<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0600412901.case.xml"><NO.CASE>C-156/04</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62004J0156</NO.CELEX><NO.SEQ>0002.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4152</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4184</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>33</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20070607">7.6.2007</DATE> — KAWŻA C-156/04</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-GREĊJA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-156/04,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, imressaq fis-<DATE ISO="20040326">26 ta' Marzu 2004</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,</HT> irrappreżentata minn M. Patakia u D. Triantafyllou, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika,</HT> irrappreżentata minn P. Mylonopoulos u L Pouli, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-4153"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann, President ta' l-Awla, E. Juhàsz (Relatur), J. N. Cunha Rodrigues, M. Ilesiċ u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: L. A. Geelhoed,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, amministratur prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20060622">22 ta' Ġunju 2006</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta ta' l-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi li r-Repubblika Ellenika:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta tapplika għall-użu temporanju fit-territorju tagħha ta' vetturi rreġistrati fi Stati Membri oħra d-dispożizzjonijiet tas-sistema doganali tad-dħul temporanju<?PAGE NO="I-4154"?> applikabbli għall-vetturi provenjenti minn pajjiżi terzi, minflok id-dispożiz-zjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-<DATE ISO="19830328">28 ta' Marzu 1983</DATE>, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" DATE.PUB="1983" PAGE.FIRST="59">ĠU L 105, p. 59</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>);</P></ITEM><ITEM><P>meta tapplika, għall-ksur li jirrigwarda d-dikjarazzjoni tal-vetturi li jinsabu fi dħul temporanju fit-territorju tagħha, sistema ta' sanzjonijiet li, b'rabta malprassi tad-determinazzjoni sistematika mill-awtoritajiet amministrattivi tarresidenza normali fil-Greċja ta' l-individwu li jimporta l-vettura, huma manifestament sproporzjonati;</P></ITEM><ITEM><P>billi tirċievi sistematikament it-taxxi previsti għall-importazzjoni definittiva tal-vetturi, f każ ta' serq mill-istess individwu ta' t-tieni vettura li tinsab fi dħul temporanju,</P></ITEM></LIST></P><P>naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 90 KE u d-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha.</P></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Skond l-ewwel u t-tieni premessi tagħha, id-Direttiva għandha l-għan li telimina xxkiel għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-persuni u għall-ħolqien tas-suq intern li jirriżulta mis-sistemi fiskali ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' l-importazzjoni temporanja ta ċerti mezzi ta' trasport</TXT></NP><?PAGE NO="I-4155"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit-tielet premessa tad-Direttiva hemm miktub li <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>[...] għandu jkun possibbli f ċerti każijiet li jkun stabbilit b'mod definittiv jekk huwiex minnu jew le li persuna tkun filfatt residenti f xi Stat Membru partikulari<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom, taħt ilkondizzjonijiet stabbiliti fiha jeżentaw importazzjonijiet temporanji minn Stat Membru ieħor ta' vetturi tat-triq bil-mutur, eżenzjoni, b'mod partikulari, tat-taxxi fuq <HT TYPE="ITALIC">it-turnover,</HT> taxxi tas-sisa u taxxi oħrajn fuq il-konsum. L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva jeskludi l-vetturi kummerċjali mill-eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-vetturi privati, l-eżenzjoni tapplika, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva, għall-importazzjoni temporanja tagħhom għal użu privat, għal terminu kontinwu jew le li ma jaqbiżx sitt xhur għall-perjodu ta' tnax-il xahar. Għal dak li jikkonċerna l-istess vetturi, l-eżenzjoni tapplika, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva, għall-importazzjoni temporanja tagħhom għal użu kummerċjali, għal terminu kontinwu jew le ta' sitt jew seba' xhur għal perjodu ta' tnax il-xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Kemm l-Artikolu 3 kif ukoll l-Artikolu 4 tad-Direttiva jissuġġettaw il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni għall-kundizzjoni li l-individwu li jimporta l-vettura għandu <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>jkollu rresidenza normali fxi Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' importazzjoni temporanja<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>, suġġett għall-osservanza ta' ċerti kundizzjonijiet addizzjonali għall-individwu li jimporta l-vettura għal użu kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>residenza normali<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>, l-Artikolu 7 tad-Direttiva, intitolat <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Regoli ġenerali biex tkun stabbilita residenza<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>residenza normali<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> tfisser il-post fejn xi persuna tgħix normalment, jiġifieri għal mill-inqas 185 jum f kull sena kalendarja, minħabba<?PAGE NO="I-4156"?> xi rbit personali u tax-xogħol, jew, fil-każ ta' xi persuna li ma jkollhiex irbit tax-xogħol minħabba rbit personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qed jgħix.</TXT><P>Iżda, ir-residenza normali ta' xi persuna li l-irbit tax-xogħol tagħha jkun fpost differenti minn dak ta' l-irbit personali u li jgħix konsegwentement fpostijiet differenti sitwati f żewġ Stati Membri jew aktar għandu jitqies li jkun il-post ta' l-irbit personali tagħha, sakemm dik il-persuna tirritorna hemmhekk regolarment Din l-aħħar kondizzjoni ma teħtieġx li tkun sodisfatta meta l-persuna tkun tgħix fxi Stat Membru sabiex tagħmel xogħol ta' tul definit Attendenza f'xi università jew skola ma timplikax trasferiment tar-residenza normali.</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Individwi għandhom jagħtu prova tal-post tagħhom ta' residenza normali b'xi mezzi xierqa, bħall-karta ta' l-identità jew xi dokument ieħor validu.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' importazzjoni jkollhom dubbji dwar il-validità ta' xi dikjarazzjoni dwar residenza normali magħmula skond il-paragrafu 2, jew għall-fini ta' ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu xi informazzjoni jew evidenza addizzjonali.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jżommu u/jew jintroduċu arranġamenti aktar liberali minn dawk provduti f din id-Direttiva. B'mod partikolari, dawn jistgħu, fuq talba ta' l-importatur, jippermettu importazzjoni temporanja għal perjodu itwal minn dawk imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4157"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>L-Istati Membri ma jistgħu taħt l-ebda ċirkustanzi japplikaw, bis-saħħa ta' din id-Direttiva, eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità li huma inqas favorevoli minn dawk li huma jistgħu jagħtu għar-rigward tal-mezzi ta' trasport li joriġinaw f xi pajjiż mhux membru.<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Billi l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva tagħti lok għal diffikultajiet, lawtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim reċiproku, b'mod partikulari fid-dawl tal-Konvenzjonijiet u d-Direttivi tal-Komunità dwar assistenza reċiproka.