31999D0302



Official Journal L 117 , 05/05/1999 P. 0058 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 April 1999

li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi fuq konsenji ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(notifikata taħt dokument numru C(1999) 1166)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/302/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’l-10 Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jkunu deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2] u partikolarment l-Artikolu 8(3) tagħha,

(1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/301/KE [3] tipprovdi għal sospensjoni ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ annimali ta’ l-ifrat inkluż il-ġewwieni għall-konsum uman li ġej minn jew li joriġina fl-Istati Uniti ta’l-Amerika b’effett mill-15 Ġunju 1999; billi huwa neċessarju fl-intervall li laħam frisk ta’ annimali ta’l-ifrat inkluż il-ġewwieni importat mill-Istati Uniti ta’l-Amerika ma jkunx fih xi residwi ta’ ormoni li jippromwovu t-tkabbir;

(2) Billi fl-applikazzjoni ta’l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/675/KEE it-tnaqqis fil-frekwenza ta’ verifiki fiżiċi għal ċerti prodotti minn pajjiżi terzi huwa stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE [4]; billi l-preżenza ta’ ċerti ormoni xenobiotiċi li jippromwovu t-tkabbir, u livelli għolja mhux normali ta’ residwi ta’ ormoni naturali, instabet f’laħam frisk ta’ annimali ta’l-ifrat inkluż il-ġewwieni, minbarra minn laħam tal-buflu inkluż il-ġewwieni, mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u għalhekk huwa neċessarju li jiġu intensifikati l-verifiki armonizzati fuq dak il-laħam;

(3) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġej qiegħed jiddaħħal wara l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 94/360/KEE:

"Artikolu 1a

1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’l-Artikolu 1, il-livell u l-organizzazzjoni ta’ verifiki fiżiċi li għandhom isiru minn kull Stat Membru, mad-dħul fit-territorju tiegħu f’kull punt ta’ spezzjoni jew ta’ qsim tal-fruntiera, fuq konsenja ta’ laħam frisk ta’ annimali ta’ l-ifrat inkluż il-ġewwieni, minbarra laħam tal-buflu inkluż il-ġewwieni, li ġej minn jew li joriġina mill-Istati Uniti ta’l-Amerika għandhom ikunu kif ġej:

- il-frekwenza ta’ verifiki fiżiċi qiegħda tiġi miżjuda għal 100 %,

- żewġ kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu minn kull konsenja u jiġu eżaminati għal residwi ta’ kull wieħed mill-ormoni xenobiotiċi melengestrolaetate, trenbolone u zeranol, u għal livelli għolja mhux normali ta’ residwita’l-ormoni naturali 17 beta oestradiol, progesterone u testosterone,

- il-kampjuni għandhom jiġu ttrattati skond il-punti 2.6, 2.7 u 2.9 ta’l-Annesstad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE [5],

- il-kampjuni għandhom jintbagħtu lil, u t-testijiet tal-laboratorju għandhomisiru ġo, wieħed mill-laboratorji msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jippermettu biss id-dħul fit-territorju tagħhom u l-konsenja lil Stat Membru ieħor ta’ dak il-laħam frisk ta’ annimali ta’l-ifrat, inkluż il-ġewwieni, in kwistjoni meta r-riżultati ta’l-eżami u l-analiżi, imsemmija fil-paragrafu 1, ikunu favorevoli.

3. L-ispejjeż kollha minfuqa fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandu jkun reponsabbli għalihom il-konsenjant, il-kunsinnatur jew l-aġenti tagħhom."

Artikolu 2

Id-disposizzjonijiet ta’l-Artikolu 1 għandhom jiġu riveduti wara li tingħata informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni u l-garanziji mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’l-Istati Uniti ta’l-Amerika.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 30 ta’April 1999.

Għall-Kummissjoni

Karel Van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] Ara l-paġna 52 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

[5] ĠU L 65, tal-5.3.1998, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TAL-LABORATORJI

1. Rijksinstitut voor Volksgezondheid en MilieuEU Community Reference Laboratory(Antonie van Leewenhoekklaan 9)PO Box 1, 3720 BA

Bilthoven

The Netherlands

CRL Direttur u l-punt tal-kuntatt: Dr Rainer W. Stephany

Tel. (31) 302 74 26 13

Fax (31) 302 74 44 03

E-mail crl.aro@rivm.nl jer jew rainer.stephany@rivm.nl

2. Laboratoire des dosages hormonaux

Laboratoire national de référence

École nationale vétérinaire de Nantes

BP 50707

44307

Nantes CEDEX 3(Franza)NRL Direttur u l-punt tal-kuntatt: Dr François André

Tel. (33) 240 68 77 66

Fax (33) 240 68 78 78

E-mail andre@vet-nantes.fr

3. Kull laboratorju ieħor ta’ Stat Membru li japplika analizi ta’l-eżami li jsir permezz ta’ isotope dilution on line gas chromatography u/jew liquid chromatography mass spectometry taħt l-Assigurazzjoni tal-Kwalità skond in-Norma EN45001, u analiżijietkonfermattivi li jsiru permezz tal-mass spectrometry taħt l-Assigurazzjoni tal-Kwalità skond in-Norma EN45001.

--------------------------------------------------