2007L0068 — MT — 31.12.2010 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/68/KE tas-27 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti ta' l-ikel (ĠU L 310, 28.11.2007, p.11) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 415/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 |
L 125 |
52 |
21.5.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1266/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 |
L 347 |
27 |
31.12.2010 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/68/KE
tas-27 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti ta' l-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-tikkettjar, tal-preżentazzjoni u tar-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel ( 1 ), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(11) u l-Artikolu 21 tagħha
Billi:|
(1) |
L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jistabbilixxi lista ta' ingredjenti ta' l-ikel li għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta ta' l-oġġetti ta' l-ikel għaliex huwa probabbli li jikkawżaw reazzjonijiet ta' ħsara fuq individwi li huma suxxettibbli. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2000/13/KE tipprevedi l-possibilità ta' esklużjoni mir-rekwiżit tat-tikkettjar għal ingredjenti jew sustanzi derivati minn ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa li għalihom ġie stabbilit xjentifikament li mhumiex probabbli, taħt ċirkostanzi speċifiċi, li jiġġeneraw reazzjonijiet ta' ħsara. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/26/KE ( 2 ) tistabbilixxi l-lista ta' ingredjenti jew sustanzi ta' l-ikel li huma proviżorjament esklużi mir-rekwiżit ta' tikkettjar sal-25 ta’ Novembru 2007. |
|
(4) |
Numru ta' applikazzjonijiet għal eżenzjoni permanenti mir-rekwiżit tat-tikkettjar tressqu quddiem l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Ikel (EFSA). Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw sustanzi li għalihom ingħataw eżenzjonijiet permezz tad-Ditrettiva 2005/26/KE. Fuq il-bażi ta' l-opinjonijiet ta' l-EFSA u tagħrif ieħor disponibbli, jista' jiġi konkluż li ċerti ingredjenti jew sustanzi derivati minn dawk l-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE mhumiex probabbli, f'ċirkustanzi speċifiċi, li jikkawżaw reazzjonijiet ta' ħsara f'individwi suxxettibbli. |
|
(5) |
Għalhekk dawk l-ingredjenti jew is-sustanzi derivati minn dawk l-ingredjenti għandhom jiġu esklużi b'mod permanenti mill-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE, |
|
(6) |
Għalhekk l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE għandu jiġi emendat skond dan. |
|
(7) |
Id-Direttiva 2005/26/KE għandha tiġi revokata fis-26 ta’ Novembru 2007 fid-dawl tad-data ta' l-iskadenza stipulata pemezz ta' l-Artikolu 6(11), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2000/13/KE. |
|
(8) |
Sabiex tevita diżordni tas-suq, jeħtieġ li din id-Direttiva tapplika mis-26 ta’ Novembru 2007. |
|
(9) |
Kien mistenni li din id-Direttiva setgħet tiġi adottata u ppubblikata bil-quddiem sewwa qabel id-data tas-26 ta’ Novembru 2007 sabiex jingħata żmien lill-industrija biex taddatta ruħha għar-regoli l-ġodda. Minħabba li dan ma kienx possibbli fil-prattika, jidher li jinħtieġu għalhekk miżuri temporanji sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' regoli ġodda. Fil-fatt bidliet fir-regoli tat-tikkettjar se jaffettwaw l-industrija, prinċipalment intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, li jeħtieġu perjodu ta' adattament sabiex it-tranżizzjoni tkun bla skossi fi triqitha lejn ir-rekwiżiti tat-tikkettjar. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jinbidel permezz tat-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva mis-26 ta’ Novembru 2007.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-Direttiva 2005/26/KEE għandha tiġi rrevokata fis-26 ta’ Novembru 2007.
L-Istati Membri għandhom jippermettu oġġetti ta' l-ikel imqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Mejju 2009 li jikkonformaw mad-Direttiva 2005/26/KE sabiex jiġu kkummerċjalizzati sakemm l-istokk jiġi eżawrit.
L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-inbejjed, hekk kif definit fl-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu ttikkettati qabel it-30 ta’ Ġunju 2012, u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/26/KE, jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
“ANNESS IIIa
L-ingredjenti msemmija fl-Artikoli 6(3a), (10) u (11)
1. Ċereali li jkun fihom il-glutina (jiġifieri, qamħ, sikrana, xgħir, ħafur, qamħ Ġermaniż, kamut jew is-siltiet ibridi tagħhom) u l-prodotti tagħhom, minbarra:
(a) ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju ( 3 );
(b) maltodextrins (3) ibbażati fuq qamħ;
(c) ġulepp tal-glukosju bbażat fuq ix-xgħir;
(d) ċereali użati għall-produzzjoni ta' distillati jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għax-xorb ta' l-ispirtu u xorb alkoħoliku ieħor.
2. Krustaċej u l-prodotti tagħhom.
3. Bajd u l-prodotti tagħhom.
4. Ħut u l-prodotti tagħhom, ħlief:
(a) ġelatina tal-ħut li tintuża bħala mezz ta' preparazzjonijiet ta' vitamini jew ta' karotenojdi.
(b) ġelatina tal-ħut jew Isinglass użata bħal aġent għar-raffinar fil-birra u fl-inbid
5. Karawett u l-prodotti tiegħu.
6. Sojja u l-prodotti tagħha, ħlief:
(a) żejt u xaħam kompletament irraffinat tas-sojja (3) ;
(b) tocopherols naturali mħallta (E306), tocopherol naturali D-alpha, tocopherol acetate naturali D-alpha, tocopherol succinate naturali D-alpha minn sorsi tas-sojja.
(c) physterols u esteri ta' phytosterol derivati minn żjut veġetali minn sorsi tas-sojja;
(d) esteri stanol ta' pjanti prodotti minn sterols ta' żjut veġetali minn sorsi tas-sojja.
7. Ħalib u l-prodotti tiegħu (inkluż il-lattożju), ħlief:
(a) xorrox użat għal produzzjoni ta' distillati jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għax-xorb ta' l-ispirtu u xorb alkoħoliku ieħor;
(b) lactitol.
8. Frott tal-qoxra iebsa (ġewż), i.e. Lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), kaxjew (Anacardium occidentale), pekani (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), ġewż tal-pistaċċi (Pistacia vera), ġewż tal-makademja u ġewż ta' Queensland (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, ħlief:
(a) ġewż użat għal produzzjoni ta' distillati jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għax-xorb ta' l-ispirtu u xorb alkoħoliku ieħor.
9. Krafes u l-prodotti tagħhom.
10. Mustarda u l-prodotti tagħha.
11. Iż-żrieragħ tal-ġunġlien u l-prodotti tagħhom.
12. Id-dijossidu tal-kubrit u s-sulfidi f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru espressi bħala SO2.
13. Lupin u l-prodotti tiegħu.
14. Molluski u l-prodotti tagħhom.”
( 1 ) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).
( 2 ) ĠU L 75, 22.3.2005, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/63/KE (ĠU L 258, 4.10.2005, p. 3).
( 3 ) U prodotti tagħhom, sakemm il-proċess li għaddew minnu x'aktarx li ma jwassalx għal żieda fil-livelli ta' allerġiniċità vvalutata mill-EFSA għall-prodott rilevanti li oriġinaw minnu.