<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-591/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0591</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:670">EU:C:2017:670</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170913">13.9.2017</DATE> – KAWŻA C‑591/14</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IL-BELĠJU</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2011/678/UE</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat favur il-finanzjament tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) fl-annimali tal-ifrat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ rkupru</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑591/14,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, imressaq fid-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J.-F. Brakeland, B. Stromsky, S. Noë u H. van Vliet, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT>, irrappreżentat minn C. Pochet u L. Van den Broeck kif ukoll minn J.-C. Halleux, bħala aġenti, assistiti minn L. Van den Hende u J. Charles, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur), C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma ħax, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 1(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/678/UE, tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="274" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 274, p. 36</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u billi ma informax lill-Kummissjoni, fit-terminu mogħti, bil-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) jipprevedi, fl-Artikolu 14 tiegħu intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Rkupru ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><IE/></NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn ’l quddiem imsejjħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>). Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ ir-rkupru ta’ l-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-[Unjoni].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna li ser tkun rikuperata skond deċiżjoni ta’ rkupru għandha tinkludi l-imgħax f’rata xierqa ffissata mill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jkun pagabbli mid-data li fiha l-għajnuna llegali kienet fid-disposizzjoni tal-benefiċjarju sad-data li fiha kienet irkuprata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-ebda ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-[Unjoni Ewropea] skond l-Artikolu [278 TFUE], ir-rkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu għall-esekuzzjoni mmedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għal dan l-effett u fl-eventwalità ta’ proċedura quddiem il-qrati nazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma disponibbli fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jinkludu miżuri proviżjonali, mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-[Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-linji gwida TSE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej adottat, matul is-sena 2002, il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat marbuta mat-testijiet TSE, mal-annimali li jinsabu mejta u mal-iskart tal-biċċeriji (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, C 324, p. 2</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>linji gwida TSE<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Il-punti 23 sa 25 ta’ dawn il-linji gwida kienu jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>23.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi promossa l-adozzjoni ta’ miżuri intiżi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem, il-Kummissjoni ddeċidiet li ser tkompli tawtorizza l-għajnuna mill-Istat li tkopri sa 100 % tal-ispejjeż marbuta mat-testijiet TSE, skont il-prinċipji esposti fil-punt 11.4 tal-linji gwida agrikoli.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>, sa fejn għandhom x’jaqsmu t-testijiet obbligatorji għall-BSE tal-annimali tal-ifrat maqtula għall-konsum mill-bniedem, l-għajnuna pubblika diretta u indiretta, inklużi l-ħlasijiet tal-Komunità, ma jistgħux ikunu iktar minn EUR 40 għal kull test. L-obbligu għat-testijiet jista’ jkun ibbażat fuq leġiżlazzjoni tal-Komunità jew nazzjonali. Dan l-ammont jirreferi għall-ispejjeż totali tat-testijiet, li jinkludu: kitt tat-testijiet, it-teħid, it-trasport, l-ittestjar, il-ħażna u l-qerda tal-kampjun. Dan l-ammont ikun jista’ jitnaqqas fil-futur, ladarba l-ispejjeż marbuta mat-testijiet jonqsu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tkopri l-ispejjeż tat-testijiet TSE għandha titħallas lill-operatur fuq is-sit fejn il-kampjuni għall-finijiet tat-test għandhom jittieħdu. Madankollu, sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni ta’ din