8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

445


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Marzu 2006

li tistabbilixxi l-kategoriji ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-bini li għandhom x'jaqsmu ma' l-injam għall-kisi ta' l-art u tal-ħitan minn ġewwa u minn barra

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 655)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/213/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li sabiex jitqiesu l-livelli differenti ta' ħarsien għal xogħlijiet ta' bini fuq livell nazzjonali, reġjunali jew lokali, jista' jkun meħtieġ li jkunu stabbiliti, fid-dokumenti interpretattivi, kategoriji li jikkorrispondu għar-reżistenza tal-prodotti fir-rigward ta' kull rekwiżit essenzjali. Dawk id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE” (2).

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali ta' sikurezza f'każ ta' nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka għadd ta' miżuri interrelatati li flimkien jiddefinixxu l-istrateġija tas-sikurezza kontra n-nar li se tiġi żviluppata b'modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitar tal-ġenerazzjoni u t-tifrix tan-nar u tad-duħħan fi ħdan żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal li prodotti tal-bini jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ ta' nar.

(4)

Il-livell ta' dik il-limitazzjoni jista' jiġi espress biss f'termini tal-livelli differenti ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tagħhom;

(5)

Bħala soluzzjoni armonizzata, sistema ta' klassijiet ġiet adottata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tal-8 ta' Frar 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini (3).

(6)

Fil-każ tal-materjal ta' l-injam għall-kisi ta' l-art u tal-ħitan, kemm jekk għal ġewwa kif ukoll għal barra, huwa metieġ li tintuża l-klassifika stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Il-prestazzjoni fir-rigward tar-reazzjoni għan-nar ta' bosta prodotti u/jew materjali tal-bini, fil-klassifika prevista fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita tajjeb u magħrufa biżżejjed mar-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri u għaldaqstant m'għandhomx bżonn ittestjar għal din il-karatteristika partikolari ta' prestazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew materjali tal-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika ta' prestazzjoni “reazzjoni għan-nar” mingħajr il-bżonn għal aktar testijiet jidhru fl-Anness.

Artikolu 2

Il-kategoriji speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali tal-bini fi ħdan il-klassifika ta' “reazzjoni għan-nar” adottata bid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-prodotti għandhom jitqiesu f'rabta ma' l-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tagħhom, fejn dan ikun rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)   ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)   ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)   ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/632/KE (ĠU L 20, 3.9.2003, p. 5).


ANNESS

It-tabelli stabbiliti f'dan l-Anness jelenkaw prodotti u/jew materjali tal-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar mingħajr il-bżonn ta' ttestjar.

TABELLA 1

KATEGORIJI TA' PRESTAZZJONI FIR-RIGWARD TAR-REAZZJONI GĦAN-NAR TAL-KISI TA' L-INJAM GĦALL-ART

Materjal (1), (7)

Dettalji tal-prodott (4)

Minimu tad-densità medja (5)

(kg/m3)

Ħxuna kumplessiva minima (mm)

Kundizzjoni ta' l-użu aħħari

Klassi (3) għall-kisjiet ta' l-art

Kisi għall-art ta' l-injam u parquet

Kisi għall-art tar-ruvlu jew tal-fagu bil-wiċċ miksi

Fagu: 680

Ballut: 650

8

Inkullat ma' l-art (6)

Cfl – s1

Kisi mastizz tar-ruvlu, fagu jew ta' l-abjad (spruce) għall-art bil-wiċċ miksi

Fagu: 680

Ruvlu: 650

Ta' l-abjad (Spruce) 450

20

Bil-vojt jew mingħajr vojt taħt

Kisi għall-art ta' l-injam mastizz bil-wiċċ miksi u mhux speċifikat hawn fuq

390

8

Mingħajr vojt taħtu

Dfl – s1

20

Bil-vojt jew mingħajr vojt taħt

Parquet ta' l-injam

Parquet b'saffi bis-saff ta' fuq tar-ruvlu ta' mill-inqas 5mm ta' ħxuna u bil-wiċċ miksi

650

(saff ta' fuq)

10

Inkullat ma' l-art (6)

Cfl – s1

14 (2)

Bil-vojt jew mingħajr vojt taħtu

Parquet b'diversi saffi bil-wiċċ miksi u mhux speċifikat hawn fuq

500

8

Inkullat ma' l-art

Dfl – s1

10

Mingħajr vojt taħtu

14 (2)

Bil-vojt jew mingħajr vojt taħtu

Kisi għall-art bis-saff ta' fuq tal-fuljetta

Kisi għall-art bis-saff ta' fuq tal-fuljetta miksi

800

6 (2)

Mingħajr vojt taħtu

Dfl – s1


TABELLA 2

KATEGORIJI TA' PRESTAZZJONI FIR-RIGWARD TAR-REAZZJONI GĦAN-NAR TAL-KISI TA' L-INJAM MASTIZZ GĦALL-ĦITAN TA' BARRA JEW TA' ĠEWWA

Materjal (18)

Dettalji tal-prodott (12)

Minimu tad-densità medja (13)

(kg/m3)

Ħxunijiet minimi totali/minimi (14)

(mm)

Kundizzjoni ta' l-użu aħħari (11)

Klassi (10)

Kisi għall-ħitan (8)

Biċċiet ta' l-injam b' ħanek għall-irbit (tongue and groove) jew mingħajru u b' wiċċ tal-kurrenti (profiled surface) jew mingħajru

