|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3160 |
20.12.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3160
tad-9 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/688 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 131(1), il-punti (c) u (d), tiegħu
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmess lill-annimali jew lill-bnedmin. Fil-Parti IV, it-Titolu I, il-Kapitolu 3 tiegħu, dak ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri miżmuma. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 (2) jissupplimenta r-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri, inklużi l-ungulati suxxettibbli għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika. |
|
(3) |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika hija elenkata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3) bħala marda tal-Kategorija D li għaliha huma meħtieġa miżuri biex jiġi evitat milli din tinxtered minħabba movimenti bejn l-Istati Membri. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fl-Unjoni nbidlet mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament Delegat (UE) 2020/688, bl-ewwel notifika li qatt saret ta’ tifqigħat fl-Unjoni f’diversi Stati Membri fl-2022. It-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika kompla wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2515 (4), l-aħħar emenda tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, li introduċa miżuri ġodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju applikabbli għall-movimenti tal-annimali terrestri fl-Unjoni f’sitwazzjonijiet fejn l-annimali jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment li fih tkun ġiet irrapportata l-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq. Sabiex tiġi indirizzata t-tkomplija tat-tixrid tal-marda u jiġi pprovdut livell adegwat ta’ protezzjoni għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-Istati Membri tad-destinazzjoni u tal-passaġġ, filwaqt li jiġi ffaċilitat il-moviment sikur tal-annimali fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġu introdotti aktar miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju. |
|
(4) |
B’mod partikolari, it-tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika huwa inkluż fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (5) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) bħala mezz effettiv għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-virus permezz tal-moviment tal-annimali, irrispettivament miċ-ċirkolazzjoni tal-virus fil-post tal-oriġini, meta jiġi applikat f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-użu ta’ vaċċini bħala miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal ċerti movimenti ta’ ċerti ungulati miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment li fiha tkun ġiet irrapportata l-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fl-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq. |
|
(5) |
Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-destinazzjoni huma fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali lokali fil-postijiet tad-destinazzjoni fir-rigward ta’ ċerti ungulati miżmuma li joriġinaw minn żoni fejn tkun ġiet irrapportata l-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fl-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi prevista xi flessibbiltà għall-Istati Membri biex jistabbilixxu miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju minbarra dawk diġà previsti għall-movimenti ta’ tali annimali fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni fil-post tad-destinazzjoni, soġġett għall-prinċipju tal-proporzjonalità. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-għażla li wieħed jikkonforma mal-miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jqisu s-sitwazzjoni fil-livell lokali għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika. |
|
(6) |
L-użu ta’ vaċċini u l-konformità ma’ miżuri speċifiċi oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jenħtieġ li jiġu previsti fir-rigward tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi, ċervidi, u ta’ ungulati miżmuma oħra. |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tat-trasport b’annimali li jkunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dak l-istabbiliment fejn tkun ġiet irrapportata infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fl-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda matul l-aħħar sentejn qabel it-tluq lejn Stat Membru tad-destinazzjoni, li ma jikkonformawx mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju previsti għal din is-sitwazzjoni fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jew li jikkonformaw ma’ miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, jistgħu joħolqu riskju għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-Istat Membru tal-passaġġ jew żona tiegħu. Għalhekk, għal tali operazzjonijiet ta’ trasport, sabiex l-Istat Membru tal-passaġġ jikseb protezzjoni xierqa kontra r-riskju maħluq mill-passaġġ, jixraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-protezzjoni tal-mezzi tat-trasport kontra l-vetturi u fir-rigward tal-ħatt tal-annimali u li tiġi prevista l-possibbiltà ta’ deroga minnhom. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ movimenti fl-Unjoni li ma jikkonformawx mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju previsti għal din is-sitwazzjoni fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688, jew li jikkonformaw ma’ miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew li jinvolvu operazzjonijiet tat-trasport li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti previsti għal din is-sitwazzjoni fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688, jenħtieġ li sseħħ biss jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jew tal-Istat Membru tal-passaġġ tkun ikkomunikat minn qabel lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li t-tali tip ta’ movimenti huwa awtorizzat, irrispettivament mill-Istat Membru tal-oriġini jew żona tiegħu. |
|
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,id-9 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/688/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2515 tat-8 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/688 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri (ĠU L, 2023/2515, 14.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2515/oj).
(5) Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri, il-Kapitolu 8.7, 2023.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3160/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)