<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Ministru tal-Finanzi Nru D 247/13, ta' l-<DATE ISO="19880301">1 ta' Marzu 1988</DATE>, emendata mil-Liġi Nru 2187/94 (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="19880301">1 ta' Marzu 1988</DATE><QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>), li permezz tagħha d-Direttiva ġiet trasposta fid-dritt intern, tawtorizza fl-Artikolu 1 tagħha, l-importazzjoni temporanja, l-eżenzjoni tad-dazji tad-dwana korrispondenti u taxxi oħra, ta' mezzi tat-trasport għall-użu privat, bl-esklużjoni minn din issistema tal-vetturi kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="19880301">1 ta' Marzu 1988</DATE> jiddefinixxi l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>residenza normali<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> ta' individwu li jimporta l-vettura ftermini essenzjalment identiċi għal dawk ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4158"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta' l-imsemmija deċiżjoni, dwar l-importazzjoni temporanja, għal użu privat, ta' mezz ta' trasport apparti vettura kummerċjali, jistabbilixxi għal sitt xhur għal perjodu ta' tnax-il xahar it-terminu, interrot jew le, li fih dan il-mezz ta' trasport jista' jinsab fit-territorju nazzjonali. Huwa jipprovdi li dan it-terminu jista' jkun ipprorogat b'disa' xhur addizzjonali, ħlief jekk l-individwu li jimporta l-vettura jeżerċità attività professjonali fil-Greċja, fliema każ il-proroga hija limitata għal massimu ta' tliet xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="19880301">1 ta' Marzu 1988</DATE> jistabbilixxi, għal dak li jikkonċerna l-importazzjoni temporanja ta' vettura privata għal użu kummerċjali, għal sitt xhur, bħala prinċipju, it-terminu, interrott jew le, li fih din il-vettura tista' tkun fil-Greċja. Dan jeskludi l-benefiċċju ta' l-eżenzjoni jekk il-vettura hija użata għat-trasport talpersuni jew għat-trasport industrijali jew kummerċjali ta' l-oġġetti, b'remunerazzjoni jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Kemm l-Artikolu 4 kif ukoll l-Artikolu 5 ta' l-imsemmija deċiżjoni jissuġġettaw il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni għall-kundizzjoni li l-parti kkonċernata għandha r-residenza normali tagħha barra mill-Greċja.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>It-tielet u r-raba' subparagrafi ta' l-Artikolu 15 tad-deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="19880301">1 ta' Marzu 1988</DATE> jinkludu, fit-termini identiċi jew essenzjalment identiċi, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva dwar il-prova tal-post tar-residenza normali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 133(2) tal-Liġi Nru 1165/1918 dwar il-Kodiċi tad-Dwana (FEK A' 73), fil-verżjoni applikabbli tiegħu matul il-proċedura prekontenzjuża mmexxija fil-kawża preżenti, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Il-vetturi Komunitarji jistgħu jibqgħu temporanjament fit-territorju nazzjonali mingħajr ma jkun mitlub il-ħlas tat-taxxa ta' reġistrazzjoni u tat-taxxa fuq il-valur<?PAGE NO="I-4159"?> miżjud (VAT). Għall-għoti ta' din l-eżenzjoni temporanja [...], it-termini u lkundizzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet tas-sistema doganali tad-dħul temporanja tal-vetturi provenjenti minn pajjiżi terzi importati temporanjament huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis,</HT> bil-kundizzjoni li dawn il-vetturi jkun re-esportati.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-Liġi Nru 2682/1999, fil-verżjoni applikabbli tiegħu fil-proċedura prekontenzjuża użata fid-deċiżjoni preżenti, taħt it-titolu <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Ksur-Sanzjonijiet<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>A.</NO.P><TXT>Vetturi Komunitarji</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Iż-żamma u l-użu ta' vetturi Komunitarji minn persuni stabbiliti fil-Greċja, mingħajr ebda formalità prevista fl-Artikoli 10 u 11 tal-liġi preżenti kienet ġiet osservata, tammonta għal reat ta' kuntrabandu u d-dispożizzjonijiet tal-kodiċi doganali dwar il-kuntrabandu huma applikabbli (Liġi 1165/1918, [...]). F'dawn il-każijiet, l-ebda konsegwenza kriminali ma hija applikata jekk il-persuni kkonċernati jħallsu t-taxxa miżjuda attribwita, stabbilita għall-ammont minimu, previst mid-dispożizzjonijiet in kwistjoni, u jekk huma jirrinunzjaw għall-mezzi ta' rikors previsti kontra l-att ta' imputazzjoni ta' l-imsemmija taxxa. Fil-każijiet previsti fdan il-paragrafu, il-multi previsti fil-paragrafu A4 ta' l-artikolu preżenti mhumiex imposti.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-ksur deskritti iktar 'il fuq huma kklassifikati bħala ksur doganali sempliċi u huma punibbli, skond il-każ, bil-multi segwenti:</TXT></NP><P>[...]</P><?PAGE NO="I-4160"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Għall-[...] esportazzjoni [...] tard ta' vettura, multa skond in-numru ta' granet tard, stabbilita hekk: vetturi privati u tat-tip Jeep: — sa 1,600 cc, 29 EUR: — sa minn 1,601 cc, 59 EUR. Trakkijiet ta' kull tip ta' ċilindrata, 29 EUR. Muturi ta kull tip ta' ċilindrata, 14 EUR.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Meta l-vettura li qeda fit-territorju nazzjonali [...] hija misjuqa minn persuna oħra mhux benefiċjarja, multa ta' 733 EUR, jekk il-benefiċjarju jinstab fit-territorju nazzjonali fil-mument meta twettaq il-ksur. L-użu tal-vettura msemmija iktar 'il fuq minn persuna oħra mhux benefiċjarja twassal għall-annulament tas-sistema prevista fl-Artikolu 14(2) tal-liġi preżenti jekk, fil-mument fejn twettaq il-ksur, il-benefiċjarju ma jinstabx fit-territorju nazzjonali u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu Al ta' l-artikolu preżenti huma applikabbli għall-persuna mhux benefiċjarja.<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(C) tal-Liġi Nru 2682/1999, intitolat <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Vetturi Komunitarji u pajjiżi terzi<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Minbarra l-impożizzjoni tal-multi previsti fil-paragrafi preċedenti A4, [...], il-vetturi huma wkoll is-suġġett ta' immobilizzazzjoni kawtelatorja temporanja permezz ta' att ta' l-awtorità doganali li stabbilixxa ksur, u t-tpoġġija tagħhom għad-dispożizzjoni sseħħ wara l-ħlas tal-multi dovuti u l-ħlasijiet oħra eventwali previsti. [...]</TXT><P>[...]<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4161"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 10(5) tal-Liġi Nru 2682/1999:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Il-vetturi Komunitarji jistgħu jkunu mibgħuta fl-Istati Membri l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea jew ikunu esportati lejn pajjiżi terzi qabel ma tiġi stabbilita t-taxxa ta' reġistrazzjoni dovuta.<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 12(l)(d) tad-deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="19880301">1 ta' Marzu 1988</DATE>, taħt it-titolu <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>Serq tal-vetturi<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT> Il-benefiċjarju li ddikjara s-serq tal-vettura li kien ħa kunsinna tagħha taħt is-sistema tad-dħul temporanja, [...], mhux marbut iħallas id-dazji tad-dwana jew taxxi oħra applikabbli għall-vettura misruqa [...], bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju ma pparteċipax sabiex il-vettura tintuża għal skop illegali fil-Greċja u fejn ilkundizzjonijiet segwenti huma kollha sodisfatti:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-benefiċjarju ma ddikjarax fil-passat is-serq ta' vettura privata oħra li kien ha kunsinna tagħha taħt is-sistema tad-dħul temporanja.