|
2.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Mejju 2007
li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tal-Candida oleophila varjanti O fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2213)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/380/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi għall-iżvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. |
|
(2) |
Dossier għas-sustanza attiva Candida oleophila varjanti O kien tressaq minn BIONEXT sprl. lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-12 ta’ Lulju 2006 b’applikazzjoni ħalli jakkwista l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa l-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher li laħaq il-kriterji tat-tagħrif stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE dwar prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih hemm is-sustanza attiva kkonċernata. F’konformità ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier kien tressaq sussegwentament mill-applikant għand il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn, u kien referut lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. |
|
(4) |
Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq livell Komunitarju li d-dossier għandu jitqies li fil-prinċipju huwa f’konformità mal-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, mal-kundizzjonijiet stipolati fl-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jissottometti aktar data jew informazzjoni sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier. |
|
(6) |
Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-viżjoni li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva, għandu jissodisfa fil-prinċipju l-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva.
Id-dossier jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness III ma’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.
Artikolu 2
L-Istat Membru rapporteur għandu jsegwi l-eżaminazzjoni dettaljata tad-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jirrapporta lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet mill-eżaminazzjoni tiegħu flimkien ma’ xi rakkomandazzjonijiet għall-inklużjoni jew le fl-Anness I tad-Direttiva 91/44/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kull kundizzjoni relatata magħhom malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).
ANNESS
IS-SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA B’DIN ID-DEĊIŻJONI
|
Isem Komuni, Numru ta’ l-Identifikazzjoni |
L-applikant |
Data ta’ l-applikazzjoni |
L-Istat Membru Rapporteur |
|
Candida oleophila varjant O Nru. CIPAC: mhux applikabbli |
BIONEXT sprl. |
12 ta’ Lulju 2006 |
Ir-Renju Unit |