<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑15/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0015</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:303">EU:C:2014:303</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140508">8.5.2014</DATE> — KAWŻA C‑15/13</P><P>DATENLOTSEN INFORMATIONSSYSTEME</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal provvisti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ kuntratt mingħajr il-bidu ta’ proċedura għal sejħa għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Għoti msejjaħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>in house'</KEYWORD><KEYWORD>Kuntrattur ġuridikament differenti mill-awtorità kontraenti</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Awtorità kontraenti u kuntrattur li ma għandhomx bejniethom relazzjoni ta’ kontroll</KEYWORD><KEYWORD>Awtorità pubblika terza li teżerċita kontroll parzjali fuq l-awtorità kontraenti u kontroll fuq il-kuntrattur li jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>simili<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Tranżazzjoni interna orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑15/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Technische Universität Hamburg-Harburg,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hochschul Informations System GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST><HT TYPE="BOLD">vs</HT></AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Datenlotsen Informationssysteme GmbH</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur), A. Rosas, D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għat-Technische Universität Hamburg‑Harburg, minn T. Noelle u I. Argyriadou, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Hochschul‑Informations‑System GmbH, minn K. Willenbruch u M. Kober, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Datenlotsen Informationssysteme GmbH, minn S. Görgens, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. J. García‑Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér kif ukoll minn K. Szíjjártó u K. Molnár, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u M. Noll‑Ehlers, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Technische Universität Hamburg‑Harburg (Università politeknik ta’ Hamburg, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Università<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u Hochschul Informations System GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>HIS<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), minn naħa waħda, u Datenlotsen Informationssysteme GmbH, min-naħa l-oħra, dwar ir-regolarità tal-għoti dirett ta’ kuntratt mill-Università lil HIS mingħajr applikazzjoni tal-proċeduri ta’ għoti previsti mid-Direttiva 2004/18.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/18 tistabbilixxi l-qafas regolamentari applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fil-paragrafu 2(a) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huma kuntratti għall-interess tal-flus konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(8) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>It-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kuntrattur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>fornitur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>min jipprovdi s-servizz<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jfissru kull persuna naturali jew legali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawk il-persuni u/jew korpi li joffru fuq is-suq, rispettivament, l-esekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xi xogħol, prodotti, jew servizzi.</ALINEA><ALINEA>It-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> se jkopri ugwalment il-kunċetti tal-kuntrattur, tal-fornitur u ta’ min jipprovdi s-servizz. Huwa wżat biss fl-interess tas-sempliċità.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 jiddefinixxi b’mod dettaljat l-entitajiet li huma kkunsidrati bħala awtoritajiet kontraenti u li għandhom, fil-konklużjoni ta’ kuntratt bi ħlas ma’ operatur ekonomiku, jibdew proċedura għal sejħa għal offerti skont ir-regoli ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Limiti massimi għal kuntratti publiċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jistabbilixxi estimu tal-limiti ta’ valur li l-għoti ta’ kuntratt għandu jkun suġġett għalih b’mod konformi mar-regoli ta’ din id-direttiva. Dawn il-limiti huma mibdula regolarment permezz tar-regolamenti tal-Kummissjoni u huma adattati għaċ-ċirkustanzi ekonomiċi. Fid-data li fihom seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, il-limitu dwar il-kuntratti ta’ provvisti mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti li ma humiex awtoritajiet tal-gvern ċentrali kien iffissat għal EUR 193 000 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="314" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2009">ĠU L 314, p. 64</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-għoti