|
15.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/43 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9233 — Fosun International/Tom Tailor)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 18/08)
1.
Fil-21 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fosun International Limited (“Fosun International”, iċ-Ċina), |
|
— |
Tom Tailor Holding SE (“Tom Tailor”, il-Ġermanja). |
Fosun International takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Tom Tailor kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ mezzi oħra, marbuta ma’ tnaqqis fir-rati ta’ attendenza għal-laqgħat annwali tal-azzjonisti ta’ Tom Tailor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Fosun hija parti minn grupp Ċiniż b’attivitajiet (i) fil-farmaċewtiċi, is-servizzi mediċi u tas-saħħa, (ii) fit-turiżmu, ir-rikreazzjoni, prodotti tal-moda u għall-konsumatur, u (iii) fl-assigurazzjoni, il-finanzi u l-investiment. |
|
— |
Tom Tailor hija kumpaniji Ġermaniża tal-ħwejjeġ tal-moda li toffri prinċipalment ħwejjeġ każwali klassiċi u moderni għall-irġiel, in-nisa u t-tfal. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9233 — Fosun International/Tom Tailor
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).