Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU IV - Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni - Artikolu 68
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0070 - 0070
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0061 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0204 - Consolidated version
Artikolu 68 1. L-Artikolu 234 għandu japplika għal dan it-Titolu skond iċ-ċirkostanzi u bil-kondizzjonijiet li ġejjin: meta kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu jew dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta’ atti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità ibbażati fuq dan it-Titolu jitqajjmu f’każ li jkun pendenti quddiem qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru li kontra d-deċiżjoni tagħha ma jkunx hemm rimedju ġudizzjarju skond il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew tribunal għandha, jekk tikkonsidra li deċiżjoni dwar il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex tkun tista' tagħti sentenza, titlob lill-Qorti tal-Ġustizja li tagħti deċiżjoni dwar dan. 2. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja m’għandhiex ikollha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq xi miżuri jew deċiżjonijiet meħudha skond l-Artikolu 62 (1) li għandhom x’jaqsmu mal-manteniment ta' l-ordni u l-liġi u l-ħarsien tas-sigurtà interna. 3. Il-Kunsill, il-Kummissjoni jew Stat Membru jista' jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu jew ta’ atti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità bażati fuq dan it-Titolu. Id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja bi tweġiba għal talba bħal din m’għandhiex tapplika għall-ġudizzju mill-qrati jew mit-tribunali ta' l-Istati Membri li jkunu saru res judicata. --------------------------------------------------