8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta’ Lulju 2010

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska

(BĊE/2010/6)

2010/C 184/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni ta’ bħalissa tan-Národná banka Slovenska ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2009. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2010.

(3)

Národná banka Slovenska għażlet lil Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2010 sa 2014,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rakkomandat illi Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2010 sa 2014.

Magħmula fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Lulju 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET