Official Journal L 102 , 19/04/1980 P. 0024 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0016
Greek special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0120
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0016
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0239
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0239
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta' Marzu 1980 li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 74/581/KEE u 76/627/KEE fir-rigward tar-regoli li jirregolaw il-ħlas ta' għajnuna mogħtija taħt id-Direttivi 72/159/KEE, 72/160/KEE, 72/161/KEE u 75/268/KEE (80/427/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/159/KEE tas-17 ta' April 1972 dwar il-modernizzazzjoni ta' l-irziezet ([1]), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(4) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/160/KEE tas-17 ta' April 1972 li tikkonċerna miżuri biex jinkoraġġixxu l-waqfien tal-biedja u r-riallokazzjoni ta' arja agrikola utilizzata għall-iskopijiet ta' titjib strutturali ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/161/KEE tas-17 ta' April 1972 li tikkonċerna d-disposizzjoni ta' gwida soċjo-ekonomika għal u l-akkwistar ta' kapaċitajiet tax-xogħol minn persuni ingaġġati fl-agrikoltura ([3]), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/268/KEE tat-28 ta' April 1975 dwar biedja fuq il-muntanji u fl-għoljiet u biedja f'arji inqas iffavoriti ([4]) u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Billi, minħabba n-numru dejjem jikber ta' miżuri komuni u l-impatt finanzjarju dejjem jiżdied tagħhom, l-Istati Membri jixtiequ jħaffu l-proċeduri għall-ħlas ta' rimbors mis-Sezzjoni ta' Gwida FAEGG fir-rigward ta' għajnuna mogħtija mill-Istati Membri skond id-Direttivi 72/159/KEE, 72/160/KEE, 72/161/KEE u 75/268/KEE; billi din ix-xewqa tidher raġjonevoli in vista tax-xejra rreġistrata; Billi d-disposizzjonijiet li, taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/581/KEE ([5]) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 76/627/KEE ([6]), stabbilew dik l-għajnuna mis-Sezzjoni ta' Gwida FAEGG, għandhom jingħataw fil-forma ta' ħlas għall-kont u ħlas sussegwenti tal-bilanċ dovut għandu għalhekk jiġi emendat sabiex l-ammont totali jkun jista' jitħallas fi ħlas wieħed, fuq kondizzjoni li l-applikazzjoni għar-rimbors issottomess mill-Istat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti; Billi għandhom isiru disposizzjonijiet speċjali għal każijiet meta l-ammont inizjalment imħallas huwa bejn wieħed u ieħor inqas mir-rimbors attwalment dovut, sabiex is-sitwazzjoni tista' tiġi rregolarizzata wara verifika ddettaljata ta' l-applikazzjoni; Billi l-miżuri previżti f'din id-Deċżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 74/581/KEE għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi abbażi tad-dettalji kontenuti fl-applikazzjonijiet għal rimbors, għandha qabel l-1 ta' Novembru tiddeċiedi li tirrimborsa l-ammont kollu mitlub, sakemm l-applikazzjoni tkun kompleta u ssottomessa fil-forma dovuta fit-termini ta' żmien stabbiliti. Madanakollu, ir-rimbors jista' jsir skond din id-disposizzjoni biss jekk l-applikazzjoni ma tikkawżax oġġezzjoni immedjata fir-rigward ta' jew l-eżattezza tad-dettalji li tikkontjeni jew konformità ta' l-infiq akkumulat mad-disposizzjonijiet fis-seħħ. Jekk ma jkunx hemm konformità ma' din il-kondizzjoni għandu jsir tnaqqis approprjat fl-ammont li għandu jitħallas, wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati. 2. Meta verifika ddettaljata ta' l-applikazzjoni għal rimbors turi li l-ammont imħallas skond il-paragrafu 1 mhuwiex dak infatti dovut, is-sitwazzjoni għandha tiġi rregolarizzata malajr kemm jista' jkun, ġeneralment meta r-rimbors li jmiss isir. Jekk l-ammont li għandu jitħallas lura meta jsir ir-rimbors li jmiss huwa inqas minn porzjon mhux dovut ta' l-ammont qabel rimborsat, jew jekk l-Istat Membru in kwistjoni ma jissottomettix applikazzjonijiet għal rimbors għal dik is-sena, għandu jħallas lura l-ammont dovut fit-termini ta' żmien li għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni." Artikolu 2 L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 76/627/KEE għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 5 1. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi abbażi tad-dettalji kontenuti fl-applikazzjonijiet għal rimbors għandha, qabel l-1 ta' Novembru tiddeċiedi li tirrimborsa l-ammont kollu mitlub, sakemm l-applikazzjoni tkun kompleta u sottomessa fil-forma dovuta fit-termini ta' żmien stabbiliti. Madanakollu, r-rimbors jista' jsir skond din id-dispożizzjoni biss jekk l-applikazzjoni ma tikkawżax oġġezzjoni immedjata fir-rigward jew ta' l-eżattezza tad-dettalji li tikkontjeni jew konformità ta' l-ispejjeż akkumulati mad-disposizzjonijiet fis-seħħ. Jekk din il-kondizzjoni ma tiġix sodisfatta għandu jsir tnaqqis approprjat fl-ammont li għandu jitħallas, wara konsultazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat. 2. Meta verifika ddettaljata ta' l-applikazzjoni għar-rimbors turi li l-ammont imħallas skond il-paragrafu 1 mhuwiex dak li hu attwalment dovut, is-sitwazzjoni għandha tiġi rregolarizzata malajr kemm jista' jkun, ġeneralment meta jsir ir-rimbors li jmiss. Jekk l-ammont li għandu jitħallas lura meta jsir ir-rimbors li jmiss huwa inqas minn porzjon mhux dovut ta' l-ammont qabel rimborsat jew jekk l-Istat Membru in kwistjoni ma jissottomettix l-applikazzjonijiet għal rimbors għal dik is-sena, għandu jħallas lura l-ammont dovut fit-termini taż-żmien li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni." Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Marzu 1980. Għall-Kummissjoni Finn GUNDELACH Viċi-President [1] ĠU L 96, 23.4.1972, p. 1. [2] ĠU L 96, 23.4.1972, p. 9. [3] ĠU L 96, 23.4.1972, p. 15. [4] ĠU L 128, 19.5.1975, p. 1. [5] ĠU L 320, 29.11.1974, p. 1. [6] ĠU L 222, 14.8.1976, p. 37.