Official Journal L 224 , 11/08/1998 P. 0001 - 0043
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1726/98 tat-22 ta' Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2037/93 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijet geografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1068/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu, Billi, biex jiżdied il-valur tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet geografiċi protetti u biex jinfurmaw lill-konsumaturi, is-simbolu tal-Komunità li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2037/93 [3], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1428/97 [4], għandu jsir disponibbli għall-professjonisti tal-kummerċ; Billi, sabiex tiġi evitata konfużjoni min-naħa tal-konsumaturi minħabba l-kwantità ta' l-informazzjoni fis-settur ta' l-ikel agrikolu, huwa importanti li jkun assigurat livell minimu ta' informazzjoni standardizzata meta l-produttur u/jew dak li jagħmel il-proċess ikun jixtieq juża s-sistema ta' l-indikazzjonijiet geografiċi jew tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92; billi l-produttur u/jew dak li jagħmel il-proċess għandhom għalhekk ikunu jistgħu jużaw il-mudelli stabbiliti f'dan ir-Regolament; Billi, sabiex tissaħħaħ il-kredibbiltà tas-simbolu li jikkaratterizza l-prodotti agrikoli jew l-oġġetti ta' l-ikel li jikkwalifikaw għall-indikazzjoni geografika jew tad-denominazzjoni ta' l-oriġini, l-isem tas-servizz jew tal-korp ta' l-ispezzjoni għandu jkun indikat fuq it-tikketta li tintuża biex il-prodott jitpoġġa fuq is-suq; Billi dawn il-fatturi jeħtieġu emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2037/93; Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indikazzjonijiet Geografiċi u d-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini, ADOTTAT DAN IR-REGOLALAMENT: Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 2037/93 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 5b li ġej huwa miżjud: "Artikolu 5b Is-simbolu tal-Komunità li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 5a għandu jinkludi l-mudelli fl-Anness I, il-parti A ta' dan ir-Regolament. L-indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw mas-simbolu huma dawk elenkati fl-Anness I, il-parti B ta' dan ir-Regolament, kif ukoll it-termini nazzjonali tradizzjonali ekwivalenti. Sabiex jintuża s-simbolu u l-indikazzjonijiet tal-Komunità, ir-regoli dwar ir-riproduzzjoni teknika elenkati fil-manwali tal-grafika fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu jkun hemm konformità magħhom." 2. L-Artikolu 6a li ġej huwa miżjud: "L-Artikolu 6a Stat Membru jista' jistipula li l-isem ta' l-awtorità jew tal-korp ta' l-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 li jaqgħu fi ħdan l-istruttura ta' l-ispezzjoni tiegħu għandu jkun jidher fuq it-tikketta tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel." 3. It-test anness ma’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Annessi I u II. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, 22 ta' Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] OJ L 208, 24.7.1992, p. 1. [2] OJ L 156, 13.6.1997, p. 10. [3] OJ L 185, 28.7.1993, p. 5. [4] OJ L 196, 24.7.1997, p. 39 -------------------------------------------------- ANNESS I PARTI A.1 +++++ TIFF +++++ IL-PARTI A.2 +++++ TIFF +++++ IL-PARTI B Lingwi tal-KE | Abbrevjazzjonijiet | Indikazzjonijiet | ES | DOP/IGP | denominación de origen protegida indicación geográfica protegida | DA | BOB/BGB | beskyttet oprindelsesbetegnelse beskyttet geografisk betegnelse | DE | g.U./g.g.A. | geschützte Ursprungsbezeichnung geschützte geographische Angabe | EL | ΠΟΠ/ΠΓΕ | προστατευόμενη ονομασία προελεύσεως προστατευόμενη γεωγαφιχή ένδειξη | EN | PDO/PGI | protected designation of origin protected geographical indication | FR | AOP/IGP | appellation d'origine indication géographique protégée | IT | DOP/IGP | denominazione d'origine protetta indicazione geografica protetta | NL | BOB/BGA | beschermde oorsprongsbenaming beschermde geografische aanduiding | PO | DOP/IGP | denominação de origem protegida indicação geográfica protegida | FI | SAN/SMM | suojattu alkuperänimitys suojattu maantieteellinen merkintä | S | SUB/SGB | skyddad ursprungsbeteckning skyddad geografisk beteckning | -------------------------------------------------- ANNESS II MANWAL GRAFIKU WERREJ | Paġna | 1.Introduzzjoni Ir-Raġuni biex ikun hemm il-logo | 8 | 2.Użu ġenerali tal-logos DOP/IĠP 2.1.Kuluri ta' riferenza | 10 | 2.2.Logos b'kulur wieħed | 12 | 2.3.Kuntrast mal-kuluri ta' l-isfond | 14 | 2.4.Tipografija | 14 | 2.5.Lingwa | 14 | 2.6.Daqsijiet ta' tnaqqis | 15 | 2.7.Tqegħid tal-logo fuq l-imballaġġ u t-tikketti | 15 | 3.Użu speċifiku 3.1.Fil-media | 15 | 3.2.Użi oħra | 15 | 4.Bromides oriġinali 4.1.Selezzjoni b'żewġ kuluri | 16 | 4.2.Delinjamenti | 38 | 4.3.Selezzjoni ta' kulur wieħed pożittiv | 39 | 4.4.Selezzjoni ta' kulur wieħed negattiv | 40 | 4.5.Skedi ta' kampjuni ta' kulur (isfar u blu) | 41 | 1. INTRODUZZJONI IR-RAĠUNI BIEX IKUN HEMM IL-LOGO? Il-logo jkun jippermetti lill-produtturi tal-prodotti ta' l-ikel ikattru l-għarfien tal-prodotti tagħhom fost il-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea. Huwa applikat fuq il-prodotti li l-isem tagħhom jkun ġie rreġistrat fil-kuntest tas-sistema Komunitarja li tipproteġi u tqawwi d-denominazzjonijiet geografiċi, stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Sabiex tkun irreġistrata taħt dan ir-Regolament, id-denominazzjoni għandha tkun konformi mal-kriterju għal Denominazzjoni ta' l-Oriġini Protetta (POD) jew l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP). Fuq kollox irid ikun hemm rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika ta' fejn ikun ipproduċut. Dawn il-kategoriji, huma ddiferenzjati biss skond in-natura tar-rabta, billi l-protezzjoni li tingħata mir-Regolament hija identika għat-tnejn. Ir-reġistru tal-Komunità jorbot l-isem ġeografiku ma’ numru partikolari ta' speċifikazzjonijiet. Il-kontrolli organizzati mill-Istati Membri jassiguraw il-ħarsien tal-konsumatur billi jiggarantixxu r-rispett għad-denominazzjoni ta' l-oriġini u l-ispeċifikazzjonijiet. Diġà jeżisti logo Komunitarju li jiggarantixxi l-karattru speċifiku ta' ċerti prodotti indipendentement mill-post tal-produzzjoni tagħhom; il-logo l-ġdid kien maħluq fuq dan il-mudell. Barra minn hekk, id-disinn huwa għaż-żewġ klassifikazzjonijiet (POD u IĠP). Dan jippermetti sinerġija bejn ir-rappreżentazzjonijiet grafiċi differenti tas-sistemi Ewropej u jevita proliferazzjoni ta' simboli fuq is-suq. Il-preżenza ta' dan il-logo hija garanzija ġenwina għall-konsumaturi Ewropej kollha, li tagħmilha ċara li n-natura speċjali ta' dan il-prodott għandha x'taqsam ma’ l-oriġini ġeografika tiegħu. Minħabba dan, il-prodotti għandhom jispiraw aktar fiduċja. Bħala produtturi, il-logo jagħtikom għodda għall-kummerċ. Intom tkunu tistgħu tpoġġu l-logo fuq it-tikketti jew l-imballaġġ tal-prodotti tagħkom, kif ukoll tkunu tistgħu tużawh fir-reklamar tagħkom. Din il-gwida għall-grafika hija maħsuba sabiex tintuża bħala gwida għalik għar-riproduzzjoni tal-logo. Possibilitajiet differenti għall-użu tiegħu inħadmu, biex b'hekk tkunu tistgħu tagħmlu l-għażla tagħkom skond il-ħtiġijiet tagħkom għall-materjal stampat. Dawn il-grafiċi huma bbażati fuq il-logo għall-Ispeċjalità Tradizzjonali Ggarantita iżda huma differenti fil-kulur ikħal tal-ponot ippuntati u fil-qasam ta' ġewwa tal-logo. Rappreżentazzjoni grafika