European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1011

16.11.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11348 - CONTEMPORARY AMPEREX TECHNOLOGY / ANEKA TAMBANG / FENI HALTIM / HPAL JOINT VENTURE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/1011)

1.   

Fis-7 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Contemporary Amperex Technology Co. Limited, permezz ta’ HongKong CBL Limited (kollettivament, “Contemporary Amperex Technology”, iċ-Ċina),

—

PT Aneka Tambang Tbk (“Aneka Tambang”, l-Indoneżja), ikkontrollata minn Mining Industry Indonesia,

—

PT Feni Haltim (“Feni Haltim”, l-Indoneżja), u

—

HPAL JV (l-Indoneżja).

Contemporary Amperex Technology u Aneka Tambang se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Feni Haltim u HPAL JV.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’impriża bi sħab (joint venture, JV) eżistenti (Feni Haltim) u permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (HPAL JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Contemporary Amperex Technology hija manifattur tal-batteriji u kumpanija tat-teknoloġija li tispeċjalizza fil-manifattura tal-batteriji tal-joni tal-litju għal vetturi elettriċi u sistemi ta’ ħżin tal-enerġija, kif ukoll sistemi ta’ ġestjoni tal-batteriji, u

—

Aneka Tambang hija attiva fit-tħaffir ta’ diversi tipi ta’ minerali, kif ukoll twettaq negozju fis-settur tal-industrija, il-kummerċ, it-trasport u s-servizzi relatati mal-estrazzjoni ta’ diversi tipi ta’ minerali.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Feni Haltim huma dawn li ġejjin: It-trasport, is-servizzi ta’ ġarr bil-baħar u l-kiri ta’ assi (pereż., tagħmir tqil, vetturi, bini, art u terminals). Wara l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni proposta, Feni Haltim se i) taġixxi bħala kumpanija tal-funderija fl-Indoneżja; ii) tkunu attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-ferronikil, u iii) tinvolvi ruħha f’negozju ta’ parks industrijali għal diversi attivitajiet fosthom il-funderiji.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża HPAL JV se jkunu dawn li ġejjin: Tiżviluppa, tibni, tħaddem u żżomm impjant idrometallurġiku biex tipproduċi Preċipitat ta’ Idrossidu Imħallat li jkun fih kontenut ta’ nikil ta’ mill-inqas 35 % u kontenut ta’ kobalt ta’ mill-inqas 1.5 % fuq bażi niexfa għall-manifattura ta’ batteriji minn tarf sa tarf.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11348 - CONTEMPORARY AMPEREX TECHNOLOGY / ANEKA TAMBANG / FENI HALTIM / HPAL JOINT VENTURE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1011/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)