l-għajnuna, il-ħlas jista’ isir lill-laboratorji, bil-kundizzjoni li jkun jista’ jiġi pprovat li l-ammont sħiħ tal-għajnuna għadda għand l-operatur. Fi kwalunkwe każ, għajnuna mill-Istat riċevuta direttament jew indirettament minn operatur fuq is-sit fejn il-kampjuni għall-finijiet tat-test għandhom jittieħdu għandha tiġi riflessa fi tnaqqis ekwivalenti tal-prezzijiet mitluba minnu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Matul is-snin 2001 sa l-2006, ir-Renju tal-Belġju assuma l-ispejjeż kollha jew parti minnhom tat-testijiet tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli fl-annimali tal-ifrat (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>testijiet BSE<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-<DATE ISO="20011231">31 ta’ Diċembru 2001</DATE>, l-ispejjeż tat-testijiet BSE ġew iffinanzjati kompletament mit-Teżor Pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> sat-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, dawn it-testijiet kienu ffinanzjati minn qabel mill-Bureau d’intervention u de restitution belge (uffiċċju ta’ intervent u restituzzjoni Belġjan) (BIRB), istituzzjoni pubblika federali li għandha personalità legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE> sat-<DATE ISO="20041130">30 ta’ Novembru 2004</DATE>, it-testijiet ta’ skrining BSE ġew iffinanzjati mill-Agence fédérale pour la sécurité de la chaîne alimentaire (aġenzija federali għas-sigurtà tal-katina alimentari) (FASFC), istituzzjoni pubblika li għandha personalità legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara lmenti li hija kienet irċeviet, il-Kummissjoni indirizzat, fis‑<DATE ISO="20040127">27 ta’ Jannar 2004</DATE>, lir-Renju tal-Belġju, talba għal informazzjoni dwar il-miżuri ta’ finanzjament tat-testijiet BSE. L-awtoritajiet Belġjani rrispondew għal din it-talba fis-6 ta’ Frar u fl-<DATE ISO="20040514">14 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20040123">23 ta’ Jannar 2004</DATE>, ir-Renju tal-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni b’miżura ta’ għajnuna intiża sabiex tkopri l-ispejjeż tal-iskrining għal BSE fl-annimali. Permezz ta’ din il-miżura, kien maħsub li jitwettaq prefinanzjament tal-ispejjeż tat-testijiet BSE, li s-somma tiegħu kellha tiġi rrimborsata iktar ’il quddiem permezz ta’ taxxi parafiskali. Skont l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Renju tal-Belġju, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament innotifikat kien jikkostitwixxi biss, ir-riformulazzjoni ta’ abbozz ta’ digriet irjali li, matul is-sena 2001, kien ġie approvat mill-Kummissjoni, mingħajr madankollu ma kien ġie implementat. Peress li l-miżura nnotifikata kienet diġà ġiet implementata, hija ġiet imniżżla fir-reġistru tal-għajnuna mhux innotifikata bin-numru NN 45/04.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw abbozz ġdid ta’ digriet irjali, li sar id-digriet irjali tal-<DATE ISO="20041015">15 ta’ Ottubru 2004</DATE> dwar il-finanzjament tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli fl-annimali (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="20041108">8 ta’ Novembru 2004</DATE>, p. 75290). Dan id-digriet kien jistabbilixxi sistema ta’ ħlas ta’ EUR 10.70 għal kull annimal tal-ifrat ippreżentat għall-qatla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20081126">26 ta’ Novembru 2008</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-Renju tal-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-premessa 121 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni rrilevat li l-ammont massimu tal-għajnuna awtorizzata fil-kuntest tal-finanzjament tat-testijiet BSE, stabbilit fil-linji gwida TSE għas-somma ta’ EUR 40 għal kull test, kien inqabeż bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>. Il-Kummissjoni ppreċiżat li l-ammont tal-għajnuna li kien qabeż l-imsemmi ammont massimu awtorizzat kien jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">6619810.74</FT> euros.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-premessa 92 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni fil-fatt qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[…] il-miżuri ffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat fosthom il-kontribuzzjonijiet, joħolqu vantaġġ selettiv għall-bdiewa, il-biċċeriji u l-entitajiet l-oħrajn li jipproċessaw, jimmanipulaw, ibiegħu jew jikkumerċjalizzaw prodotti tal-bovini [tal-annimali tal-ifrat] soġġetti għat-test obbligatorju għall-BSE skont il-liġi applikabbli, minħabba li dawn itaffu l-piżijiet finanzjarji fuq il-benefiċjarji. Dawn il-vantaġġi ma jingħatawx permezz ta’ pagamenti diretti, iżda permezz tal-ħlas tal-kostijiet tat-testijiet għall-BSE mill-awtoritajiet pubbliċi, li jħallsu direttament l-kost tat-testijiet lil-laboratorji li jagħmluhom fuq talba tal-biċċeriji u li jgħaddu l-kostijiet lill-FASFC.