|
18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 15/9 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/33
tal-14 ta’ Jannar 2021
fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għal Spanja biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi mill-awturi sal-aħħar tal-2024
(notifikata bid-dokument C(2021) 80)
(it-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 376 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), Spanja tista’ tkompli teżenta l-provvista ta’ servizzi mogħtija minn awturi, elenkati fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva, f’konformità mal-kundizzjonijiet li japplikaw f’dak l-Istat Membru fl-1 ta’ Jannar 1993. F’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2189 (3) Spanja kienet awtorizzata biex ma tqisx il-forniment ta’ servizzi minn awturi kif imsemmi fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2019. |
|
(3) |
Fl-ittra tagħha tal-19 ta’ Frar 2019, Spanja talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tinqa’ ma tqisx ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. B’mod partikolari, Spanja mhix f’pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-forniment tas-servizzi mill-awturi. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawk it-tranżazzjonijet fuq il-bażi ta’ riżorsi tal-VAT ta’ Spanja. Għalhekk Spanja jenħtieġ li tkun awtorizzata biex ma tikkunsidrax il-provvista ta’ servizzi minn awturi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi tal-VAT. |
|
(4) |
Għall-finijiet ta’ trasparenza u ċertezza legali, hu xieraq li jkun hemm limitu ta’ żmien għal-applikabilità tal-awtorizzazzjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2024, Spanja hija awtorizzata biex ma tikkunsidrax il-forniment tas-servizzi minn awturi kif imsemmi fil-punt (2) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2189 tal-25 ta’ Novembru 2015 li tawtorizza lil Spanja ma tiħux inkunsiderazzjoni ċerti kategoriji ta’ tranżazzjoni għall-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT (ĠU L 312, 27.11.2015, p. 23).