11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Ottubru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/588/KE li talloka l-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni provduta fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 lill-Istati Membri għas-snin 2006 sa 2012

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5534)

(2008/789/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (2) tistipula l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-pagamenti diretti stabbiliti bl-Artikoli 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għas-snin 2006 sa 2012, biex jintużaw għall-ispejjeż tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għas-snin finanzjarji 2007 sa 2013.

(2)

L-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni, stabbilita bid-Deċiżjoni 2006/410/KE ġew immodifikati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/787/KE (3). Din l-emenda taffettwa l-ammonti li jikkorrispondu għas-snin 2008 sa 2012. Dan sar, minn -naħa, minħabba ż-żieda fil-pagamenti bħala riżultat tar-riforma fis-setturi tal-frott u tal-inbejjed u, mill-oħra, minħabba t-tnaqqis tal-limiti nazzjonali stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, bħala riżultat tal-eżami mill-ġdid previst fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament imsemmi. L-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006 sa 2012 għandhom jiġu mmodifikati.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/588/KE (4) għandha għalhekk tiġi emendata.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/588/KE għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(2)   ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(3)  Ara paġna 41 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)   ĠU L 240, 2.9.2006, p. 6.


ANNESS

“ANNESS

Allokazzjoni lill-Istati Membri tal-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006 sa 2012

(EUR miljuni)

Stat Membru

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Il-Belġju

13,5

17,5

18,0

18,3

18,2

18,2

18,2

Id-Danimarka

24,8

31,2

33,3

33,4

33,4

33,4

33,4

Il-Ġermanja

157,5

199,1

206,4

207,5

206,8

206,8

206,8

L-Irlanda

26,8

33,0

35,1

35,2

34,5

34,5

34,7

Il-Greċja

47,5

59,6

64,1

64,3

61,3

61,3

61,4

Spanja

163,8

206,7

222,6

223,4

217,8

218,4

218,5

Franza

212,6

267,5

270,8

271,8

270,6

270,8

271,0

L-Italja

103,2

130,0

144,1

144,6

140,2

140,8

140,8

Il-Lussemburgu

1,0

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

L-Olanda

22,0

27,2

29,2

29,4

28,8

28,8

28,8

L-Awstrija

31,4

40,6

44,1

44,3

43,2

43,3

43,3

Il-Portugall

37,1

48,4

54,0

54,1

52,8

52,8

52,9

Il-Finlandja

15,1

19,0

20,5

20,6

20,2

20,2

20,2

L-Iżvezja

19,7

24,3

25,9

26,0

25,5

25,5

25,5

Ir-Renju Unit

108,0

135,7

136,4

136,7

136,3

136,3

136,3 ”