ta</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> kuntratt pubbliku mingħajr applikazzjoni tal-proċeduri stabbiliti bid-Direttiva 2004/18 – Għoti msejjaħ</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>in house</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet ta’ dan l-għoti ġew stabbiliti u żviluppati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kkunsidrat li s-sejħa għal offerti billi ngħata bidu għal proċedura skont id-Direttiva 2004/18 ma hijiex obbligatorja fil-każ fejn, l-awtorità kontraenti teżerċita fuq persuna, ġuridikament distinta minnha, kontroll simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u fejn dik il-persuna twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha mal-awtorità jew mal-awtoritajiet kontraenti li jikkontrollawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Teckal, C‑107/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:562">EU:C:1999:562</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Università hija istitut pubbliku ta’ edukazzjoni ogħla tal-Bundesland Freie und Hansestadt Hamburg [Stat Federali tal-belt libera u ħanseatika ta’ Hamburg (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>belt ta’ Hamburg<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>)]. Hija tikkostitwixxi korp irregolat taħt id-dritt pubbliku fis-sens tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 u, konsegwentement, awtorità kontraenti. Bl-intenzjoni li tiġi akkwistata sistema ta’ ġestjoni informatika għall-edukazzjoni ogħla, l-Università wettqet proċedura ta’ evalwazzjoni, li fil-kuntest tagħha hija għamlet paragun bejn is-sistemi informatiċi ta’ Datenlotsen Informationssysteme GmbH u ta’ HIS. Insegwitu għal dan l-eżami, l-Università ddeċidiet li takkwista sistema żviluppata minn din l-aħħar kumpannija u, fis-<DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>, ikkonkludiet magħha kuntratt għal provvista permezz ta’ għoti dirett, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ għoti previsti mid-Direttiva 2004/18. Il-valur stmat ta’ dan il-kuntratt kien ilaħħaq EUR 840 000.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-proċess disponibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li HIS hija kumpannija b’responsabbiltà limitata taħt id-dritt privat, b’terz mill-kapital miżmum mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ż-żewġ terzi l-oħra mis-16-il Länder Ġermaniżi, bis-sehem tal-belt ta’ Hamburg jikkorrispondi għal 4.16 % ta’ dan il-kapital. Skont l-Artikolu 2 tal-Istatut ta’ din il-kumpannija, l-għan soċjali tagħha jikkonsisti fl-għoti ta’ għajnuna lill-istituti pubbliċi ta’ edukazzjoni ogħla u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi żgurata b’mod razzjonali u ekonomikament effiċjenti l-missjoni tagħhom ta’ edukazzjoni ogħla. Is-sistemi informatiċi ta’ HIS huma użati f’iktar minn 220 istitut pubbliku u reliġjuż ta’ edukazzjoni ogħla fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 12(1) tal-Istatut ta’ HIS, il-kunsill ta’ sorveljanza ta’ din il-kumpannija huwa kompost minn għaxar membri, li sebgħa minnhom huma nominati fuq proposta tal-laqgħa tal-Ministri tal-Länder, tnejn minnhom fuq proposta tal-laqgħa tar-retturi ta’ istituti ta’ edukazzjoni ogħla, assoċjazzjoni ta’ universitajiet Ġermaniżi u istituti pubbliċi Ġermaniżi ta’ edukazzjoni ogħla jew rikonoxxuti mill-Istat, u wieħed fuq proposta tal-awtoritajiet federali. Skont l-Artikolu 15(1) tal-Istatut tagħha, HIS għandha kumitat konsultattiv (Kuratorium), fejn 19 mis-37 membru tiegħu huma maħtura<?PAGE NO="4"?> mill-Konferenza tal-Ministri tal-Länder. F’dak li jirrigwarda l-volum tal-attivitajiet ta’ HIS, 5.14 % mid-dħul mill-bejgħ ta’ din il-kumpannija jikkorrispondi għal attivitajiet imwettqa f’isem entitajiet oħra barra mill-istituti pubbliċi ta’ edukazzjoni ogħla.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont dawn il-partijiet kontraenti, l-għoti dirett ta’ kuntratt mill-Università lil HIS huwa ġġustifikat mill-kunsiderazzjoni li, għalkemm, bejn dawn iż-żewġ entitajiet, ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ kontroll, il-kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li tirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata iktar ’il fuq hija ssodisfatta minħabba l-fatt li dawn it-tnejn jinsabu taħt il-kontroll tal-belt ta’ Hamburg.