31983D0402



Official Journal L 233 , 24/08/1983 P. 0024 - 0028
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0197
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0193
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0197
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 28 P. 0193


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' Lulju 1983

fuq il-lista ta' stabbilimenti fi New Zealand approvati għall-finijiet ta' l-importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità

(83/402/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 fuq problemi ta' spezzjoni ta' saħħa u veterinarji fuq l-importazzjoni ta' annimali bovini, majjal u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/91/KEE [2], u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) (a) u (b) tagħha,

Billi stabbilimenti f'pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati li jesportaw laħam frisk lill-Komunità jekk ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali preskritti fid-Direttiva 72/462/KEE;

Billi n-New Zealand bagħtet, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta' stabbilimenti awtorizzati li jesportaw lill-Komunità;

Billi żjajjar fuq il-post mill-Komunità wrew li standards ta' iġene f’ħafna minn dawn l-istabbilimenti huma biżżejjed u għandhom għalhekk jiddaħħlu fuq l-ewwel lista, stabbiliti skond Artikolu 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva, ta' stabbilimenti minn fejn tista tkun awtorizzata l-importazzjoni ta' laħam frisk;

Billi l-każ ta' stabbilimenti oħra proposti min-New Zealand irid ikun eżaminat fuq il-bażi ta' informazzjni addizzjonali rigward l-istandards ta' iġene tagħhom u l-abbiltà tagħhom li jadattaw malajr għal-leġislazzjoni Komunitarja.

Billi, fil-frattemp u biex tkun evitata kull interuzzjoni f'daqqa tal-flussi tal-kummerċ eżistenti, dawn l-istabbilimenti jistgħu jkunu awtorizzati temporanjament li jkomplu l-esportazzjonijiet tagħhom ta' laħam frisk lill-dawk l-Istati Membri preparati li jaċċettawhom;

Billi ser ikun meħtieġ għalhekk li tkun rieżaminata u, jekk hemm bżonn, emendata din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-miżuri meħuda għal dan l-iskop u t-titjib magħmul;

Billi l-importazzjoni ta' laħam frisk minn stabbilimenti li jidhru fuq il-lista annessa ma din id-Deċiżjoni tibqa’ soġġetta għad-dispożizzjonijiet preskritt f'postijiet oħra u għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi, partikolarment, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi u r-riesportazzjoni lill-Stati Membri oħra ta' ċertu kategoriji ta' laħam, bħal-laħam li jiżen anqas minn tliet kilogrammi, jew ta' laħam li jkollu fdalijiet ta' ċerti sostanzi li għadhom mhumiex koperti bir-regoli Komunitarji jew b'regoli li jridu aktar armonizzazzjoni, tibqa soġġetta għal-leġislazzzjoni tas-saħħa ta' l-Istat Membru importatur, waqt li tirrispetta d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-istabbilimenti fin-New Zealand elenkati fl-Anness huma b'dan approvati għall-importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità bis-saħħa ta' l-imsemmi l-Anness.

2. Importazzjonijiet mill-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji Komunitarji preskritti f'postijiet oħra.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu laħam frisk ġej minn stabbilimenti li ma jkunux dawk elenkati fl-Anness.

2. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorizzaw sat-30 ta' April 1984 importazzjonijiet ta' laħam frisk ġej mill-istabbilimenti li mhumiex elenkati fl-Anness imma li kienu ġew uffiċjalment approvati u proposti mill-awtoritajiet tan-New Zealand mit-30 ta' Marzu 1983 bis-saħħa ta' Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, kemm-il darba ma tittieħedx deċiżjoni kontrarja, skond Artikolu 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva, qabel l-1 ta' Mejju 1984.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista ta' dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Ottubru 1983.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta u jekk meħtieġ emendata qabel l-1 ta' Frar 1984.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-29 ta' Lulju 1983.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 34.