<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura prekontenzjuża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara serje ta' lmenti li kienet qiegħda tittratta u li jgħidu li r-regoli applikati għall-importazzjoni temporanja ta' ċerti mezzi ta' trasport fil-Greċja jammontaw għal<?PAGE NO="I-4162"?> xkiel serju għall-moviment ħieles tar-residenti Komunitarji f dan l-Istat Membru, il-Kummissjoni indirizzat, fis-<DATE ISO="19990517">17 ta' Mejju 1999</DATE>, ittra ta' intimazzjoni lill-awtoritajiet Elleniċi, sabiex tiġbed l-attenzjoni tagħhom għall-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u ta' l-Artikolu 90 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara li eżaminat l-osservazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika fformulati fir-risposta tagħha ta' l-<DATE ISO="19990901">1 ta' Settembru 1999</DATE> għall-imsemmija ittra ta' l-opinjoni motivata, fid-<DATE ISO="20001129">29 ta' Novembru 2000</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat lil dan l-Istat Membru, opinjoni motivata li tinkludi disa' lmenti, li fihom huwa jikkonkludi li l-leġiżlazzjoni in kwistjoni kienet inkompatibbli mar-regoli Komunitarji msemmija iktar 'il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika fir-risposta tagħha tal-<DATE ISO="20010221">21 ta' Frar 2001</DATE> għall-imsemmija opinjoni motivata ma kinux sodisfaċenti, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rikors preżenti, fejn madankollu sostniet biss ċerti lmenti fformulati fl-opinjoni motivata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel ilment</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni takkuża lir-Republika Ellenika li applikat għall-użu temporanju fitterritorju tagħha vetturi rreġistrati fi Stati Membri oħra, id-dispożizzjonijiet tassistema<?PAGE NO="I-4163"?> doganali tad-dħul temporanju applikabbli għall-vetturi provenjenti minn pajjiżi terzi minflok tapplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, li hija bbażata fuq in-neċessità ta' integrazzjoni akbar ta' l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F'dan l-istess kuntest, il-Kummissjoni tikkritika lill-awtoritajiet Elleniċi sabiex jikkunsidraw li, sa mill-<DATE ISO="19930101">1 ta' Jannar 1993</DATE>, data ta' tneħħija tal-prinċipju ta' tassazzjoni għall-importazzjoni fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, id-Direttiva, li tagħti eżenzjonijiet fiskali fil-qasam ta' <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>importazzjoni<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/>, kienet waqfet milli jkollha effett u kienet saret bla skop.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku jwieġeb li l-ilmenti tal-Kummissjoni mhumiex preċiżi, peress illi d-Direttiva ġiet trasposta b'mod korrett, għal żmien twil, fid-dritt intern u li hija tkompli tiġi applikata. Il-Kummissjoni ma tirreferix għall-ksur ta' obbligi konkreti li jirriżulta mid-Direttiva u mid-diskussjoni magħmula minnha għandha karattru teoriku, billi l-intenzjoni ta' l-awtoritajiet Elleniċi kienet li jinċitaw lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-inizjattiva leġiżlattiva li tadatta d-Direttiva għas-sitwazzjoni ġuridika eżistenti sa mill-<DATE ISO="19930101">1 ta' Jannar 1993</DATE>, data li minnha l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>importazzjoni<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> bejn l-Istati Membri ma teżistix aktar.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku jafferma li, fi kwalunkwe każ, huwa japplika d-Direttiva fir-relazzjonijiet intra-Komunitarji.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta' dan l-ilment, il-Kummissjoni tallega li r-Repubblika Ellenika ma tapplikax id-Direttiva fiha nnifisha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4164"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku jippreċiża f dan ir-rigward li l-kwistjoni mal-Kummissjoni ssib ilqofol tagħha fl-osservazzjonijiet ta' l-awtoritajiet Elleniċi, fkuntatti regolari mal-Kummissjoni, fuq in-neċessità li tadatta d-Direttiva, li fiha jidher il-kunċett ta <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>importazzjoni<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/>, għas-sitwazzjoni stabbilita sa mill-<DATE ISO="19930101">1 ta' Jannar 1993</DATE>, data li minnha dan il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>importazzjoni<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> ġie abolit fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri. Skond il-Gvern Elleniku, din il-kwistjoni ma taffettwax l-applikazzjoni tad-Direttiva mir-Repubblika Ellenika.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Jinħtieġ li jingħad li, fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20010712">12 ta' Lulju 2001</DATE>, Louloudakis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-5547">C-262/99, Ġabra p. I-5547</REF.DOC.ECR>, b'mod partikulari punti 20 sa 25), il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għal-leġiżlazzjoni Ellenika li tawtorizza l-importazzjoni temporanja, bħala eżenzjoni tat-taxxa tad-dwana u taxxi oħra, tal-mezzi tat-trasport għall-użu privat. Din il-leġiżlazzjoni hija inkluża fil-punti 11 sa 16 tas-sentenza preżenti. Jirriżulta, b'mod partikolari, minn din il-leġiżlazzjoni li din tiddefinixxi l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>residenza normali<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> fit-termini essenzjalment identiċi għal dawk ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva, li l-eżenzjoni hija mogħtija kif previst fid-Direttiva, għal sitt xhur għal kull perjodu ta' tnax-il xahar u li din il-leġiżlazzjoni tuża, ftermini identiċi jew essenzjalment identiċi, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva dwar il-prova tal-post tar-residenza normali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi osservat ukoll li s-sentenza Louloudakis, iċċitata iktar 'il fuq, ingħatat fuq talba għal deċiżjoni preliminari li toħroġ minn qorti Ellenika, li kienet staqsiet lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva sabiex tikklassifika kawża li kienet qiegħda tisma, li turi li d-Direttiva hija applikata.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-Kummissjoni hija stess stabbilixxiet fit-tielet paragrafu tal-punt 21 tar-risposta tagħha, li l-leġiżlazzjoni Griega tuża l-kriterji li jidhru fid-dispożizzjoni kkonċernata tad-Direttiva, għal dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tar-residenza normali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4165"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Hemm lok li jingħad fl-aħħar nett li l-Istati Membri huma ħielsa li japplikaw għall-użu temporanju tal-vetturi provenjenti minn pajjiżi terzi s-sistema li kienet prevista mid-Direttiva għall-vetturi provenjenti minn Stat Membru ieħor. L-unika riżerva f'dan ir-rigward hija fformulata fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva, li abbażi tagħha l-Istati Membri ma setgħux japplikaw fil-Komunità eżenzjonijiet fiskali inqas favorevoli minn dawk li huma jagħtu għall-mezzi tat-trasport provenjenti minn pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Ċertament, il-Kummissjoni fformulat kritiki speċifiċi dwar ċerti oqsma ta' applikazzjoni tad-Direttiva, iżda hija ma ressqitx provi li juru li r-Repubblika Ellenika ma applikatx id-Direttiva fiha nnifisha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>L-evalwazzjonijiet teoretiċi u l-kontroversji eventwali fuq il-bżonn ta' adattament tad-Direttiva għas-sitwazzjoni ġuridika li kienu jeżistu sa mill-<DATE ISO="19930101">1 ta' Jannar 1993</DATE>, u li seħħew fil-kuntest tal-kuntatti regolari bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni, ma setgħux jammontaw għall-bażi ta' kostatazzjoni tan-nuqqas mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-ewwel ilment mhuwiex fondat</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni