23.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9554 — Elanco Animal Health/Bayer Animal Health Division)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 132/09)

1.   

Fl-14 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Elanco Animal Health Inc. (USA) (“Elanco”),

—

In-negozju tas-saħħa tal-annimali ta’ Bayer AG (“BAH”), ikkontrollat minn Bayer AG (il-Ġermanja) (“Bayer”).

Elanco takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ BAH.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Elanco: Elanco hija kumpanija tas-saħħa tal-annimali li tiżviluppa, timmanifattura u tikkummerċjalizza prodotti mad-dinja kollha għall-annimali domestiċi u annimali għall-produzzjoni,

—

BAH: BAH tikkonsisti fin-negozju tas-saħħa tal-annimali ta’ Bayer u hija attiva fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni mad-dinja kollha ta’ prodotti għall-annimali domestiċi u annimali għall-produzzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9554 — Elanco Animal Health/Bayer Animal Health Division

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).