--------------------------------------------------

ANNESS

LIST A TA' STABBILIMENTI

Nru approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |

| |

I.LAĦAM BOVIN

B.BIĊĊERIJI U STABBILIMENTI TAT-TQATTIGĦ

ME | 14 | Waitaki-NZ Refrigerating Ltd | Christchurch |

ME | 15 | The Canterbury Frozen Meat Co. Ltd | Belfast |

ME | 21 | Southland Frozen Meat Ltd | Mataura |

ME | 22 | Southland Frozen Meat Ltd | Makarewa |

ME | 24 | Hellaby Shortland Ltd | Otahuhu |

ME | 26 | Waitaki-NZ Refrigerating Ltd | Balclutha |

ME | 34 | The Canterbury Frozen Meat Co. Ltd | Pareora |

ME | 50 | Alliance Freezing Co. (Southland) Ltd | Invercargill |

ME | 56 | Auckland Farmers Freezing Co-op Ltd, Rangiuru | Te Puke |

ME | 63 | Farmers Meat Export Ltd | Whangarei |

ME | 66 | Phoenix Meat Co. Ltd, Kokiri | Greymouth |

ME | 69 | Ashley Meat Export Ltd | Christchurch |

B.Stabblimenti ta’ tqattigħ

MPH | 50 | Crown Meats Ltd | Feilding |

MPH | 52 | Dawn Meat (NZ) Ltd | Hastings |

MPH | 53 | W. Richmond Ltd | Hastings |

MPH | 56 | W. Richmond Ltd | Hastings |

MPH | 63 | Primex Meats Ltd | Wellington |

MPH | 69 | Dawn Meat (NZ) Ltd | Hastings |

MPH | 72 | Kellax Foods Ltd | Auckland |

II.LAĦAM TAN-NGĦAĠ

A.Biċċeriji u stabbilimenti ta’ tqattigħ

ME | 1 | Borthwick CWS Ltd | Masterton |

ME | 6 | Borthwick CWS Ltd | Longburn |

ME | 8 | Gisborne Refrigerating Co. Ltd | Gisborne |

ME | 14 | Waitaki-NZ Refrigerating Ltd | Christchurch |

ME | 17 | Waitaki-NZ Refrigerating Ltd | Timaru |

ME | 20 | Ocean Beach Freezing Co. Ltd | Ocean Beach |

ME | 21 | Southland Frozen Meat Ltd | Mataura |

ME | 22 | Southland Frozen Meat Ltd | Makarewa |

ME | 26 | Waitaki-NZ Refrigerating Ltd | Balclutha |

ME | 34 | The Canterbury Frozen Meat Co. Ltd | Pareora |

ME | 37 | Canterbury Frozen Meat Co. (Canterbury) Ltd | Belfast |

ME | 50 | Alliance Freezing Co. (Southland) Ltd | Invercargill |

ME | 56 | Auckland Farmers Freezing Co-op Ltd, Rangiuru | Te Puke |

ME | 58 | Hawkes Bay Farmers' Meat Co. Ltd | Takapau |

ME | 60 | Pacific Freezing NZ Ltd | Dannevirke |

ME | 65 | AML Meats Ltd | Gisborne |

ME | 69 | Ashley Meat Export Ltd | Christchurch |

B.Biċċeriji

ME | 16 | The Canterbury Frozen Meat Co. Ltd | Ashburton |

ME | 41 | NCF Kaiapoi Ltd | Kaiapoi |

Ċ.Stabbilimenti tat-tqattigħ

MPH | 39 | Defiance Processors Ltd | Dunedin |

MPH | 42 | Fresha Products Ltd | New Plymouth |

MPH | 45 | Canterbury Frozen Meat Co. Ltd | Harewood |

MPH | 50 | Crown Meats Ltd | Feilding |

MPH | 52 | Dawn Meat (NZ) Ltd | Hastings |

MPH | 53 | W. Richmond Ltd | Hastings |

MPH | 54 | Ashley Meat Export Ltd | Christchurch |

MPH | 56 | W. Richmond Ltd | Hastings |

MPH | 57 | NZ Primary Processors Ltd | Mt Maunganui |