Iment</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta' dan l-ilment, il-Kummissjoni tpoġġi fid-dubju s-sistema applikata millawtoritajiet Elleniċi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4166"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan l-ilment jinkludi żewġ partijiet Minn naħa, il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Ellenika dwar l-eżistenza ta' prassi amministrattiva li tipprovdi li, fil-każijiet fejn l-elementi li jservu ta' bażi għad-determinazzjoni tar-residenza normali huma maqsuma bejn il-Greċja u Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet Elleniċi jistabbilixxu sistematikament fil-Greċja r-residenza normali tal-persuni kkonċernati, u b'hekk jimponu fuqhom f dan ir-rigward oneru tal-prova itqal Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tikkritika l-fatt li dan l-iffissar tar-residenza normali fil-Greċja tinkludi sanzjonijiet sproporzjonati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-prassi amministrattiva</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, jekk il-leġiżlazzjoni Ellenika tuża l-kriterji użati mid-Direttiva għall-iffisar tal-pajjiż tar-residenza normali, l-awtoritajiet amministrattivi Elleniċi madankollu jiffissaw sistematikament fil-Greċja r-residenza normali tal-persuni li għandhom rabtiet personali u professjonali kemm fil-Greċja kif ukoll fi Stati Membri oħra, fejn jagħtu b'mod kwazi awtomatiku preminenza lir-rabtiet personali u fejn fil-prattika jdaħħlu preżunzjoni tar-residenza fit-territorju nazzjonali meta l-partijiet ikkonċernati għandhom in-nazzjonalità Ellenika.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni f dan ir-rigward li dawn l-awtoritajiet amministrattivi jaqilbu l-oneru tal-prova tal-post tar-residenza normali jew jimponu fuq il-persuni kkonċernati l-obbligu li jippreżentaw elementi ta' prova msaħħa, li huwa inkompatibbli mar-regoli ta' l-istabbiliment tar-residenza stabbilita mid-Direttiva. Il-Kummissjoni tirreferi għal ċerti każi individwali li, waħedhom, ikunu fl-opinjoni tagħha suffiċjenti sabiex jistabbilixxu nuqqas għad-Direttiva. Minbarra dan, din il-prassi amministrattiva stabbilita hija ratifikata mill-attitudni ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4167"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku jsostni li, fil-prattika, huwa normali li jkun hemm diffikultajiet firrigward ta' l-istabbiliment tar-residenza normali taċ-ċittadini Griegi, fejn ir-rabtiet professjonali u personali tagħhom huma maqsuma bejn il-Greċja u Stat Membru ieħor. Il-każijiet individwali li għalihom tirreferi l-Kummissjoni jirriżultaw minn din is-sitwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet amministrattivi japplikaw kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva, li jagħtu f dan ir-rigward il-prijorità lir-rabtiet personali. F'każ ta' dubju, l-imsemmija awtoritajiet jagħmlu użu ġustifikat ta' l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva, li jagħtihom il-poter li jistaqsu lill-persuni kkonċernati għal kull element ta' informazzjoni jew ta' prova addizzjonali. Il-Gvern Elleniku fl-aħħar nett isostni li, attwalment, il-parti l-kbira tal-vetturi li jinsabu fil-Greċja taħt is-sistema ta l-importazzjoni temporanja jappartjenu lil ċittadini Griegi li jużaw ir-residenza normali tagħhom fpajjiż barrani bħala bażi ġuridika għall-eżenzjonijiet fiskali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-kriterji għad-determinazzjoni tal-kunċett tar-<QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>residenza normali<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> li jinsabu fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jirreferu għar-rabta professjonali u personali ta' persuna ma post stabbilit kif ukoll it-tul ta' din ir-rabta, u jiddefinixxu dan il-kunċett bħala l-post fejn il-parti kkonċernata stabbilixxiet iċ-ċentru permanenti ta' l-interessi tagħha (sentenza Louloudakis, iċċitata aktar 'il fuq, punt 51 u ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>B'hekk, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post tar-residenza normali, jinħtieġ li jittieħdu in kunsiderazzjoni kemm ir-rabtiet professjonali u personali tal-parti kkonċernata fpost speċifiku kif ukoll it-tul tagħhom u, meta dawn ir-rabtiet mhumiex ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jagħti l-preminenza lir-rabtiet personali fuq ir-rabtiet professjonali. Fil-<?PAGE NO="I-4168"?>kuntest ta' l-evalwazzjoni tar-rabtiet personali u professjonali tal-parti kkonċernata, l-elementi kollha ta' fatt rilevanti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni, partikolarment, il-preżenza fiżika tagħha kif ukoll dik tal-membri tal-familja tagħha, id-dispożizzjoni tal-post ta' abitazzjoni, il-post ta' eżerċizzju ta' l-attivitajiet professjonali u dik tas-sitwazzjoni ta' l-interessi patrimonjali tagħha (ara, f dan irrigward, sentenza Louloudakis, iċċitata iktar il fuq, punti 52, 53 u 55).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huma l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istati Membri li għandhom jipproċedu b'evalwazzjoni u bl-għarbiel ta' l-elementi kollha ta' fatt rilevanti li jikkaratterizzaw kull każ, fid-dawl tal-kriterji meħuda mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' din sabiex tikkonstata nnuqqas ta' l-Istat Membru in kwistjoni minħabba prassi amministrattiva kostanti li hija żbaljata jew abbużiva.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F'dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni tipprova turi, fuq il-bażi ta' ċerti każijiet individwali, l-eżistenza ta' prassi kostanti, żbaljata u abbużiva ta' l-awtoritajiet amministrattivi Elleniċi, li għandhom iwasslu għall-istabbiliment ta' nuqqas ġenerali ta' l-Istat Membru konvenut f'dan il-qasam. Fil-fatt, il-Kummissjoni tagħmel referenza fir-rikors tagħha għal <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>bosta lmenti<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/>, iżda hija tirreferi konkretement biss, madankollu b'mod lakoniku u mingħajr dettalji, għal żewġ każijiet individwali u, firreplika tagħha, b'mod ftit dettaljat ukoll, għal sitt każijiet oħra biss.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-preżentazzjoni, għall-ewwel darba, firreplika ta' sitt każijiet individwali, bħala offerti ta' prova, hija ammissibbli firrigward tal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 42(1) tar-Regoli tal-Proċedura, madankollu jirriżulta millatti li, fit-tmien każijiet li għalihom tirreferi l-Kummissjoni, erba' mill-persuni implikati kellhom nazzjonalità Ellenika u rabtiet personali u professjonali ċarissimi fil-Greċja (fejn wieħed ma kellu l-ebda rabta barra minn dan l-Istat Membru), żewġ persuni kellhom ċittadinanza doppja u rabtiet personali jew professjonali fil-Greċja u<?PAGE NO="I-4169"?> persuna oħra kellha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor, iżda rabtiet personali u professjonali stabbiliti sew fil-Greċja. L-elementi tal-fajl ma jippermettux li tiġi stabbilita b'mod ċar is-sitwazzjonu tat-tmien każ.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fis-sitwazzjonijiet individwali kollha msemmija iktar 'il fuq, ħlief l-aħħar waħda, lispjegazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Elleniċi ma jidhrux infondati Fi kwalunkwe każ, dawn l-awtoritajiet ma jidhrux li qabżu d-diskrezzjoni li għandhom sabiex jistabbilixxu l-post tar-residenza normali tal-partijiet interessati.