ta' radda f'għalqa maħruta ġie inkorporat bħala riferenza għall-oriġini u l-provenjenza ġeografika tal-prodotti identifikati permezz ta' dawn il-logos. +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 2. UŻU ĠENERALI TAL-LOGOS DOP/IĠP 2.1. KULURI TA' RIFERENZA Meta jintużaw fuq l-imballaġġ u t-tikketti, dawn il-logos għandhom jidhru bil-kulur, billi jintużaw jew kuluri diretti (Pantone) jew bħala proċess ta' erba kuluri. +++++ TIFF +++++ Il-logos f’Pantone IKĦAL: Pantone Reflex Blue ISFAR: Pantone 109 It-test bl-Ikħal +++++ TIFF +++++ Il-logos bil-proċess ta' erba' kuluri Logo bil-proċess ta' erba' kuluri jkun l-għażla ta' l-applikazzjoni l-aktar komuni. IKĦAL: 100 % cyan + 80 % magenta ISFAR: 90 % isfar + 10 % magenta It-Test bl-ikħal 2.2. LOGOS B’KULUR WIEĦED Jekk il-kuluri ta’ l-istampar fuq l-imballaġġ jew l-ittikkettjar ta' xi wħud mill-prodotti huma totalament differenti mill-kuluri ta' riferenza tal-logos, hemm żewġ possibilitajiet xierqa: Logo fil-pożittiv Jekk il-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew it-tikketta huwa ċar, uża l-logo f'għamla pożittiva, billi tuża l-aktar kulur ta' stampar skur fuq l-imballaġġ jew it-tikketta. +++++ TIFF +++++ Il-logo fin-negattiv Jekk il-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta huwa skur, uża l-logo fil-forma negattiva, billi tuża l-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta. +++++ TIFF +++++ 2.3. KUNTRAST MAL-KULURI TA' L-ISFOND Jekk il-logo jintuża bil-kulur fuq l-isfond ikkulurit li jagħmluh diffiċli biex jinqara, uża ċirku fuq barra ta' delinjazzjoni madwar il-logo sabiex ittejjeb il-kuntrast tiegħu mal-kuluri ta’ l-isfond. +++++ TIFF +++++ 2.4. TIPOGRAFIJA Uża ittri kapitali b’tipi Times Roman għall-kliem. Jekk qed tuża biss il-kliem, naqqas id-daqs ta' l-ittri skond in-normi stabbiliti fit-taqsima 2.6. +++++ TIFF +++++ 2.5. LINGWA Inti liberu li tuża l-verżjoni jew il-verżjonijiet tal-lingwa ta' l-għażla tiegħek skond il-bżonn. 2.6. DAQSIJIET TA' TNAQQIS Fuq l-imballaġġ Jekk l-applikazzjoni tal-logos fuq tipi differenti ta' l-imballaġġ u tat-tikketti teħtieġ ir-riduzzjoni, id-daqs minimu stipulat huwa ta' 15-il mm fid-diametru. Logos ridotti għal 15mm +++++ TIFF +++++ Fil-media ta' l-istampar (Stamperija, fuljetti, eċċ.) Għal dan l-użu partikolari d-daqs minimu stipulat huwa ta' 25 mm fid-diametru. Logos ridotti għal 25 mm +++++ TIFF +++++ 2.7. TQEGĦID TAL-LOGO FUQ L-IMBALLAĠĠ U T-TIKKETTI L-użu tal-logos DOP u IĠP iservu sabiex jikkonferixxu valur speċifiku lill-prodotti li fuqhom jintużaw, u biex ikun hemm differenza minn oħrajn. L-iktar applikazzjoni effettiva tal-logos hija għalhekk bil-kulur, għaliex ikollhom preżenza akbar u jkunu jintgħarfu aktar faċilment u malajr mill-konsumatur. L-użu tal-logos DOP u IĠP b'kulur wieħed fin-negattiv huwa rrakkomandat biss f'każi meta d-diffikultajiet tekniċi jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom bil-kulur impossibbli. 3. UŻU SPEĊIFIKU 3.1. FIL-MEDIA Għall-iskopijiet ta' riklamar (kampanji fil-gazzetti, rivisti, manifesti, TV, media awdjo-viżwali, kummerċ dirett eċċ.) il-logos għandhom jidhru bil-kulur. 3.2. UŻI OĦRA Meta l-logos jintużaw f'modi oħra, bħal per eżempju fuq vetturi jew f'vettrini tal-ħwienet, eċċ., il-gwidi għall-użu bil-kulur kif elenkati hawn fuq għandhom jiġu segwiti kemm jista’ jkun possibbli. 4. BROMIDES ORIĠINALI 4.1. SELEZZJONI B'ŻEWĠ KULURI DOP DANSK +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 4.2. DELINJAMENTI DOP IĠP +++++ TIFF +++++ 4.3. SELEZZJONI TA' KULUR WIEĦED POŻITTIV +++++ TIFF +++++ 4.4. SELEZZJONI TA' KULUR WIEĦED NEGATTIV DOP IĠP +++++ TIFF +++++ 4.5. SKEDI TA' KAMPJUNI TA' KULUR Pantone 109 Pantone Reflex Blue +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------