|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5943 |
1.10.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11693 – PLATINUM EQUITY GROUP / FRATELLI POLLI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5943)
1.
Fil-25 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
GG6 S.r.l. (l-Italja), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Platinum Equity LLC (flimkien mas-susbsidiarji tagħha l-“Platinum Equity Group”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Fratelli Polli S.p.A. (“Fratelli Polli”, l-Italja). |
Platinum Equity Group se takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ Fratelli Polli.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Platinum Equity Group, bil-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti, hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata speċjalizzata fil-fużjoni, l-akkwist u l-operat ta’ kumpaniji biex jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lill-klijenti f’firxa wiesgħa ta’ negozji, inklużi servizzi kummerċjali, teknoloġija tal-informazzjoni, telekomunikazzjonijiet, loġistika, servizzi tal-metall, manifattura u distribuzzjoni, |
|
— |
Fratelli Polli, bil-kwartieri ġenerali fl-Italja, hija attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel, inklużi ż-żebbuġ, il-pali, il-kondimenti, iz-zlazi u l-ikel fiż-żejt. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11693 – PLATINUM EQUITY GROUP / FRATELLI POLLI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5943/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)