|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/499 |
21.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11882 – STELLANTIS / BBVA / FCA FC)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/499)
1.
Fit-13 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Stellantis Financial Services Europe (“SFSE”) (Franza), li tappartjeni |
|
— |
għall-grupp Stellatis N.V. (“il-Grupp Stellantis”) (in-Netherlands), |
|
— |
Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A. (“BBVA”, Spanja), |
|
— |
FCA Compania Financiera S.A. (“FCA FC”) (l-Arġentina). |
BBVA u SFSE se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-FC.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
SFSE toffri soluzzjonijiet ta’ finanzjament, prodotti tal-assigurazzjoni u soluzzjonijiet ta’ mobbiltà permezz tas-sussidjarji tagħha u/jew il-kumpaniji ta’ impriżi konġunti tal-istess proprjetà għall-marki Stellantis kollha. SFSE hija parti mill-Grupp Stellantis, |
|
— |
BBVA hija l-kumpanija prinċipali tal-Grupp BBVA, fornitur ta’ servizzi finanzjarji attiv globalment bil-kwartieri ġenerali f’Bilbao u Madrid, Spanja. BBVA prinċipalment toffri servizzi bankarji u hija attiva wkoll fil-ġestjoni tal-assi u fis-servizzi tal-assigurazzjoni. Minbarra s-suq domestiku tagħha fi Spanja, BBVA għandha preżenza qawwija fil-Kontinent Amerikan (l-Istati Uniti, il-Messiku u l-Amerika t’Isfel) u fit-Turkija, |
|
— |
FCA FC hija impriża konġunta, li bħalissa hija miżmuma minn FCA Automobiles Argentina S.A. u minn Fidis SpA, li t-tnejn huma parti mill-Grupp Stellantis. Il-FCA FC bħalissa toffri servizzi finanzjarji għal ċerti karozzi bil-marka Stellantisa fl-Arġentina (Fiat, Jeep u Ram). |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża FCA huma dawn li ġejjin: il-forniment ta’ servizzi finanzjarji għal ċerti karozzi tal-marka Stellantis fl-Arġentina (Fiat, Jeep u Ram).
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11882 – STELLANTIS / BBVA / FCA FC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/499/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)