|
6.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 646/2013
tal-4 ta’ Lulju 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled t-terroriżmu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jintbagħtu l-informazzjoni u t-talbiet li jirrigwardaw il-miżuri imposti minn dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Latvja talbet li għandhom jiġu emendati d-dettalji tal-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tagħha. |
|
(3) |
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 huwa emendat kif ġej:
Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura "il-Latvja" għandhom jiġu sostitwiti bi:
|
‘Latvijas Republikas Ārlietu Ministrija |
|
K.Valdemāra iela 3 |
|
Rīga LV-1395, Latvija |
|
Tel: (+371) 67 016 201 |
|
Fax: (+371) 67 828 121 |
|
mfa.cha@mfa.gov.lv |
|
Noziedzīgi iegūtu līdzekļu legalizācijas novēršanas dienests |
|
Raiņa bulvāris 15 |
|
Rīga LV-1050, Latvija |
|
Tel: (+371) 67 044 430 |
|
Fax: (+371) 67 324 497 |
|
kd@kd.gov.lv’ |