22003D0089



Official Journal L 272 , 23/10/2003 P. 0024 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 89/2003

tal-11 ta' Lulju 2003

li temenda Appendiċi II (Regolamenti Tekniċi, standards, provi u ċertifikazzjoni) fil-Ftehim tal-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat fil-Protokoll li jemenda il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) Appendiċi II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-ŻEE Nru 77/2003 ta' l-20 ta' Ġunju 2003 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/2/KE tas-6 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' arseniku (l-10 adattament tal-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/5/KE ta' l-10 ta' Jannar 2003 temenda id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-deltamethrin bħala sustanza attiva [3] ħalli din is-sustanza tiġi inkorporata bħala parti mill-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV ta' l-Appendiċi II tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1. L-indent li ġej għandu jiġi miżjud f'punt numru 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE):

"- 32003 L 0002: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/2/KE tas-6 ta' Jannar 2003 (ĠU L 4, tad-9.1.2003, p. 9)."

2. L-indent li ġej għandu jiġi miżjud f'punt numru 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE):

"- 32003 L 0005: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/5/KE ta' l-10 ta' Jannar 2003 (ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 7)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2003/2/KE u 2003/5/KE bin-Norveġiż u l-Islandiż, li għandhom jiġi pubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkun awtentiċi.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta' Lulju 2003, fuq kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussel, nhar il-11 ta' Lulju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 257, tad-9.10.2003, p. 27.

[2] ĠU L 4, tad-9.1.2003, p. 9.

[3] ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 7.

[4] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata.

--------------------------------------------------