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-possibbiltà tal-konstatazzjoni ta' nuqqas fuq il-bażi tal-prassi amministrattiva segwita fi Stat Membru, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbilixxiet il-kriterji applikabbli. Fil-fatt, f dan il-każ, in-nuqqas jista' jkun stabbilit biss permezz ta' prova suffiċjentement dokumentata u dettaljata tal-prassi kkritikata, jinħtieġ li din il-prassi amministrattiva tippreżenta ċertu livell ta' konsistenza u ta ġeneralità, u, sabiex tiġi konkluża l-eżistenza ta' prassi ġenerali u kostanti, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq preżunzjoni kwalunkwe (sentenza tas-<DATE ISO="20060427">27 ta April 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/02" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-3449">C-441/02, Ġabra p. I-3449</REF.DOC.ECR>, punti 49, 50 u 99 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-provi ppreżentati mill-Kummissjoni, ma jistax jiġi kkonstatat li lkundizzjonijiet ċċitati fil-punt preċedenti huma f dan il-każ partikolari ssodisfati Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tan-numru għoli ħafna ta' ċittadini Komunitarji, kif ukoll taċ-ċittadini Griegi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jmorru kull sena l-Greċja bilkarozza, it-tmien każijiet individwali li għalihom tirreferi l-Kummissjoni, anki jekk wieħed jikkunsidrahom stabbiliti, jammontaw għal perċentwal nettament insuffiċ-jenti, kif jirriżulta mill-eżiġenzi magħmula mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi murija l-eżistenza ta' prassi amministrattiva stabbilita li tammonta għal nuqqas.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4170"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-Kummissjoni tikkritika lill-awtoritajiet ġudizzjarji Elleniċi li jirratifikaw il-prassi ta' l-amministrazzjoni, mingħajr madankollu ma jressqu l-ebda element li jikkonkludi f dan ir-rigward. Madankollu, jekk il-Kummissjoni għandha lintenzjoni tistabbilixxi nuqqas minħabba prassi ġudizzjarja, il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li tidher fil-punt 50 tas-sentenza preżenti huma aktar u aktar applikabbli, u dan b'aktar qawwa.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F'dan il-każ partikolari, jinħtieġ li jiġi kkonstatat li l-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja mhumiex issodisfati</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Jinħtieġ li jingħad ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja ħadet in kunsiderazzjoni ddiskrezzjoni li jiddisponu minnha l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fdan il-qasam sensittiv li jaffettwa l-kompetenzi nazzjonali fil-qasam fiskali, billi jiddeċiedu li d-dover ta' kooperazzjoni li jaqa' fuq dawn l-awtoritajiet skond l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva ma jobbligahomx li jaħdmu flimkien fkull każ individwali fejn lapplikazzjoni ta' din id-Direttiva tqajjem xi diffikultajiet (sentenza Louloudakis, iċċitata iktar 'il fuq, punt 59 u ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni takkuża lill-awtoritajiet Elleniċi li imponew fuq ilpartijiet ikkonċernati l-preżentazzjoni ta' l-elementi ta' prova msaħħa għall-istabbiliment tal-post tar-residenza normali u li b'hekk ipproċedew għal tibdil floneru tal-prova, filwaqt li dan l-obbligu jaqa' normalment fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Huwa suffiċjenti li f'dan ir-rigward jingħad li, skond l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva, il-prova tar-residenza normali hija bħala prinċipju responsabbiltà ta' individwi kkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, min-naħa tagħhom, għandhom il-poter li jagħmlu verifiki speċifiċi u, f każ ta' dubju, li jistaqsu għal kull element ta' informazzjoni jew ta' prova addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel parti tat-tieni lment ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4171"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-karattru sproporzjonat tas-sanzjonijiet</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirreferi, b'mod partikolari, għas-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlaz-zjoni Ellenika meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonstataw li l-proprjetarju ta' vettura li tinsab fil-Greċja u li għandha <HT TYPE="ITALIC">number plates</HT> ta' Stat Membru ieħor għandu rresidenza normali tiegħu fil-Greċja. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-perjodu rilevanti tikkwalifika att bħal dan bħala kuntrabandu li jesponi għal sanzjonijiet kriminali, jiġifieri piena ta' ħabs għall-proprjetarju tal-vettura u l-konfiska ta' din, kif ukoll sanzjonijiet amministrattivi li jikkonsistu fmulti. Minbarra dan, il-parti kkonċernata għandha tħallas taxxa ta' reġistrazzjoni dovuta f każ ta' importazzjoni definittiva ta' vettura, sakemm ma taċċettax li terġa' tesporta din il-vettura barra mitterritorju nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn is-sanzjonijiet, flimkien mal-prassi ta' l-awtoritajiet amministrattivi Elleniċi fir-rigward ta' l-iffissar tal-post tarresidenza normali u n-nuqqas tat-teħid in kunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">XA-bona fede</HT> eventwali tal-parti kkonċernata, huma sproporzjonati. Minbarra dan, il-fatt li jiġi mitlub il-ħlas tat-taxxa ta' reġistrazzjoni meta diġà tħallset taxxa simili fi Stat Membru ieħor imur kontra l-Artikolu 90 KE</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Huma wkoll sproporzjonati, skond il-Kummissjoni, is-sanzjonijiet previsti fil-każ ta qbiż tal-perjodu ta' sitt xhur li fih vettura Komunitarja tista' tiċċirkola taħt is-sistema ta' l-importazzjoni temporanja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4172"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku jirrispondi li, fil-miżura fejn id-Direttiva ma tipprovdix sanzjonijiet għall-ksur eventwali tas-sistema ta' l-importazzjoni temporanja tal-vetturi Komunitarji, huma l-Istati Membri li għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet li huma jqisu neċessarji sabiex jiġi mrażżan il-frodi fiskali. Madankollu, is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu xierqa u neċessarji sabiex jintlaħaq I-għan imfittex.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F'dan il-każ partikolari, il-kritiki tal-Kummissjoni jikkonċernaw is-sanzjonijiet imposti meta persuni għandhom ir-residenza normali tagħhom fil-Greċja u jiċċirkolaw taħt is-sistema ta' importazzjoni temporanja b'vetturi irreġistrati fi Stat Membru ieħor. F'każijiet bħal dawn, kif jirriżulta miċ-ċirkustanza li t-taxxi ta reġistrazzjoni huma għolja ħafna fil-Greċja, dan iwassal lil ċerti persuni sabiex jippruvaw jevitawhom, u fir-rigward ta' każijiet multipli ta' frodi fiskali kkonstatati s'issa, is-sanzjonijiet previsti ma jkunux sproporzjonati fir-rigward ta' l-għan mixtieq, jiġifieri d-dissważjoni u t-trażżin tal-frodi fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku fl-aħħar nett isostni li s-sanzjonijiet imposti fkaż ta' nuqqas ta ħlas tat-taxxi ta' reġistrazzjoni jaffettwaw kemm il-prodotti domestiċi kif ukoll dawk importati. Ikun konsegwentement materjalment impossibbli li jinstab ksur ta' l-Artikolu 90 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Qabel xejn, jinħtieġ li jingħad li t-tieni parti tat-tieni lment tal-Kummissjoni tittratta wkoll (paġni 9 sa 12 tar-rikors) is-sanzjonijiet previsti fil-Liġi Nru 2960/2001, tat-<DATE ISO="20011122">22 ta' Novembru 2001</DATE>, dwar il-Kodiċi tad-Dwana (FEK A 265), li timmodifika s-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 18 tal-Liġi 2682/1999. Madankollu, il-Liġi Nru 2960/2001 ġiet adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta' xahrejn impost millopinjoni motivata tat-<DATE ISO="20001122">22 ta' Novembru 2000</DATE> u ma kinitx l-oġġett tal-proċedura prekontenzjuża stabbilita fl-Artikolu 226 KE. Min-naħa l-oħra, ma jirriżultax, fuq ilbażi<?PAGE NO="I-4173"?