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rrilevat, fil-premessi 99 u 100 tad-deċiżjoni kontenzjuża, minn naħa, li l-finanzjament tat-BSE permezz ta’ kontribuzzjonijiet kien jikkostitwixxi vantaġġ iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat favur il-bdiewa, il-biċċeriji u entitajiet oħrajn li jipproċessaw, jimmanipulaw, ibiegħu jew jikkummerċjalizzaw il-prodotti tal-annimali tal-ifrat sottomessi għal test obbligatorju għall-BSE skont il-liġi applikabbli u, min-naħa l-oħra, li dan il-vantaġġ jaqa taħt l-Artikolu 107(1) TFUE. Wara li semmiet li r-Renju tal-Belġju ma kienx innotifikalha din l-għajnuna, din l-istituzzjoni rrilevat li l-imsemmija għajnuna kienet illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-premessi 126 sa 128 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni eżaminat, għal dak li jirrigwarda l-għajnuna mħallsa bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, is-sistema ta’ rkupru tal-għajnuna permezz ta’ kontribuzzjonijiet miġbura għall-finanzjament tal-FASFC, kif propost mir-Renju tal-Belġju, li jipprovdi li r-raġuni li ttieħed dan l-approċċ globali kien il-fatt li fil-prattika kien diffiċli li jsir irkupru individwali ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-premessa 129 tad-deċiżjoni kontenzjuża il-Kummissjoni enfasizzat li s-sistema ta’ rkupru tal-għajnuna kif implementata mir-Renju tal-Belġju ma kinitx konformi mar-rekwiżiti tal-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, sa fejn, bil-kontra ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-benefiċjarju reali ta’ din l-għajnuna ma huwiex obbligat jagħti lura huwa nnifsu l-vantaġġ li bbenefika minnu fuq is-suq meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, il-Kummissjoni ddeċidiet, permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża li ġiet innotifikata lir-Renju tal-Belġju fit-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 1</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ffinanzjati permezz tar-retribuzzjonijiet mhumiex għajnuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-finanzjament tat-testijiet għall-BSE permezz tar-riżorsi tal-Istat jikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli mas-suq intern li tingħata lill-bdiewa, lill-biċċeriji u lil entitajiet oħrajn li jipproċessaw, jimmaniġġjaw, ibiegħu jew jikkumerċjalizzaw prodotti li jkunu ġejjin mill-bovini [annimali tal-ifrat] u sottomessi għal test obbligatorju għall-BSE għall-perjodu li jkopri bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u l-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE> u għall-perjodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-finanzjament tat-testijiet għall-BSE permezz tar-riżorsi tal-Istat għall-perjodu li jkopri bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE> huwa għajnuna kumpatibbli mas-suq intern li tingħata lill-bdiewa, lill-biċċeriji u lil entitajiet oħrajn li jipproċessaw, jimmaniġġjaw, ibiegħu jew jikkumerċjalizzaw prodotti li jkunu ġejjin mill-bovini [annimali tal-ifrat] u sottomessi għal test obbligatorju għall-BSE għall-ammonti taħt EUR 40 għal kull test. L-ammonti li jaqbżu EUR 40 għal<?PAGE NO="5"?> kull test mhumiex kumpatibbli mas-suq intern u għandhom jiġu rkuprati, minbarra l-għajnuna mogħtija lil proġetti speċifiċi li, meta ngħatat l-għajnuna, kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament de minimis applikabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Belġju implimenta b’mod illegali għajnuna għall-finanzjament tat-testijiet għall-BSE bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE matul il-perjodu li jkopri bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Belġju għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna illegali u mhux kumpatibbli msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4), mingħand il-benefiċjarji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna li għandha tkun irkuprata għandha tinkludi l-interessi kkalkulati mid-data li fiha ngħatat lill-benefiċjarji sad-data tal-irkupru tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-interessi għandhom ikunu kkalkulati fuq bażi komposta skont id-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu V tar-Regolament [tal-Kummissjoni] (KE) Nru 794/2004[, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplimenta r-Regolament Nru 659/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8. Vol. 4, p. 3)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-irkupru għandu jsir minnufih skont il-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali, sakemm dawn jippermettu l-implimentazzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4), huwa immedjat u effettiv.