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Datenlotsen Informationssysteme GmbH ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni ta’ għoti dirett ta’ dan il-kuntratt quddiem il-Vergabekammer tal-belt ta’ Hamburg, qorti tal-ewwel grad kompetenti fuq is-suġġett tal-kuntratti pubbliċi, li laqgħet dan ir-rikors. Din il-qorti kkunsidrat li l-kundizzjonijiet mitluba mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għal għoti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>in house<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma kinux issodisfatti f’dan il-każ. Konkretament, il-kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ma huwiex issodisfatt, billi l-Università, bħala awtorità kontraenti, ma hijiex f’pożizzjoni li teżerċita fuq HIS kontroll simili għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħha stess. Ċertament, l-Università hija persuna ġuridika rregolata taħt id-dritt pubbliku li toriġina mill-belt ta’ Hamburg u din tal-aħħar iżżomm 4.16 % tal-kapital ta’ HIS. Madankollu, l-Università u l-belt ta’ Hamburg huma persuni ġuridiċi distinti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-kunsiderazzjoni li l-belt ta’ Hamburg tikkontrolla wkoll l-Università minbarra HIS ma hijiex biżżejjed sabiex tissodisfa din il-kundizzjoni, peress li tali forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kontroll indirett<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ma għandu ebda ġustifikazzjoni fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Vergabekammer barra minn hekk josserva li l-Università tiddisponi minn awtonomija u li l-kontroll tal-legalità u tal-opportunità eżerċitata fuqha mill-belt ta’ Hamburg għall-ġestjoni tal-fondi allokati ma kienx ekwivalenti għas-setgħa ta’ direzzjoni li għandu jkollha awtorità kontraenti. Lanqas ma jista’ jkun hemm dubju dwar il-kontroll eżerċitat mill-belt ta’ Hamburg fuq HIS, peress li din il-belt ma għandhiex rappreżentant permanenti fuq il-kunsill ta’ sorveljanza ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>HIS u l-Università kkontestaw din id-deċiżjoni tal-Vergabekammer quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Din il-qorti tosserva li l-kwistjoni, li ħolqot dibattitu jaħraq fid-duttrina fuq livell nazzjonali, dwar jekk għoti ta’ kuntratt li huwa parti minn relazzjoni bejn tliet persuni, ikklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>tranżazzjoni interna orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, taqax taħt il-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza Teckal (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:562">EU:C:1999:562</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa issa ma kinitx is-suġġett tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija temmen li l-ispirtu u l-għan tal-eżenzjoni fuq l-għotjiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>in house<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, mibdija minn din is-sentenza, jippermettu li tranżazzjonijiet interni orizzontali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jaqgħu taħt din l-eżenzjoni. Hija madankollu nnutat li f’dan il-każ ma jistax ikun hemm kwistjoni ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet komunali fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑480/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:357">EU:C:2009:357</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, kif ukoll Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑159/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), peress li kemm l-Università kif ukoll HIS ma humiex awtoritajiet pubbliċi u HIS ma hijiex direttament responsabbli sabiex teżegwixxi missjoni ta’ servizz pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva wkoll li, skont l-Istatuti tal-istituti pubbliċi ta’ edukazzjoni ogħla, dawn tal-aħħar jiddisponu minn awtonomija wiesgħa fis-setturi tar-riċerka u tal-edukazzjoni u li l-eżerċizzju ta’ dawn il-kompetenzi awtonomi huwa suġġett għas-sempliċi kontroll tal-legalità. Madankollu, il-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ fil-qasam tal-ġestjoni tal-fondi allokati lill-Università, fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom poter ta’ kontroll li jestendi sal-possibbiltà li jiġu annullati jew immodifikati d-deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-akkwisti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis ukoll, li fil-qasam tal-akkwisti u tal-provvisti ta’ istituti pubbliċi ta’ edukazzjoni ogħla, il-kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huwa ssodisfatt. Madankollu, hija tistaqsi jekk din il-kundizzjoni ma teħtieġx li l-kontroll ikopri l-oqsma kollha ta’ attività tal-entità subordinata, b’tali mod li l-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kontroll għall-kuntratti ta’ provvisti ma<?PAGE NO="5"?> tippermettix li jiġi kkunsidrat li din il-kundizzjoni hija sodisfatta. F’dan is-sens dan huwa sostnut mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-awtorità kontraenti għandu jkollha l-possibbiltà li teżerċita influwenza speċifika kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-entità subordinata.