> ta' l-atti, li din il-leġiżlazzjoni ġdida kienet żammet, kollha kemm hi, is-sistema implementata mil-leġiżlazzjoni kkontestata fil-proċedura prekontenzjuża u lanqas li d-dispożizzjonijiet ta' dawn iż-żewġ leġiżlazzjonijiet ikunu sostanzjalment identiċi (ara, f dan is-sens, sentenza ta' l-<DATE ISO="20060110">10 ta' Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-98/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-53">C-98/03, Ġabra p. I-53</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 28, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza stabbilita tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 226 KE għall-introduzzjoni ta' rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu humiex issodisfati (sentenza ta' l-<DATE ISO="20070201">1 ta' Frar 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/04" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-1221">C-199/04, Ġabra p. I-1221</REF.DOC.ECR>, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem għamlet distinzjoni bejn il-fażijiet prekontenzjużi u dawk kontenzjużi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 226 KE u ddeċidiet li l-proċedura prekontenżjuza għandha, b'mod partikolari, bħala għan li tiddefinixxi s-suġġett tal-kawża fid-dawl ta' deċiżjoni eventwali tal-Qorti tal-Ġustizzja u li tassigura li l-proċedura kontenżjuza eventwali għandha bħala oġġett kawża ċarament definita (ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza tal-<DATE ISO="20010215">15 ta' Frar 2001</DATE>, IIKummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-230/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1169">C-230/99, Ġabra p. I-1169</REF.DOC.ECR>, punt 31; tat-<DATE ISO="20011213">13 ta' Diċembru 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-1/00" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-9989">C-1/00, Ġabra p. I-9989</REF.DOC.ECR>, punti 53 u 54; ta' l-<DATE ISO="20021210">10 ta Diċembru 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-362/01" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-11433">C-362/01, Ġabra p. I-11433</REF.DOC.ECR>, punti 17 u 18, kif ukoll tal-<DATE ISO="20030605">5 ta' Ġunju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-5581">C-145/01, Ġabra p. I-5581</REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, dejjem skond ġurisprudenza stabbilita tajjeb, is-suġġett tal-kawża hekk definita fil-fażi prekontenzjuża ma tistax tkun aktar estiża jew emendata permezz tat-talbiet tar-rikors fil-fażi kontenzjuża (ara, fdan ir-rigward, is-sentenza tad-<DATE ISO="19980929">29 ta' Settembru 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-191/95" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-5449">C-191/95, Ġabra p. I-5449</REF.DOC.ECR>, punt 56; tad-<DATE ISO="19991109">9 ta' Novembru 1999</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-365/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-7773">C-365/97, Ġabra p. I-7773</REF.DOC.ECR>, punt 25, u tal-<DATE ISO="20061005">5 ta' Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-105/02" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-9659">C-105/02, Ġabra p. I-9659</REF.DOC.ECR>, punti 47 u 48). Fl-aħħar nett, l-eżistenza ta' nuqqas għandha tkun evalwata abbażi tas-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru hekk kif din tippreżenta ruħha abbażi tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata u t-tibdil li seħħ<?PAGE NO="I-4174"?> permezz ta' dan ma jitteħidx in kunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20070118">18 ta' Jannar 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-104/06" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-671">C-104/06, Ġabra p. I-671</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kienet testendi l-verifika tagħha għal leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru in kwistjoni li ma kinitx l-oġġett tal-fażi prekontenzjuża u prevista għall-ewwel darba fit-talbiet tar-rikors, għar-raġunijiet ta' faċilità invokati mill-Kummissjoni fis-seduta tas-sottomissjonijiet orali, il-proċedura stabbilita millawturi tat-Trattat fl-Artikolu 226 KE kienet tkun mingħajr ebda sinjifikat u dan jammonta għal evitar ta' din il-proċedura. L-eżami tal-Qorti tal-Ġustizzja b'hekk tittratta, fdan il-każ partikolari, biss fuq id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni in kwistjoni li tkun fis-seħħ fid-data ta' skadenza tat-terminu impost fl-opinjoni motivata u sa fejn huma esposti fir-rikors b'mod suffiċjentement ċar sabiex jippermetti t-twettiq tal-kontroll ġuridiku (ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza IIKummissjoni vs Ir-Renju Unit, iċċitata iktar 'il fuq, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-kritiki tal-Kummissjoni jittrattaw l-Artikolu 18(A)(1) tal-Liġi Nru 2682/1999, li jipprovdu li ż-żamma jew l-użu fit-territorju Elleniku ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor minn persuna li għandha r-residenza normali tagħha fil-Greċja jammonta għal delitt ta' kuntrabandu li jwassal, b'mod partikolari, għal sanzjonijiet kriminali bħall-ħabs ta' persuna li għandha vettura u s-sekwestru ta din.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Jinħtieġ li jingħad fdan ir-rigward li l-leġiżlazzjoni in kwistjoni tissanzjona kriminalment imġiba li tikkonsisti fli wieħed jevita d-dispożizzjonijiet doganali u fiskali nazzjonali fil-qasam tal-moviment tal-vetturi bil-mutur.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Is-sanzjonijiet in kwistjoni huma previsti, fil-fatt, għall-każijiet fejn il-persuni li għandhom ir-residenza normali tagħhom fil-Greċja jużaw vetturi rreġistrati fi Stat<?PAGE NO="I-4175"?> Membru ieħor, jiġifieri fkażijiet li jinsabu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, u li għandhom l-għan tal-protezzjoni ta' l-interessi fiskali ta' l-Istat Membru kkunsidrat</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-repressjoni kriminali ta' mġiba, mixtieqa mil-leġiżlatur nazzjonali, hija marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' l-Istat Membru kkunsidrat u, f'dan il-każ partikolari, għas-sitwazzjoni partikolari fir-rigward tat-tassazzjoni tal-vetturi bilmutur. Huwa stabbilit f'dan ir-rigward li, fil-Greċja, it-taxxi ta' reġistrazzjoni huma għolja ħafna, li jista' jħajjar ċerti persuni sabiex jiċċirkolaw fil-Greċja b'vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor, fejn b'hekk jippruvaw jistabbilixxu b'mod fittizzju f'dan l-aħħar imsemmi kwalunkwe rabta. Il-ħtiġijiet ta' repressjoni u ta' prevenzjoni, kif ukoll tal-protezzjoni ta' l-interessi fiskali ta' l-Istat Membru kkunsidrat, jiġġustifikaw li dan jipprovdi sanzjonijiet adegwati (ara, f'dan ir-rigward, sentenza Louloudakis, iċċitata iktar 'il fuq, punt 70).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għalhekk, fih innifsu, is-sempliċi fatt li regola nazzjonali astratta tikkwalifika bħala delitt kriminali mġiba li tikkonsisti f'li wieħed jevita d-dispożizzjonijiet doganali u fiskali normalment applikabbli ma jammontax għal nuqqas. Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li jirriżulta mis-sentenza Louloudakis, iċċitata iktar 'il fuq, punti 69 u 70, li l-ħtiġijiet tar-repressjoni u tal-prevenzjoni jistgħu jiġġustifikaw li Stat Membru jistabbilixxi sanzjonijiet f'ċertu livell ta' severità, iżda li ma jistax jiġi eskluż li dawn is-sanzjonijiet jistgħu, f'ċerti ċirkustanzi, ikunu sproporzjonati. Konsegwentement, ilkwistjoni dwar jekk is-sanzjonijiet applikati humiex proporzjonati jew sproporzjonati għandha tkun evalwata abbażi tas-sanzjonijiet effettivament applikati skond il-każ partikolari. Madankollu, l-eżami ta' dawn il-każijiet imsemmija fil-punt 48 tas-sentenza preżenti ma jwassalx li jiġi konkluż li hemm karattru sproporzjonat tas-sanzjonijiet effettivament imposti u l-Kummissjoni ma ressqitx elementi oħra ta prova li jippermettu konklużjoni differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk dawn il-kritiki mhumiex fondati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4176"?