390

9/6

Mingħajr vojt jew b'vojt magħluq warajhom

D-s2, d2

12/8

D-s2, d0

Kisi għall-ħitan (9)

Biċċiet ta' injam b'ħanek għall-irbit jew mingħajru u b'wiċċ tal-kurrenti jew mingħajru

390

9/6

B'vojt miftuħ ta' ≤ 20 mm warajh

D-s2, d0

18/12

Mingħajr vojt jew b'vojt miftuħ warajh

Strippi ta' l-injam (ribbon elements) (15)

Biċċiet ta' l-injam imwaħħla fuq qafas (16)

390

18

In-naħat kollha jmissu ma' l-arja ta' barra (17)

D-s2, d0

Figura a

Kurrenti għall-kisi ta' l-injam għall-użu fuq barra jew fuq ġewwa.

Image 1

Test ta 'immaġni

Figura b

Erja massima esposta ta' kurrenti n (t + w) + a ≤ 1.10

Image 2

Test ta 'immaġni

(1)  Imqiegħed fil-post skond EN ISO 9239-1, fuq art li tkun mill-inqas tal-Klassi D – s2, d0 u b'densità minima ta' 400 kg/m3 jew bil-vojt taħtu.

(2)  Japplika wkoll għat-turġien.

(3)  It-tipi u l-kwantità tal-kisi tal-wiċċ li huma inklużi huma l-acrylic, polyurethane jew sapun, 50 – 100 g/m2, u żejt, 20 – 60 g/m2.

(4)  Trattat skond EN 13238 (50 % RH 23 oC)

(5)  Klassi kif prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE fit-Tabella 2 ta' l-Anness.

(6)  Art għallanqas tal-Klassi A2 – s1, d0.

(7)  Saff intermedju li jkun għallanqas tal-Klassi E u bi ħxuna massima ta' 3 mm jista' jiġi inkluż f'applikazzjonijiet mingħajr vojt bejn l-art u l-kisi, għal prodotti bi ħxuna ta' 14-il mm jew aktar u għal kisi ta' l-art li s-saff fuqani tiegħu jkun tal-fuljetta.

(8)  Japplika wkoll għat-turġien.

(9)  Il-ġonot jinkludu t-tipi kollha ta' ġonot, eż xifer ċatt ma' xifer ċatt ieħor (butt joints) u ġonot tal-ħanek (tongue and groove).

(10)  Ikkundizzjonati skond EN 13238.

(11)  Kif muri fil-Figura a hawn taħt. Il-parti ta' l-irbit tan-naħa esposta tat-tavla mhux aktar minn 20 % tal-wiċċ, jew 25 % jekk titkejjel sew fuq in-naħa esposta u sew dik li mhix, tat-tavla. Għal ġonot sempliċi (butt joints), l-akbar ħxuna tapplika fil punt fejn biċċa injam titqabbad ma' oħra.

(12)  Vojt miftuħ għall-arja jista' jinkludi l-possibbiltà għall-ventilazzjoni wara l-prodott, filwaqt li vojt magħluq jeskludi din it-tip ta' ventilazzjoni. Il-materjal wara l-vojt irid ikun għallanqas tal-klassi A2 – s1, d0 b'densità minima ta' 10kg/m3. Wara vojt magħluq għall-arja ta' massimu ta' 20mm u b'biċċiet vertikali ta' l-injam, il-materjal tal-fond jista' jkun ta' għallanqas il-klassi D – s2, d0.

(13)  Klassi kif prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE Anness Tabella 1.

(14)  Imwaħħla mekkanikament fuq qafas ta' twavel, bil-vojt magħluq jew mimli b'materjal li għall-anqas ikun tal-klassi A2 – s1, d0 b'densità minima ta' 10 kg/m3 jew mimli b'materjal ta' insulazzjoni taċ-ċellulożi li għallanqas ikun tal-klassi E, b'insulazzjoni kontra l-fwar warajh kif ukoll mingħajrha. Il-prodott ta' l-injam għandu jkun iddiżinjat sabiex jitwaħħal mingħajr ġonot miftuħa

(15)  Imwaħħal mekkanikament fuq qafas ta' twavel, b'vojt bl-arja warajh jew mingħajru. Il-prodott ta' l-injam għandu jkun iddiżinjat sabiex jitwaħħal mingħajr ġonot miftuħa

(16)  Biċċiet ta' l-injam rettangolari, bil-kantunieri llixxati jew mhumiex, imwaħħla orizzontalment jew vertikalment fuq qafas u mdawra bl-arja min-naħat kollha, fil-biċċa l-kbira użati fil-qrib ta' elementi oħra ta' bini, kemm għal applikazzjonijiet ta' barra kif ukoll ta' ġewwa.

(17)  Erja massima esposta (in-naħat kollha tal-biċċijiet ta' l-injam rettangolari u l-qafas ta' l-injam) mhux aktar minn 110 % ta' l-erja totali tal-wiċċ, ara l-Figura b hawn taħt.

(18)  Elementi oħra ta' bini li jkunu eqreb minn 100mm mill-istrippi ta' l-injam (ribbon elements) (il-qafas mhux inkluż) iridu jkunu għallanqas tal-klassi A2 – s1, d0, f'distanzi ta' 100 – 300 mm ta' għallanqas il-klassi B – s1, d0 u f'distanzi ta' aktar minn 300 mm ta' għallanqas il-klassi D- s2, d0.