</ALINEA><ALINEA>Il-Belġju għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Belġju għandu jippreżenta din l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-lista tal-benefiċjarji li rċevew għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4), u l-ammont totali tal-għajnuna li rċieva kull wieħed minnhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ammont totali (kapital u imgħax tal-irkupru) li għandu jkun irkuprat mingħand il-benefiċjarji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu jew dawk previsti sabiex jikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Belġju għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar wara li jkunu ġew adottati l-miżuri nazzjonali sabiex jimplimenta din id-Deċiżjoni, u dan sakemm tkun ġiet irkuprata l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Wara l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1, il-Belġju għandu jippreżenta, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, rapport dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk previsti sabiex jikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-interessi tal-irkupru diġà miġbura mingħand il-benefiċjarji.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="6"?><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura prekontenzjuża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>, ir-Renju tal-Belġju informa lill-Kummissjoni bin-nuqqas ta’ qbil tiegħu mad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett huwa indika li kien tal-fehma li l-finanzjament tal-ispejjeż tat-testijiet mill-Istat ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ma teżisti ebda regola tal-Unjoni li tobbliga lill-Istati Membri jirkupraw, totalment jew parzjalment, l-ispejjeż tat-testijiet BSE mingħand l-atturi ekonomiċi u b’mod partikolari, dawn li huma attivi fis-settur agrikolu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Imbagħad, ir-Renju tal-Belġju enfasizza l-importanza tal-investigazzjoni li kienu qegħdin imexxu l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni dwar suspetti ta’ prattiki antikompetittivi min-naħa ta’ laboratorji fir-rigward tat-testijiet BSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, huwa sostna li, fid-dawl taċ-ċirku wiesa’ ta’ persuni msemmija mill-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża bħala l-benefiċjarji tal-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, jiġifieri l-bdiewa, il-biċċeriji u l-entitajiet l-oħrajn li jipproċessaw, jimmanipulaw, ibiegħu jew jikkummerċjalizzaw prodotti tal-annimali tal-ifrat suġġetti għat-test obbligatorju għall-BSE, kien impossibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>li tinstab konnessjoni oġġettiva bejn l-annimal ittestjat oriġinarjament għall-[BSE] u l-benefiċjarji f’kull stadju sal-bejgħ tal-prodott finali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Renju tal-Belġju sostna li, fi kwalunkwe każ, kien suffiċjenti li jitqassam b’mod ugwali l-ammont tal-imsemmija għajnuna bejn setturi kkonċernati (bdiewa, bejjiegħa ta’ annimali ħajjin, biċċiera, produzzjoni u trasformazzjoni ta’ prodotti, bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut) u jiġi diviż bin-numru ta’ operaturi ekonomiċi li jaħdmu f’dan is-settur sabiex jiġi kkonstatat li ma kienx hemm lok li din tiġi rkuprata, b’applikazzjoni tar-regola <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Kummissjoni indikat lir-Renju tal-Belġju li l-benefiċjarju tal-għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>huwa l-operatur suġġett għal obbligu ta’ test BSE, u li lilu l-biċċerija toħroġ fattura għal retribuzzjoni għall-ispejjeż tat-BSE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u li kien l-obbligu ta’ dan l-Istat Membru li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>jivverifika matul il-perijodu kkonċernat jekk il-benefiċjarji individwali tas-servizz ta’ test BSE mwettaq fuq il-bovini tagħhom kinux ibbenefikaw minn għajnuna inkompatibbli ([jiġifieri] li tmur lil hinn mill-EUR 40) li teċċedi d-<HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni pproponiet metodu ta’ kalkolu li jikkonsisti, jekk jiġi preżunt li ma ngħatatx għajnuna oħra, fid-diviżjoni tal-ammont <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> bl-ammont li jeċċedi l-limitu ta’ EUR 40 għal kull test imwettaq, sabiex finalment jinkiseb in-numru ta’ testijiet BSE minn kull operatur li lil hinn minnu l-għajnuna taqbeż il-limiti awtorizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara diversi skambji ta’ messaġġi elettroniċi dwar, b’mod partikolari, il-metodu ta’ kalkolu sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti ta’ għajnuna li għandhom jiġu rkuprati, il-Kummissjoni, peress li qieset li r-Renju tal-Belġju ma kienx ħa l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni kontenzjuża, bdiet, permezz ta’ rikors tad-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE>, l-azzjoni preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara li nbdiet tali azzjoni, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet, permezz ta’ sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑538/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:188">EU:T:2015:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-rikors għal annullament ippreżentat preċedentement mir-Renju tal-Belġju kontra d-deċiżjoni kontenzjuża. Permezz tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑270/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:489">EU:C:2016:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ippreżentat mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tesponi li ma seħħ ebda rkupru tal-għajnuna inkwistjoni fit-terminu ta’ erba’ xhur ta’ wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni kontenzjuża, jiġifieri mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20111128">28 ta’ Novembru 2011</DATE>, u li barra minn hekk ir-Renju tal-Belġju ma jipprovdi ebda prova li huwa assolutament impossibbli għalih li jeżegwixxi din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li, bil-kontra ta’ dak li jallega r-Renju tal-Belġju, id-deċiżjoni kontenzjuża tippermetti li jiġu identifikati l-benefiċjarji tal-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, din id-deċiżjoni ma tirrigwardax globalment lill-bdiewa, bdiewa, lill-biċċeriji u lil entitajiet oħrajn li jipproċessaw, jimmaniġġjaw, ibiegħu jew jikkummerċjalizzaw prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali tal-ifrat, iżda tispeċifika li, fost dawn il-persuni, jibbenefikaw minn din l-għajnuna dawk li huma obbligati li jwettqu test BSE u li l-benefiċċju tal-imsemmija għajnuna ppermettiet li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-operat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-benefiċjarji reali tal-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern huma, fil-parti l-kbira tal-każijiet u fl-assenza ta’ kull ċirkustanza partikolari, il-produtturi primarji, iżda jistgħu jkunu, f’ċirkustanzi oħrajn u skont il-każ, jew il-biċċeriji, jew l-entità li pproċessat jew immaniġġjat l-annimal, jew dik li biegħet jew ikkummerċjalizzat il-prodotti tal-annimali tal-ifrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni żżid tgħid li, matul l-iskambji tal-messaġġi elettroniċi mar-Renju tal-Belġju, hija ma waqfitx tissuġġerixxi metodi prattiċi u li jistgħu jitwettqu sabiex tiġi implementata d-deċiżjoni kontenzjuża u li, bil-kontra tad-dikjarazzjonijiet ta’ dan l-istat, il-pożizzjoni tagħha qatt ma nbidlet għal dak li jikkonċerna l-persuni li, fis-sens ta’ din id-deċiżjoni, kellhom jitqiesu li huma l-benefiċjarji tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Hija tenfasizza li r-Renju tal-Belġju ma jistax jinvoka r-regoli <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, peress li naqas milli jidentifika l-benefiċjarji individwali tal-għajnuna u li konsegwentement ma huwiex f’pożizzjoni, minn naħa, li jipprova li l-kumulu ta’ din l-għajnuna ma kienx effettivament jaqbeż il-limitu awtorizzat mill-imsemmija regoli u, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi li l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti minnhom kienu ġew osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid tgħid li r-Renju tal-Belġju kien żbaljat meta invoka l-impossibbiltà assoluta li jeżegwixxi d-deċiżjoni kontenzjuża u li huwa jsostni li, matul il-proċedura kollha, huwa wera lealtà kbira, minkejja li dan l-Istat ma waqafx jopponi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża permezz ta’ argumenti kuntrarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Bħala risposta, ir-Renju tal-Belġju jsostni, fl-ewwel lok, li l-finanzjament tat-testijiet BSE ma jistax jiġi kklassifikat bħala li huwa għajnuna mill-Istat, inkwantu l-obbligu li jsiru dawn it-testijiet jitnissel mill-protezzjoni tas-saħħa pubblika u li konsegwentement huma ma jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu piż li jolqot normalment il-baġit ta’ impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa jsostni, fit-tieni lok, li teżisti ċertezza raġonevoli li l-limiti <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> ma kinux inqabżu, b’tali mod li huwa bl-ebda mod ma naqas mill-obbligi tiegħu li jirriżultaw mid-deċiżjoni kontenzjuża. F’dan ir-rigward, dan l-Istat Membru jsostni li, peress li l-BSE hija marda li taffettwa il-katina alimentari kollha, mill-istadju tal-produzzjoni għal dak tal-bejgħ tal-prodott finali, huwa impossibbli li tiġi identifikata rabta oġġettiva bejn l-annimal ittestjat u d-diversi benefiċjarji f’kull stadju tal-proċess ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-prodott finali. Din hija r-raġuni għaliex l-imsemmi Stat Membru dejjem sostna, b’konformità mad-deċiżjoni kontenzjuża, b’mod partikolari l-premessa 92 tagħha, li l-ispiża tat-testijiet BSE għandha tkun riflessa fuq is-sitt setturi ekonomiċi kkonċernati mill-laħam tal-annimali tal-ifrat, b’mod partikolari peress li, kieku l-għajnuna li trid tiġi rkuprata kienet attribwita b’mod ugwali<?PAGE NO="8"?