><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 18(A)(1) tal-Liġi Nru 2682/1999, l-ebda proċedimenti kriminali ma jitressqu jekk il-persuni kkonċernati jħallsu t-taxxa attribwita u jirrinunzjaw għall-mezzi ta' rikors previsti mid-dritt nazzjonali kontra l-att ta' l-impożizzjoni ta' l-imsemmija taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Jinħtieġ li jingħad f dan ir-rigward li d-Direttiva tikkonferixxi, taħt ċerti kundizzjonijiet, lill-individwi li għandhom ir-residenza normali tagħhom fi Stat Membru, id-dritt li jiċċirkolaw matul ċertu perijodi permezz ta' vettura normali, taħt issistema ta' l-eżenzjoni fiskali temporanja, fit-territorju ta' Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, skond ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva jammonta għal prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju u hija responsab-biltà tal-qrati ta' l-Istati Membri sabiex jassiguraw l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-individwi jieħdu mid-dritt Komunitarju (ara, fdan ir-rigward, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070313">13 Marzu 2007</DATE>, Unibet, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-432/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-2271">0432/05, Ġabra p. I-2271</REF.DOC.ECR>, punti 37 u 38, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Huwa permezz ta' l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-kompetenza tal-qorti nazzjonali sabiex tassigura l-applikazzjoni tad-Direttiva u l-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jieħdu minn din, fid-determinazzjoni, b'mod partikolari, tal-post ta' residenza normali (ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza Louloudakis, iċċitata iktar 'il fuq, punti 57 u70).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni nazzjonali in kwistjoni tista' ċċaħħad lill-individwi mill-protezzjoni ġudizzjarja effettiva mixtieqa mid-dritt Komunitarju billi tħeġġiġhom, sabiex jevitaw proċedimenti kriminali, jirrinunzjaw għall-mezzi ta' rikors normalment previsti mid-dritt nazzonali. Konsegwentement, il-kritiki tal-Kummissjoni huma fdan il-każ partikolari fondati.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fi-tielet lok, il-Kummissjoni tikkritika s-sanzjonijiet fiskali fl-Artikolu 18(A)(4)(d), tal-Liġi Nru 2682/1999 fkaż ta' qbiż tal-perjodu ta' sitt xhur li fih huwa mogħti l-benefiċċju ta' l-eżenzjoni fiskali in kwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4177"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Jinħtieġ li jiġi kkunsidrat f dan ir-rigward li l-perjodu ta' sitt xhur li fih it-tgawdija ta' l-eżenzjoni fiskali hija mogħtija huwa suffiċjentement twil u li l-Gvern Elleniku sostna, mingħajr ebda kontestazzjoni mill-Kummissjoni, li xi ffaċilitar u estenzjonijiet ta' dan il-perjodu huma mogħtija fċerti sitwazzjonijiet Dan l-istess Gvern żvela wkoll mingħajr ma jkun kontradett li l-osservanza tal-limitu ta' sitt xhur ma jistax ikun verifikat rigorożament, għaliex id-data tad-dħul tal-vetturi fit-territorju nazzjonali mhiijiex aktar irreġistrata, u li prevenzjoni addizzjonali hija għalhekk neċessarja fdan il-kuntest, li jiġġustifika l-multi previsti bħala mezz adegwat ta' dissważjoni. Il-multi in kwistjoni mhumiex għalhekk sproporzjonati u ma jikkostitwixxux xkiel għal-libertajiet mogħtija mit-Trattat</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi kkunsidrat, fir-raba' lok, li s-sanzjoni fiskali prevista fl-Artikolu 18 (A)(4)(f) tal-Liġi Nru 2682/1999, għall-każ fejn vettura koperta mill-eżenzjoni fiskali temporanja hija misjuqa fit-territorju Elleniku minn persuna oħra mhux benefiċjarja, toħroġ mill-qafas ta' applikazzjoni tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-każ, previst fid-dispożizzjoni msemmija iktar 'il fuq, kif invokat fil-ħames post mill-Kummissjoni, fejn il-vettura in kwistjoni hija misjuqa minn persuna mhux benefiċjarja filwaqt li, fil-mument fejn il-ksur huwa mwettaq, il-benefiċjarja ta l-eżenzjoni fiskali mhijiex fit-territorju Elleniku, joħroġ mill-qafas ta' applikazzjoni tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, il-kritiki tal-Kummissjoni jirrigwardaw l-Artikolu 18(C)(1) tal-Liġi Nru 2682/1999 li jipprovdi li, minbarra l-impożizzjoni tal-multi, il-vetturi huma wkoll is-suġġett ta' immobilizzazzjoni kawtelatorja temporanja u t-tpoġġija għad-dispożiz-zjoni tagħhom isseħħ wara l-ħlas tal-multi u ta' piżijiet oħra eventwali previsti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4178"?><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Din il-miżura tista' tiċħad lill-benefiċjarju mill-użu tal-vettura tiegħu għal perjodu li jista' jkun twil, b'mod partikolari meta l-multi imposti huma s-suġġett ta kontestazzjoni b'mezz ġudizzjarju. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà spjegat l-importanza li wieħed għandu dritt isuq vettura għall-eżerċizzju effettiv taddrittijiet li jirreferu għall-moviment ħieles tal-persuni (sentenza tad-<DATE ISO="19960229">29 ta' Frar 1996</DATE>, Skanavi u Chryssanthakopoulos, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-193/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-929">C-193/94, Ġabra p. I-929</REF.DOC.ECR>, punt 36). B'hekk, din il-miżura hija sproporzjonata fir-rigward ta' l-għan imħaddan, li huwa l-ġbir tal-multi, għan li jista' jintlaħaq permezz ta' mezzi aktar konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, per eżempju permezz ta' l-għoti ta' garanzija. Dawn il-kritiki huma għalhekk fondati.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mhumiex fondati l-kritiki mqajma fis-seba' lok mill-Kummissjoni kontra l-Artikolu 10(5) tal-Liġi Nru 2682/1999, li jipprovdi li, meta l-proprjetarju ta vettura importata taħt is-sistema tad-dħul temporanju fir-residenza normali tiegħu fil-Greċja, huwa jista' jevita l-ħlas tat-taxxa ta' immatrikulazzjoni dovuta billi jerġa' joħroġ il-vettura tiegħu mit-territorju Elleniku. Din il-miżura tagħti, fil-fatt, fakoltà u anki vantaġġ lill-parti kkonċernata u dawn ma jkunux ikkunsidrati bħala kuntrarji għad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka, fl-aħħar lok, ksur ta' l-Artikolu 90 KE. Din id-dispożizzjoni tipprovdi, fl-ewwel paragrafu tagħha, projbizzjoni li jiġu imposti aktar taxxi fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra milli fuq il-prodotti nazzjonali simili. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra bħala konformi mar-regoli Komunitarji l-fatt li Stat Membru, fl-iffissar tar-residenza normali tal-parti interessata fitterritorju tagħha, jeżiġi l-ħlas ta' taxxa ta' reġistrazzjoni tal-vettura, indipendentement mill-punt dwar jekk taxxa ta' reġistrazzjoni simili kenitx diġà tħallset fi Stat Membru ieħor (ara, fdan ir-rigward, is-sentenza tas-<DATE ISO="20050616">16 ta' Ġunju 2005</DATE>, IIKummissjoni vs Id-Danimarka, C-138/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 13 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu 90 KE jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jimponu fuq il-prodotti ta' Stati Membri oħra taxxi interni ta' tali natura li jagħtu protezzjoni indiretta lill-produzzjoni ta' merkanzija oħra. Jinħtieġ li jingħad f dan irrigward,<?PAGE NO="I-4179"?> fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<DATE ISO="20070118">18 ta' Jannar 2007</DATE>, Brzeziriski, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-513">C-313/05, Ġabra p. l-513</REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata), li l-Kummissjoni ma wrietx li l-leġiżlazzjoni nazzjonali in kwistjoni hija ta' tip li tipproteġi indirettament prodotti nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet ilment</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>It-tielet ilment tal-Kummissjoni jittratta l-Artikolu 12(l)(d) tad-deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="19880301">1 ta Marzu 1988</DATE>, li jipprovdi li l-persuni vittmi tas-serq ta' tieni vettura li jinsabu taħt is-sistema ta' l-importazzjoni temporanja fil-Greċja huma marbuta li jħallsu t-taxxa ta reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni ssostni li din id-dispożizzjoni tintroduċi preżunzjoni ġenerali tal-frodi fiskali, fil-miżura fejn huwa preżunt, mingħajr ma hemm provi fdan ir-rigward, li l-vettura misruqa tibqa fil-Greċja. Il-Kummissjoni tqis li ssitwazzjonijiet li fihom teżisti eventwalità ta' frodi fiskali għandhom ikunu eżaminati każ b'każ. Il-miżura in kwistjoni tkun sproporzjonata fir-rigward ta' l-għan previst, jiġifieri il-prevenzjoni ta' l-evażjoni fiskali, u tintroduċi trattament diskriminatorju indirett kontra vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor, bi ksur ta' l-Artikolu 90 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku jwieġeb li, fid-dritt Komunitarju, fkaż ta' serq tal-prodotti li jinsabu taħt is-sistema ta' eżenzjoni fiskali u li għalihom it-taxxi ma tħallsux, l-ebda eżenzjoni ta' dawn it-taxxi ma hija prevista. Huwa jirreferi f dan ir-rigward għall-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-<DATE ISO="19920225">25 ta' Frar 1992</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma,<?PAGE NO="I-4180"?> ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 76, p. 1</REF.DOC.OJ>), li skond dan, f'każ ta telf, id-drittijiet tas-sisa għall-prodotti taħt arranġamenti kondizzjonali tad-dazju mhumiex imħallsa biss meta t-telf ta' dawn il-prodotti huma dovuti għall-każijiet ta inċidenti jew ta' forza maġġuri u li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiwerifikaw li dawn il-prodotti huma definittivament mitlufa. Fil-każijiet l-oħra kollha, u b'mod partikolari f każ ta' serq, dawn id-dazji għandhom jitħallsu.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>F'dan il-każ partikolari, f każ ta' serq, il-vettura ma tkunx irrimedjabbilment mitlufa, iżda użata minn oħrajn. Konsegwentement, it-taxxa ta' reġistrazzjoni tkun dovuta. Id-Direttiva madankollu ma tipprovdi l-ebda eżenzjoni permanenti f każ ta' serq.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Il-Gvern Elleniku fl-aħħar nett isostni li, minn naħa, il-fatt li l-ħlas tat-taxxa ta' reġistrazzjoni huwa meħtieġ biss meta l-istess individwu huwa vittma tas-serq ta' tieni vettura li tibbenefika mill-eżenzjoni fiskali temporanja u mhux mill-ewwel serq jammonta għal manifestazzjoni favur l-vittma u li, min-naħa l-oħra, is-serq jammonta għal riskju frekwenti ħafna li għandu jkun kopert mill-kumpanniji ta assigurazzjoni u mhux mill-poter pubbliku.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Jinħtieġ li jingħad li d-Direttiva timponi taħt ċerti kundizzjonijiet fuq l-Istati Membri li jagħtu eżenzjoni fiskali għall-użu temporanju, fperjodu ta' żmien speċifikat, ta' mezz ta' trasport irreġistrat fi Stat Membru ieħor minn individwu li għandu rresidenza normali tiegħu wkoll fi Stat Membru ieħor mill-Istat ikkunsidrat</TXT></NP><?PAGE NO="I-4181"?><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>L-għoti ta' din l-eżenzjoni hija suġġetta, b'mod partikolari, għall-kundizzjoni, ifformulata fl-Artikolu 3(a) u (b) tad-Direttiva b'mod li ma tħalli l-ebda dubju għal ambigwità, li l-benefiċjarju ta' din l-eżenzjoni juża l-mezz ta' trasport kopert minnha għall-użu tiegħu privat, u l-imsemmi mezz ta' trasport ma jista' jkun la ttrasferit, la mikri fl-Istat Membru ta' importazzjoni temporanja, u lanqas misluf lil resident ta dan l-Istat B'hekk, id-Direttiva tagħmel aċċent fuq ir-rabta mill-qrib bejn il-benefiċjarju partikolari ta' l-eżenzjoni temporanja u l-vettura koperta minn din.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Is-serq tal-vettura koperta mill-imsemmija eżenzjoni u l-konsegwenzi li serq bħal dan jinvolvi mhumiex previsti mid-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Madankollu ma hemm l-ebda indizju fid-Direttiva li tista' tkun il-bażi tal-konklużjoni li din kienet riedet testendi l-eżenzjoni u tillimita konsegwentement is-sovranità fiskali ta' l-Istati Membri fsitwazzjonijiet fejn ir-rabta bejn il-benefiċjarju ta' l-eżenzjoni u l-vettura koperta minn din hija miksura, u b'mod partikolari f'każ ta' serq fejn huwa probabbli ħafna li l-vettura tkompli tiċċirkola fitterritorju ta' l-Istat Membru kkonċernat u li tkun misjuqa minn persuna li m'għandha l-ebda rabta mal-benefiċjarju ta' l-eżenzjoni. Każ bħal dan mhuwiex kopert mid-Direttiva u jaqa' taħt l-awtorità leġiżlattiva ta' l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, u fir-rigward tal-fatt li l-Kummissjoni ma tinvokax dispożiz-zjonijiet Komunitarji oħra, ma jistax jiġi kkonstatat nuqqas.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Il-miżura nazzjonali in kwistjoni ma tmurx kontra l-Artikolu 90 KE, fid-dawl talkunsiderazzjonijiet żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 85 u 86 tas-sentenza preżenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4182"?><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, jinħtieġ għalhekk li jingħad li, billi jiġi pprovdut:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fl-Artikolu 18(A)(1) tal-Liġi Nru 2682/1999 li, fkaż ta' żamma jew użu fitterritorju Elleniku ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor minn individwu li għandu r-residenza normali tiegħu fil-Greċja, il-proċedimenti kriminali normalment previsti ma jitressqux jekk il-persuna kkonċernata tħallas it-taxxa ta' reġistrazzjoni imposta u tirrinunzja għall-mezzi ta' rikors previsti mid-dritt nazzjonali kontra l-att ta' l-impożizzjoni ta' l-imsemmija taxxa, u</P></ITEM><ITEM><P>fl-Artikolu 18(C)(1) ta' l-istess liġi li, f'każ ta' impożizzjoni tal-multi, il-vetturi huma wkoll is-suġġett ta' immobilizzazzjoni kawtelatorja temporanja u t-tpoġġija tagħhom għad-dispożizzjoni sseħħ wara l-ħlas tal-multi dovuti u l-ħlasijiet oħra eventwali previsti,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Republika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skond id-Direttiva.</P></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 ta'<?PAGE NO="I-4183"?> dan l-Artikolu, jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew aktar tattalbiet tagħhom jew għal raġunijiet eċċezzjonali, il-Qorti tista' tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha. Peress li l-Kummissjoni u r-Repubblika Ellenika tilfu parzjalment, hemm lok li huma jiġu ordnati jbatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Billi jiġi pprovdut:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fl-Artikolu 18(A)(1) tal-Liġi Nru 2682/1999 li, f'każ ta' żamma jew użu fit-territorju Elleniku ta' vettura irreġistrata fi Stat Membru ieħor minn individwu li għandu r-residenza normali tiegħu fil-Greċja, il-proċedi-menti kriminali normalment previsti ma jitressqux jekk il-persuna kkonċernata tħallas it-taxxa ta' reġistrazzjoni imposta u tirrinunzja għall-mezzi ta' rikors previsti mid-dritt nazzjonali kontra l-att ta' l-impożizzjoni ta' l-imsemmija taxxa, u</P></ITEM><ITEM><P>fl-Artikolu 18(C)(1) ta' l-istess liġi li, f'każ ta' impożizzjoni tal-multi, ilvetturi huma wkoll is-suġġett ta' immobilizzazzjoni kawtelatorja temporanja u t-tpoġġija tagħhom għad-dispożizzjoni sseħħ wara l-ħlas tal-multi dovuti u l-ħlasijiet oħra eventwali previsti,</P></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="I-4184"?><P>ir-Republika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-<DATE ISO="19830328">28 Marzu 1983</DATE>, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Republika Ellenika jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom,</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>