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kontroll eżerċitat mill-belt ta’ Hamburg fuq HIS, il-qorti tar-rinviju nnutat il-fatt li l-belt ta’ Hamburg għandha biss 4.16 % mill-kapital ta’ din il-kumpannija, u ma għandhiex rappreżentant permanenti fi ħdan il-kunsill ta’ sorveljanza ta’ din, ikun jista’ jargumenta kontra l-eżistenza ta’ kontroll simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess. F’dak li jirrigwarda t-tieni kundizzjoni, imposta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dwar it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>twettiq tal-parti l-iktar importanti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tal-attività tal-kuntrattur, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li din il-kundizzjoni hija f’dan il-każ issodisfatta, peress li l-attività ta’ HIS hija ddedikata kważi kompletament għall-istituti pubbliċi ta’ edukazzjoni ogħla u li l-attivitajiet oħra ta’ din il-kumpannija huma inċidentali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn il-ċirkustanzi, il-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18 […] kuntratt fejn, għalkemm l-entità kontraenti ma twettaqx fuq il-kuntrattur kontroll simili għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħha stess, kemm l-entità kontraenti kif ukoll il-kuntrattur huma kkontrollati mill-istess organu, li jikkostitwtixxi awtorità kontraenti pubblika fis-sens tad-Direttiva 2004/18 u l-entità kontraenti u l-kuntrattur essenzjalment jeżerċitaw l-attività tagħhom għall-organu komuni tagħhom (tranżazzjoni interna orizzontali)?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kontroll simili għal dak li l-entità kontraenti teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess għandu jiġi estiż għall-attività kollha tal-kuntrattur jew huwa biżżejjed jekk dan ikun limitat għall-qasam tal-provvista [tax-xiri]?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt li għandu bħala suġġett il-provvista ta’ prodotti konkluż bejn, minn naħa, università li hija awtorità kontraenti u li hija kkontrollata fil-qasam tal-akkwisti tal-prodotti u tas-servizzi tagħha minn Stat Federali Ġermaniż u, min-naħa l-oħra, minn impriża rregolata mid-dritt privat li hija miżmuma mill-Istat Federali u mill-Istati Federali Ġermaniżi, inkluż dan l-Istat Federali, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan prinċipali tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi huwa l-ftuħ għall-kompetizzjoni mhux imxekkla fl-Istati Membri kollha, fl-oqsma tal-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, tal-provvista ta’ prodotti u tal-provvista ta’ servizzi, li jimplika l-obbligu ta’ kull awtorità kontraenti li tapplika r-regoli tad-dritt tal-Unjoni rilevanti, meta l-kundizzjonijiet previsti għal dan huma ssodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Stadt Halle u RPL Lochau, C‑26/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:5">EU:C:2005:5</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentement, kull eċċezzjoni għall-applikazzjoni ta’ dan l-obbligu hija konsegwentement ta’ interpretazzjoni stretta (ara s-sentenza Stadt Halle u RPL Lochau, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:5">EU:C:2005:5</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li, fid-dawl tal-applikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti bid-Direttiva 2004/18, bħala prinċipju, huwa biżżejjed li b’mod konformi mal-Artikolu 1(2)(a) ta’ din id-direttiva, li kuntratt bi ħlas kien ġie konkluż bejn, minn naħa, awtorità kontraenti u, min-naħa l-oħra, persuna ġuridikament distinta minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Teckal, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:562">EU:C:1999:562</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-eċċezzjoni għall-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju, irrikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja, dwar l-għotjiet ta’ kuntratti msejħin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>in house<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> hija ġġustifikata mill-kunsiderazzjoni li awtorità pubblika, li hija awtorità kontraenti, għandha l-possibbiltà li twettaq il-kompiti ta’ interess pubbliku li jaqgħu fuqha billi tuża l-mezzi amministrattivi, tekniċi u oħra tagħha, mingħajr ma tkun obbligata li tirrikorri għall-entitajiet esterni li ma jappartjenux għad-dipartimenti tagħha, u li din l-eċċezzjoni tista’ tiġi estiża għas-sitwazzjonijiet fejn il-parti kontraenti l-oħra hija entità ġuridikament distinta mill-awtorità kontraenti, meta din tal-aħħar teżerċita fuq il-kuntrattur kontroll simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u fejn dik l-entità twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha mal‑awtorità jew mal-awtoritajiet kontraenti li jikkontrollawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Teckal, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:562">EU:C:1999:562</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50, kif ukoll Stadt Halle u RPL Lochau, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:5">EU:C:2005:5</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 48 u 49). F’każijiet bħal dawn, jista’ jiġi kkunsidrat li l-awtorità kontraenti tista’ tagħmel użu mill-mezzi tagħha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat iktar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, billi sostniet li dan għandu jirrigwarda l-possibbiltà għall-awtorità kontraenti li tinfluwenza b’mod determinanti kemm l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-entità li ngħatat kuntratt u li l-kontroll eżerċitat mill-awtorità kontraenti