MPH | 63 | Primex Meats Ltd | Wellington |

MPH | 69 | Dawn Meat (NZ) Ltd | Hastings |

MPH | 72 | Kellax Foods Ltd | Auckland |

MPH | 74 | Canterbury Meat Packers Ltd | Ashburton |

III.MĦAŻEN IMKESSĦA

S | 1 | Timary Harbour Board Cool Store | Timaru |

S | 2 | Auckland Farmer’s Freezing Co-op Ltd | Whangarei |

S | 10 | Otago Dairy Producers Cool Storage Ltd | Dunedin |

S | 11 | South Canterbury Co-op Cool Storage Ltd | Timaru |

S | 17 | Cool Hire Storage Ltd | Dunedin |

S | 25 | Dawn Meat (NZ) Ltd | Hastings |

S | 28 | Cool Stores(NZ) Ltd | Auckland |

S | 30 | N. O. Pierson Ltd | Christchurch |

S | 31 | Pacific Cold Storage Co. Ltd | Mt Maunganui |

S | 32 | Taranaki Producers Freezing Ltd | New Plymouth |

S | 33 | Christchurch Airport Authorities | Christchurch |

S | 34 | Coolpak Prebbleton Ltd, Prebbleton | Christchurch |

S | 35 | Nelson Cold Storage Co-op | Nelson |

S | 36 | Cold Storage (Bay of Plenty) Ltd | Te Puke |

S | 39 | Christchurch Cool Stores Ltd | Christchurch |

S | 40 | Southland Harbour Habour Board | Bluff |

S | 41 | Eljays Ice Box | Feilding |

S | 42 | Wellington Cold Storage Co. | Tawa |

S | 45 | Wairarapa Cold Storage | Greytown |

S | 47 | Polar Cold Storage, Hornby | Christchurch |

S | 49 | Chill Air Ltd | Aucklandi Nemzetközi Repülotér |

S | 51 | Kiwi Fruit Cool Store Co-op | Gisborne |

S | 53 | Otaki Cold Store | Otaki |

S | 55 | Airport Cold Storage Ltd | Wellington |

S | 57 | Air in-New Zealand | Aucklandi Repülotér |

S | 58 | Cool & Cold Storage Associated Ltd | Te Puke |

S | 59 | Richmond Cool Stores (1963) Ltd, Manchester Street | Hastings |

S | 60 | Export Cool Storage | Mt Maunganui |

S | 61 | Coolpak Cool Stores Ltd | Timaru |

S | 63 | Mogal Cool Stores Ltd | Christchurchi Repülotér |

S | 66 | Mogal Cool Stores Ltd | Aucklandi Repülotér |

S | 68 | Freezer Flow, Mt Wellington | Auckland |

S | 70 | Freezer Stores Hawkes Bay Ltd | Hastings |

S | 72 | Motueka Coldstorage | Motueka |

S | 73 | LEP International, Mangere | Auckland |

S | 75 | Amaltal Coolstores & Exporters Ltd | Nelson |

S | 84 | Polar Cold Storage Ltd | Dunedin |

S | 86 | Tai-Tapu Dairy Co. Ltd | Christchurch |

S | 87 | Homebush Berryfruits | Masterton |

S | 88 | Hawkes Bay Export Cold Stores Ltd | Napier |

S | 89 | R. & W. Hellaby Ltd | Mt Wellington |

S | 90 | Waitaki-NZ Refrigerating Ltd | Blenheim |

S | 91 | Southland Frozen Meat Ltd | Mataura |

S | 92 | Food Freezing Partnership | Havelock North |

S | 93 | Air in-New Zealand | Christchurch |

S | 95 | McCallum Industries Ltd | Patea |

S | 96 | Townsend & Paul Ltd | Napier |

S | 97 | J. Wattie Canneries Ltd | Gisborne |

--------------------------------------------------