> lil dawn is-setturi, l-ammont medju tal-vantaġġ għal kull benefiċjarju u għal kull settur ikun jinsab ferm taħt il-limiti de minimis, b’tali mod li ma jkunx raġonevoli li Stat Membru jiġi mitlub iwettaq kompiti estremament diffiċli li, ovvjament, ikunu inutli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jżid jgħid li, fi kwalunkwe każ, ma jkunx possibbli li jiġi vverifikat jekk il-limiti <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> inqabżux skont kull benefiċjarju tal-għajnuna ħlief bil-kundizzjoni li d-deċiżjoni kontenzjuża tippermetti li jiġu identifikati effettivament l-imsemmija benefiċjarji u dan ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa jsostni li l-eżistenza ta’ inkonsistenzi fid-deċiżjoni kontenzjuża, li ma jippermettux li jiġi stabbilit jekk l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkompatibbli għandux isir biss mingħand il-proprjetarji tal-annimal jew mingħand l-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fis-setturi identifikati f’din id-deċiżjoni. Minn dawn l-inkonsistenzi għandu jiġi dedott jew l-ineżistenza tal-imsemmija deċiżjoni jew l-impossibbiltà tal-eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, dan l-istat Membru jsostni li ma jistax jiġi kkritikat li ma kkooperax b’mod leali mal-Kummissjoni, inkwantu l-adozzjoni tal-metodu globali li huwa kien irrakkomanda sabiex jeżegwixxi d-deċiżjoni kontenzjuża biss kien tali li kien jippermetti tali eżekuzzjoni, iżda dan ma kienx permess mill-Kummissjoni, li ma waqfitx tbiddel l-ispjegazzjonijiet tagħha għal dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, li r-Renju tal-Belġju ma jikkontestax li l-finanzjamenti jikklassifikaw bħala għajnuna, skont l-Artikolu 1(3) u (4) tad-deċiżjoni kontenzjuża, ma kienu suġġetti għal ebda rkupru, u lanqas li l-informazzjoni msemmija fil-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandhom jiġu eżaminati l-motivi ta’ difiżi li r-Renju tal-Belġju jressaq sabiex jiġġustifika l-assenza ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet li fihom deċiżjoni ta’ rkupru tkun ġiet annullata taħt l-Artikolu 263 TFUE, l-uniċi motivi ta’ difiża li jistgħu jiġu invokati minn Stat Membru kontra rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 108(2) TFUE huma dawk ibbażati fuq impossibbiltà assoluta li jeżegwixxi d-deċiżjoni li tagħha huwa destinatarju (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:458">EU:C:2015:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u l-ineżistenza tad-deċiżjoni ta’ rkupru, jekk jiġi preżunt li l-imsemmija deċiżjoni tkun ivvizzjata b’difetti partikolarment gravi u evidenti (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑353/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:651">EU:C:2013:651</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010322">22 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:179">EU:C:2001:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument ibbażat fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-finanzjament tat-testijiet BSE bħala għajnuna mill-Istat, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li dan l-argument fir-realtà jikkontesta l-eżistenza stess ta’ għajnuna mill-Istat u, konsegwentement, il-validità tad-deċiżjoni kontenzjuża, mingħajr madankollu ma jasal sabiex isostni li din hija ineżistenti. Għaldaqstant, l-imsemmi argument jista’ jiġi invokat biss fil-kuntest proċedurali tal-kontenzjuż tar-rikors għal annullament, kif previst fl-Artikolu 263 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li dan l-istess argument diġà ġie eżaminat u miċħud fil-punti 79 sa 81 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑538/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:188">EU:T:2015:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li permezz tagħha il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-Renju tal-Belġju kontra d-deċiżjoni kontenzjuża, fejn din is-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑270/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:489">EU:C:2016:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan kollu li ntqal jirriżulta li l-argument ibbażat fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-finanzjament tat-testijiet BSE bħala għajnuna mill-Istat huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Renju tal-Belġju li jipprovdi li d-deċiżjoni