41998D0117



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0205 - 0205


Id-Deċiżjoni tal-Grupp Ċentrali

tas-27 ta' Ottubru 1998

dwar l-adozzjoni ta' miżuri sabiex tiġi kkumbattuta l-immigrazzjoni illegali

(SCH/K (98)117)

IL-GRUPP ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Il-verżjoni riveduta u finalizzata tal-pjan ta' azzjoni annessa hawnhekk li tirrigwarda miżuri li jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali (SCH/Com-ex (98) 37def.) għandha tidħol fis-seħħ taħt il-mandat mill-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998.

Brussel, is-27 ta' Ottubru 1998.

Il-President

B. Schattenberg

--------------------------------------------------