Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Interflon BV u Illinois Tool Works, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
>lt>13
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), hija annullata sa fejn hija tiċħad ir-rikors f’dak li jikkonċerna l-prodotti kimiċi ddestinati għall-industrija, fil-klassi 1, u ż-żjut u x-xaħmijiet industrijali kif ukoll il-lubrifikanti, fil-klassi 4.
2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3) Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.