32000D0063



Official Journal L 022 , 27/01/2000 P. 0066 - 0066


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta' Jannar 2000

li temenda d-Deċiżjoni 96/627/KE li timplimenta Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE dwar il-livell ta' ħoss perċepit mis-sewwieqa ta' tratturi fuq ir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(notifikat fid-dokument numru K (1999) 3546)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2000/63/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad-29 ta' Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mal-livell ta' ħoss perċepit mis-sewwieqa ta' tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-foresterija [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE [2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b'mod partikolari Artikolu 2(2) tagħha,

Billi:

(1) Ġie ppruvat teknikament impossibbli fil-każ kważi tat-tratturi kollha bla gabina biex ilaħħqu sad-data tal-għeluq tal-perjodu transitorju preskritt fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/627/KE [3]. Huwa neċessarju f'dawk iċ-ċirkostanzi li jkun pospost it-tmiem tal-perjodu transitorju preskritt f'dik id-Deċiżjoni għal dawk il-vetturi.

(2) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat dwar l-Adattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' ostakoli tekniċi fin-negozju ta' tactors agrikoli jew tal-foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 96/627/KE huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-perjodu transitorju msemmi f'Artikolu 2(2) tad-Direttiva 77/311/KEE għandu jiskadi fi:

- 1 ta' Ottubru 2001 għat-tipi kollha ta' tratturi ġodda,

- 1 ta' Ottubru 2003 għat-tratturi ġodda kollha."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sat-30 ta' Settembru 2001 l-iktar tard. Għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Jannar 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 105, 28.04.77, p. 1.

[2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.

[3] ĠU L 282, ta' l-1.11.1996, p. 72.

--------------------------------------------------