għandu jkun effettiv, strutturali u funzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Econord, C‑182/11 u C‑183/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:758">EU:C:2012:758</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jista’ jiġi eżerċitat konġuntament minn diversi awtoritajiet pubbliċi li flimkien għandhom iż-żamma tal-entità li ngħatat kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Econord, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:758">EU:C:2012:758</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 28 sa 31 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit li ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ kontroll bejn l-Università, awtorità kontraenti, u HIS, entità li ngħatat kuntratt. Fil-fatt, l-Università ma żżomm l-ebda sehem fil-kapital ta’ din l-entità u ma għandha l-ebda rappreżentant legali fil-korpi ta’ tmexxija ta’ din.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-raġuni li tiġġustifika r-rikonoxximent tal-eċċezzjoni f’dak li jirrigwarda l-għotjiet imsejħin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>in house<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jiġifieri l-eżistenza ta’ rabta interna partikolari bejn l-awtorità kontraenti u l-entità li ngħatat kuntratt, tkun assenti f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, tali sitwazzjoni ma tistax tiġi koperta minn din l-eċċezzjoni, ħlief sabiex testendi l-limiti tal-applikazzjoni ta’ din, li b’mod ċar huwa limitat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod li jista’ jnaqqas b’mod sinjifikattiv il-portata tal-prinċipju stabbilit fil-punt 24 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, f’kull każ, abbażi tal-elementi tal-proċess disponibbli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u fid-dawl tal-ġurisprudenza esposta iktar ’il fuq, il-belt ta’ Hamburg ma hijiex f’sitwazzjoni fejn tista’ teżerċita fuq l-Università <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li l-kontroll eżerċitat mill-belt ta’ Hamburg fuq l-Università jestendi biss għal parti mill-attività ta’ din tal-aħħar, jiġifieri biss għal akkwisti, iżda mhux għas-setturi tal-edukazzjoni u tar-riċerka, fejn l-Università tiddisponi minn awtonomija wiesgħa. Li tiġi rikonoxxuta l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> f’tali sitwazzjoni ta’ kontroll parzjali jmur kontra l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ma hemmx lok li jiġi eżaminat jekk l-eċċezzjoni li tikkonċerna l-għotjiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>in house<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tistax tiġi applikata għat-tranżazzjonijiet imsejħin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>interni orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, jiġifieri sitwazzjoni fejn l-istess awtorità/awtoritajiet kontraenti teżerċita/jeżerċitaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fuq żewġ operaturi ekonomiċi distinti fejn wieħed jagħti kuntratt lill-ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-applikabbiltà, fil-kawża prinċipali, tal-ġurisprudenza dwar il-kooperazzjoni bejn entitajiet lokali li tirriżulta mis-sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:357">EU:C:2009:357</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif għamlet il-qorti tar-rinviju, għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista minn din il-ġurisprudenza ma humiex issodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kooperazzjoni stabbilita bejn l-Università u HIS ma hijiex maħsuba sabiex twettaq missjoni ta’ servizz pubbliku komuni fis-sens tal-ġurisprudenza (ara s-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 34 u 37).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi preliminari għandha tkun li l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt li għandu bħala suġġett il-provvista ta’ prodotti konkluż bejn, minn naħa, università li hija awtorità kontraenti u li hija kkontrollata fil-qasam tal-akkwisti tal-prodotti u tas-servizzi tagħha minn Stat Federali Ġermaniż u, min-naħa l-oħra, minn impriża rregolata mid-dritt privat li hija miżmuma mill-Istat Federali u mill-Istati Federali Ġermaniżi, li inkluż fosthom jinsab dan l-Istat Federali, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk għandu jkun suġġett għar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti minn din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt li għandu bħala suġġett il-provvista ta’ prodotti konkluż bejn, minn naħa, università li hija awtorità kontraenti u li hija kkontrollata fil-qasam tal-akkwisti tal-prodotti u tas-servizzi tagħha minn Stat Federali Ġermaniż u, min-naħa l-oħra, minn impriża rregolata mid-dritt privat li hija miżmuma mill-Istat Federali u mill-Istati Federali Ġermaniżi, li inkluż fosthom jinsab dan l-Istat Federali, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk għandu jkun suġġett għar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti minn din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>