<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-570/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0570</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:674">EU:C:2017:674</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170913">13.9.2017</DATE> – KAWŻA C-570/15</P><P>X</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 1408/71</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(2)(b)(i)</KEYWORD><KEYWORD>Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar</KEYWORD><KEYWORD>Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita parti mill-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru tar-residenza tagħha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-570/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20151105">5 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">X</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Għal X, minn A. B. Bongers, belastingadviseur,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčíl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(2)(a) u tal-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 177, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn X u s-Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi, il-Pajjiżi l-Baxxi) rigward avviż ta’ taxxa abbażi tat-taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk ikun jabita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju reġistrat inkella post tan-negozju ta’ l-impriża jew ta’ l-individwu li jimpjegah huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[L]-Artikolu 13(2)(a) japplika suġġett għall-eċċezzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar tkun suġġetta għal-leġislazzjoni li tkun determinata kif ġej:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Persuna għajr dik li hemm referenza għaliha f(a) tkun suġġetta:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fih tabita, jekk twettaq l-attività tagħha parzjalment fit-territorju jew jekk hija marbuta ma diversi impriżi u diversi persuni li jimpjegawha li għandhom l-uffiċċji reġistrati jew il-postijiet tan-negozju tagħhom fit-territorju ta’ Stati Membri differenti;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju ta’ l-impriża jew ta’ l-individwu li jimpjegaha, jekk ma tabitax fit-territorju ta’ kwalunkwe Stati Membri fejn hija tkun qed twettaq l-attività tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 14a(2) tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Persuna normalment impjegata għal rasha fit-territorju ta’ tnejn jew iktar Stati Membri tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tabita kemm-il darba hija twettaq xi parti mill-attività tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-tilwima fil-kawża prinċipali u domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Matul l-2009, X, ċittadin tal-Pajjiżi l-Baxxi residenti fil-Belġju, ħadem <FT TYPE="NUMBER">1872</FT> siegħa fis-servizz ta’ persuna li timpjega stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, bħala amministratur tal-kontijiet u tar-relazzjonijiet fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Minn dawn il-1 872 siegħa ta’ xogħol, dan wettaq 121 fil-Belġju, li jirrappreżenta madwar 6.5 % tat-total tas-sigħat tax-xogħol tiegħu f’dik is-sena. Dawn kienu 17-il siegħa ddedikati għal żjarat lil klijenti u 104 siegħa li matulhom ħadem mid-dar. Dawn l-attivitajiet ma kinux eżerċitati skont pjan ta’ xogħol determinat u l-kuntratt ta’ xogħol ma kien jipprevedi ebda servizz fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-attivitajiet l-oħra eżerċitati minn X għall-persuna li timpjegah matul l-2009, b’total ta’ <FT TYPE="NUMBER">1751</FT> siegħa, twettqu fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fl-uffiċċji tal-impriża, jew għand klijenti potenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>It-tilwima bejn X u s-Segretarju tal-Istat għall-Finanzi tikkonċerna l-istima tat-taxxa fuq id-dħul u tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali relatata mas-sena finanzjarja 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Adita b’rikors kontra s-sentenza tar-Rechtbank Zeeland-West-Brabant (qorti ta’ Zeeland-West-Brabant, il-Pajjiżi l-Baxxi), il-Gerechtshof ‘sHertogenbosch (qorti tal-appell ta’ Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li, matul l-2009, X kien eżerċita biss attivitajiet purament okkażjonali fil-Belġju. Din ikkonkludiet li dawn l-attivitajiet ma kellhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali u li, konformement mal-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, kienet esklużivament il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi li kellha tapplika għas-sena finanzjarja 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>X ippreżenta appell ta’ kassazzjoni kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Kien f’dan il-kuntest li l-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Liema kriterju jew kriterji għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ddeterminata l-leġiżlazzjoni applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1408/71 fil-każ ta’ ħaddiem residenti fil-Belġju li, matul is-sena inkwistjoni, eżerċita l-maġġoranza l-kbira tal-attivitajiet tiegħu għall-persuna li timpjegah Olandiża fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi u li, barra minn hekk, eżerċita 6.5 % tal-attivitajiet totali tiegħu fil-Belġju, jew f’daru, jew għand klijenti, ladarba din il-proporzjon ma tikkorrispondix għal pjan ta’ xogħol stabbilit b’mod preċiż u ladarba huwa qatt ma kkonkluda mal-persuna li timpjegah xi ftehim dwar l-eżerċizzju ta’ attività fil-Belġju?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament Nru°1408/71 għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżerċita attività mħallsa għal persuna li timpjega stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru u li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu din teżerċita, matul parti mis-sena, parti minn din l-attività mħallsa għal 6.5 % tas-sigħat tax-xogħol tagħha, mingħajr ma dan kien is-suġġett ta’ ftehim minn qabel mal-persuna li timpjegah, għandha titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71, li jagħmel parti minnhom l-Artikolu 14(2) jikkostitwixxu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sistema kompleta u uniformi ta’ regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet li l-għan tagħhom huwa li jissuġġettaw lill-ħaddiema li jiċċaqilqu ġewwa l-Unjoni Ewropea għal sistema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru wieħed, b’mod li jiġi evitat li jkunu applikabbli diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali u li jiġu evitati l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn dan (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-115/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:606">EU:C:2012:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 jistabbilixxi l-prinċipju li jgħid li persuna li teżerċità attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat, anki jekk ikun jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-115/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:606">EU:C:2012:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju huwa madankollu fformolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[suġġett] għall-Artikoli 14 sa 17<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tar-Regolament Nru 1408/71. Fil-fatt, f’ċerti sitwazzjonijiet partikolari, l-applikazzjoni pura u sempliċi tar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 13(2)(a) ta’ dan ir-regolament tirriskja mhux li tevita, iżda, b’mod kuntrarju, li toħloq, kemm għall-ħaddiem kif ukoll għall-organi ta’ sigurtà soċjali, kumplikazzjonijiet amministrattivi li l-effett tagħhom jista’ jkun li jostakolaw l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-persuni koperti mill-imsemmi regolament (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-115/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:606">EU:C:2012:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament Nru°1408/71 jipprovdi li l-persuna li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li din tirrisjedi fuq it-territorju tiegħu, jekk din teżerċita parti mill-attività tagħha fuq dan it-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni, li tidderoga mir-regola ġenerali ta’ rabta mal-Istat Membru tal-impjieg, jirriżulta li l-applikazzjoni tagħha hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-persuna interessata teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Issa, tali rekwiżit jippreżupponi li l-persuna kkonċernata teżerċita abitwalment attivitajiet sinjifikanti fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000330">30 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>Banks <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-178/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:169">EU:C:2000:169</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-fatt li l-persuna kkonċernata teżerċita attivitajiet b’mod sempliċement okkażjonali fit-territorju ta’ Stat Membru ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk persuna għandhiex titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar jew, b’mod kuntrarju, jekk hemmx attivitajiet imqassma fit-territorju ta’ diversi Stati Membri b’mod sempliċement okkażjonali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, it-tul tal-perijodi ta’ attività u n-natura tax-xogħol imħallas kif iddefiniti fid-dokumenti<?PAGE NO="5"?> kuntrattwali, kif ukoll, jekk ikun il-każ, ir-realtà tal-attivitajiet eżerċitati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19730712">12 ta’ Lulju 1973</DATE>, <NAME.CASE>Hakenberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>13/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:92">EU:C:1973:92</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-115/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:606">EU:C:2012:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni tan-natura abitwali u sinjifikanti tal-attivitajiet eżerċitati fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja, bis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950216">16 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Calle Grenzshop Andresen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-425/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:37">EU:C:1995:37</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iddeċidiet li s-sitwazzjoni ta’ ħaddiem, li jirrisjedi fi Stat Membru wieħed u li jkun impjegat esklużivament minn impriża li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, li fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ impjieg, iwettaq regolarment, għal għaxar sigħat kull ġimgħa, parti mill-attività tiegħu fl-Istat Membru ta’ residenza, jidħol fl-ambitu tal-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll li persuna li teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha għal madwar nofs iż-żmien fit-territorju tal-Istat Membru tar-residenza tagħha u għal nofs iż-żmien fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha titqies li teżerċita normalment attività bħala persuna li taħdem għal rasha fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, fis-sens tal-Artikolu 14a tar-Regolament Nru 1408/71 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931013">13 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Zinnecker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-121/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:840">EU:C:1993:840</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kuntratt ta’ xogħol inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jipprovdix li X kellu jwettaq servizzi fit-territorju tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu. Barra minn hekk, mis-sigħat ta’ xogħol kollha li l-persuna interessata wettqet fis-sena inkwistjoni, il-persuna interessata wettqet biss madwar 6.5 % minnhom f’dan l-Istat Membru, essenzjalment mill-post fejn tgħix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, ma jistax jitqies li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, teżerċita abitwalment attivitajiet sinjifikanti fit-territorju tal-Istat Membru tar-residenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni hija koerenti mas-sistema ta’ regolament ta’ kunflitt ta’ liġi stabbilita mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fit-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 13(2)(a) ta’ dan ir-regolament, ma hemmx lok li ssir deroga mir-regola ġenerali ta’ rabta mal-Istat Membru ta’ impjieg ħlief f’sitwazzjonijiet partikolari, li juru li rabta ta’ konnessjoni oħra tkun iktar xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, jekk jiġi aċċettat li l-fatt li persuna, fir-rigward tas-sigħat ta’ xogħol kollha li pprovdiet f’sena favur il-persuna li timpjegaha stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru, tkun wettqet biss 6.5 % minnhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li huwa dak fejn tirrisjedi, mingħajr ma dan kien is-suġġett ta’ ftehim minn qabel mal-imsemmi persuna li timpjega, ikun jista’ jiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1408/71, ikun tali, minn naħa, li jikser in-natura derogatorja ta’ rabta’ ta’ konnessjoni mal-Istat Membru ta’ residenza u, min-naħa l-oħra, li joħloq riskju ta’ evitar tar-regoli ta’ kunflitt tal-liġi stabbiliti fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament Nru°1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżerċita attività mħallsa għal persuna li timpjega stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru u li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu din eżerċitat, matul is-sena li tkun għaddiet, parti minn din l-attività mħallsa għal 6.5 % tas-sigħat tax-xogħol tagħha, mingħajr ma dan kien is-suġġett ta’ ftehim minn qabel mal-persuna li timpjegah, ma għandhiex titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżerċita attività mħallsa għal persuna li timpjega stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru u li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu din eżerċitat, matul is-sena li tkun għaddiet, parti minn din l-attività mħallsa għal 6.5 % tas-sigħat tax-xogħol tagħha, mingħajr ma dan kien is-suġġett ta’ ftehim minn qabel mal-persuna li timpjegah, ma għandhiex titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>