22.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Ottubru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE fil-Bulgarija, l-Estonja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Portugall u s-Slovakkja

(notifikata bid-dokument C(2014) 7516)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/732/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi li Stati Membri, pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandhom ikunu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-Enċifalopatija Sponġiformi Bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju ta' BSE negliġibbli, riskju ta' BSE kkontrollat, u riskju ta' BSE mhux determinat.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istat tagħhom tal-BSE.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta' pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 20 — Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri) — adottata mill-OIE f'Mejju 2013.

(4)

F'Mejju 2014, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 18 — Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (Rikonoxximent tal-Istatus ta' Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri) (3). Minbarra l-Istati Membri diġà elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE, dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet li l-Bulgarija, l-Estonja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja għandhom riskju negliġibbli ta' BSE.

(5)

F'Ġunju 2014, l-OIE ssospendiet (4) l-istatus ta' riskju negliġibbli ta' BSE għar-Rumanija, b'effett mis-27 ta' Ġunju 2014, wara rapport li rċeviet id-Delegazzjoni tal-OIE fir-Rumanija dwar is-sejba ta' każ ta' BSE fir-Rumanija.

(6)

Għalhekk, il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata biex issir konformi mar-Riżoluzzjoni Nru 18 adottata mill-OIE f'Mejju 2014 u biex titqies id-Deċiżjoni sussegwenti tal-OIE li tissospendi r-riskju negliġibbli ta' BSE għar-Rumanija.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

(3)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2014_A_RESO-18_BSE.pdf

(4)  http://www.oie.int/animal-health-in-the-world/official-disease-status/bse/lossreinstatement-of-status/


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju negliġibbli ta' BSE

Stati Membri

—

Il-Belġju

—

Il-Bulgarija

—

Il-Kroazja

—

Id-Danimarka

—

L-Estonja

—

L-Ungerija

—

L-Italja

—

Il-Latvja

—

Il-Lussemburgu

—

Malta

—

Il-Pajjiżi l-Baxxi

—

Il-Portugall

—

L-Awstrija

—

Is-Slovenja

—

Is-Slovakkja

—

Il-Finlandja

—

L-Isvezja

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

—

L-Islanda

—

In-Norveġja

Pajjiżi terzi

—

L-Arġentina

—

L-Awstralja

—

Il-Brażil

—

Iċ-Ċilì

—

Il-Kolombja

—

L-Indja

—

L-Iżrael

—

Il-Ġappun

—

In-New Zealand

—

Il-Panama

—

Il-Paragwaj

—

Il-Perù

—

Singapor

—

L-Istati Uniti

—

L-Urugwaj

B.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju kkontrollat ta' BSE

Stati Membri

—

Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, Ċipru, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Renju Unit

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

—

Il-Liechtenstein

—

L-Isvizzera

Pajjiżi terzi

—

Il-Kanada

—

Il-Kosta Rika

—

Il-Messiku

—

In-Nikaragwa

—

Il-Korea t'Isfel

—

It-Tajwan

C.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju mhux determinat ta' BSE

—

Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.”