kontenzjuża hija ineżistenti, imqajjem fl-ipoteżi li l-għajnuna inkwistjoni tkun trid tiġi rkuprata esklużivament mingħand il-bdiewa, għandu jiġi rrilevat li, kemm fil-premessi 90, 92 u 99 kif ukoll fl-Artikolu 1(3) din id-deċiżjoni tindika l-benefiċjarji tal-għajnuna bħala dawk li għandhom l-obbligu li jwettqu test obbligatorju għall-BSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-deċiżjoni kontenzjuża, anki jekk hija ma identifikatx b’mod iktar preċiż il-benefiċjarji skont settur speċifiku jew skont karatteristiċi oġġettivi li ma humiex dawk imsemmijin fil-punt preċedenti, hija madankollu tippermetti li jiġu ddeterminati l-benefiċjarji tal-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, mingħajr ma tillimita lil dawn il-benefiċjarji għall-bdiewa biss. Konsegwentement, din id-deċiżjoni ma tistax titqies li hija ineżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument ibbażat fuq id-diffikultajiet marbuta mal-identifikazzjoni tal-benefiċjarji reali tal-għajnuna inkwistjoni, imqajjem fl-ipoteżi li l-obbligu li din l-għajnuna tiġi rkuprata ma jkunx limitat għall-bdiewa, għandu jitfakkar li l-biżgħa ta’ diffikultajiet interni, anki insurmontabbli, marbuta b’mod partikolari mal-verifika tas-sitwazzjoni ta’ kull impriża kkonċernata fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuna illegali jew mal-firxa wiesa’ tal-iskema tal-għajnuna fil-qasam tal-produzzjoni nazzjonali ma tistax tiġġustifika li Stat Membru ma josservax l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:207">EU:C:2004:207</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ir-Renju tal-Belġju ma pprovax li kien impossibbli għalih li jidentifika fil-prattika l-benefiċjarji reali tal-għajnuna inkwistjoni. Fil-fatt, huwa seta’ jindirizza, pereżempju, lil-laboratorji jew lill-operaturi li fuq is-sit tagħhom ittieħdu l-kampjuni għall-finijiet tat-test BSE, li huma entitajiet imsemmija fil-punt 25 tal-linji gwida TSE, sabiex jiddetermina l-operaturi l-oħra li lilhom ġiet ittrasferita l-imsemmija għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument ibbażat fuq l-assenza ta’ eċċess tal-limiti <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, għandu jitfakkar li sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu identifikati l-impriżi li effettivament ibbenefikaw minnha (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030703">3 ta’ Lulju 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑457/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:387">EU:C:2003:387</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Aer Lingus u Ryanair Designated Activity</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑164/15 P u C‑165/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:990">EU:C:2016:990</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata). Din il-ġurisprudenza teskludi l-possibbiltà li jiġi kkalkolat l-ammont tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata billi jiġi diviż, b’mod ugwali, l-ammont globali ta’ din l-għajnuna bejn is-setturi ekonomiċi msemmija mid-deċiżjoni kontenzjuża, bħalma jipproponi r-Renju tal-Belġju sabiex tintwera l-assenza ta’ eċċess tal-limiti <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-eżistenza tal-allegat nuqqas mill-obbligu ta’ rkupru, billi tipproduċi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-provi neċessarji sabiex din tivverifika l-eżistenza ta’ dan in-nuqqas, mingħajr ma tibbaża ruħha fuq kwalunkwe preżunzjoni, huwa, min-naħa l-oħra, l-obbligu tal-Istat Membru kkonċernat, meta tkun ġiet stabbilita l-assenza ta’ rkupru ta’ parti jew tat-totalità tal-għajnuna inkwistjoni, li jiġġustifika r-raġunijiet li għalihom dan l-irkupru ma huwiex mitlub għal dak li jikkonċerna ċerti benefiċjarji (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux<?PAGE NO="10"?> ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, apparti l-metodu ta’ kalkolu, eskluż mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, il-Gvern Belġjan ma jipprovdi ebda informazzjoni preċiża u konkreta li tippermetti li jitqies li, għall-benefiċjarji kkonċernati, il-limiti <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> huma osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma ħax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1(3) u (4) tad-deċiżjoni kontenzjuża, u billi ma informax lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Renju tal-Belġju tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><HT TYPE="BOLD">Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</HT></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma ħax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/678/UE, tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)], u billi ma informax lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>