn jittrasportaw gruppi ta’ passiġġieri kkostitwiti fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur nnifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li ma hemm xejn fil-kliem tar-Regolamenti Nri 561/2006 u 1073/2009 li jopponi din l-interpretazzjoni. Fil-prinċipju, kif sostniet il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, is-servizzi ta’ trasport jistgħu jiġu kklassifikati f’żewġ kategoriji, jiġifieri, minn naħa, is-servizzi pprovduti lil terzi u, min-naħa l-oħra, is-servizzi pprovduti għal rashom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>L-ewwel waħda minn dawn il-kategoriji tista’ tieħu diversi forom, jiġifieri dawk ta’ servizzi regolari, ta’ servizzi regolari speċjali u ta’ servizzi okkażjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Is-servizzi pprovduti għal rashom jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta’ servizzi regolari speċjali jew ta’ servizzi okkażjonali, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Nru 1073/2009. Min-naħa l-oħra, is-servizzi regolari, li huma, mid-definizzjoni tagħhom stess, aċċessibbli għall-passiġġieri kollha, huma esklużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li, fil-fatt, kemm ir-Regolament Nru 684/92 kif ukoll ir-Regolament Nru 1073/2009 jinkludu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi regolari speċjali, kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, it-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema. Barra minn hekk, id-definizzjoni li tidher fil-punt 1.2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 684/92 tispeċifika li dawn is-servizzi jiżguraw it-trasport ta’ kategoriji speċifiċi ta’ passiġġieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>organizzati minn min ikun<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni hija kkonfermata wkoll mill-fatt li l-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom huma, fir-Regolament Nru 1073/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tat-trasport bil-kowċ u bix-xarabank, suġġetti għal regoli ġeneralment inqas stretti minn dawk li huma applikabbli għas-servizzi regolari, inklużi għas-servizzi regolari speċjali. Dawn tal-aħħar, fil-fatt, ma jistgħux jitwettqu jekk mhux bl-awtorizzazzjoni, filwaqt li l-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom huma suġġetti biss għal sistema ta’ ċertifikazzjoni u huma eżenti minn awtorizzazzjoni. Konsegwentement, il-kisba ta’ ċertifikat ibbażat fuq il-modalitajiet tal-eżerċizzju tas-servizz tat-trasport ma huwiex neċessarju, peress li ċ-ċertifikat dwar l-operazzjonijiet tat-trasport għal rashom ikopri l-modalitajiet kollha tal-eżerċizzju tas-servizz, mingħajr ma jkun neċessarju li wieħed jipproċedi b’identifikazzjoni speċifika tal-kategorija tas-servizzi tat-trasport ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>L-unika differenza li teżisti bejn servizz regolari speċjali intiż għal terzi u l-istess servizz imwettaq fil-kuntest ta’ trasport għal rasu, hija bbażata, konsegwentement, fuq il-kwalità tal-organizzatur tas-servizz. Issa, din id-differenza ma tiġġustifikax li s-servizzi regolari speċjali mwettqa fil-kuntest ta’ trasport għal rasu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni lanqas ma tmur kontra l-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 561/2006. Dan tal-aħħar huwa intiż, kif imsemmi fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, sabiex jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fir-rigward tal- modi ta’ trasport fuq l-art, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda s-settur tat-trasport bit-triq u sabiex itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal ta’ dan is-settur kif ukoll tas-sigurtà fit-triq. Issa, is-servizzi regolari speċjali mwettqa għal rashom ma jirrappreżentawx kompetizzjoni żleali kontra tipi oħrajn ta’ trasport proposti lil terzi peress li l-impjegati tal-impriża li toffri dawn is-servizzi biss jistgħu jirrikorru għalihom. Barra minn hekk, fir-rigward tat-titjib<?PAGE NO="11"?> tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sigurtà fit-triq, xejn ma jiġġustifika li distinzjoni tiġi magħmula bejn xufier li jipprovdi servizzi regolari speċjali għal terzi fuq distanzi ta’ inqas minn 50 km u xufier li jipprovdi servizzi regolari speċjali fil-kuntest ta’ trasport għal rasu fuq l-istess distanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jirriżulta li l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, kif ukoll il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizz tat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema, organizzat mill-persuna li timpjega lil dawn tal-aħħar u fejn ir-rotta koperta ma taqbiżx il-50 km, tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga, prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, skont liema dan ir-regolament ma japplikax għal tali servizz ta’ trasport.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif ukoll il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizz tat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema, organizzat mill-persuna li timpjega lil dawn tal-aħħar u fejn ir-rotta koperta ma taqbiżx il‑50 km, jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga, prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, skont liema dan ir-regolament ma japplikax għal tali servizz ta’ trasport.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>