31989L0173

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija.

Official Journal L 067 , 10/03/1989 P. 0001 - 0118
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 18 P. 0003
CS.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
ET.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
HU.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
LT.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
LV.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
MT.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
PL.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
SK.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450
SL.ES Chapter 13 Volume 009 P. 333 - 450


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta’ Diċembru 1988

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija.

(80/173/KE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li ikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

F’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bl-iskop illi jiġi stabbilit progressivament is-suq intern tul perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992;billi s-suq intern għandu jkun magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni illi ġo fiha l-moviment liberu ta’ merkanzij, persuni, servizzi u kapital ikun assigurat;

Billi l-kundizzjonijiet tekniċi li t-tratturi jeħtieġ josservaw sabiex ikunu konformi mall-liġijiet nazzjonali jikkonċernaw, fost affarijiet oħra, id-dimensjoni u l-massa tagħhom, l-irregolar tal-ħeffa tal-moviment, il-protezzjoni tal-komponenti tal-apparat għat-trasmissjoni tal-forza, projezzjonijiet u roti, kontroll tal-brejkijiet għal vetturi irmunkati, il-ħġieġ ta’ quddiem ta’ vetturi u tqegħid ta’ ħġieġ ieħor, l-igganċjar mekkaniku bejn trattur u vettura irmunkata u l-post fejn, u s-sistema kif, jitwaħħlu pjanċi statutorji u simboli mall-bodi tat-trattur;

Billi dawk il-kundizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk bżonnjuz illi l-istess kundizzjonijiet jiġu adottati mill-Istati Membri kollha, jew b’żieda jew minflok ir-regolamenti eżistenti, sabiex, b’mod partikulari, tiġi permessa l-implimentazzjoni, għal kull tip ta’ trattur, tal-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip KEE kif hemm maħsub fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fejn jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija [4], hekk kif kien emendat l-aħħar bid-Direttiva 82/890/KEE [5];

Billi fejn jirrigwarda, b’mod partikulari, il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu ma’ ħġieġ għas-sigurtà- il-windscreens u t-tqegħid ta’ ħġieġ ieħor - huwa xieraq li jiġu mħaddna dawk il-kundizzjonijiet, b’xi emendi, adottati mill-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha numru 43 (Provvedimenti uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ ħġieġ għas-sigurtà u materjali relatati) li jiffurmaw addendum għall-ftehim tal-20 ta’ Marzu 1958 li jittratta dwar l-adozzjoni ta’ kundizzjonijiet uniformi ta’ approvazzjoni u għalhekk rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjoni għal tagħmir u partijiet tal-vettura bil-mutur [6],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Trattur (għall-agrikoltura jew għall-forestrija) jfisser kull vettura bil-mutur mgħammra b’roti jew ċineg bla tarf u li jkollha mill-anqas żewġ fusien li l-funzjoni prinċipali tagħha hija fis-saħħa tal-qawwa tal-ġbid u li hija ddisinjata b’mod speċjali sabiex timbotta, iġġorr jew tforni l-energija lill-għodda, makkinarju jew karrijiet intiżi għall-użu agrikolu jew forestali. Tista’ tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija u passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi hekk kif spjegat fil-paragrafu 1 li huma mgħammra b’tajers pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u veloċità disinjata massima ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa.

L-Artikolu 2

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta approvazzjoni tat-tip KEE jew tat-tip nazzjonali ta’ trattur jew jirrifjuta li tiġi reġistrata jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew użu ta’ trattur għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’:

- u masses li jiġu rmonkati,

- tal-ħeffa tal-moviment u protezzjoni tal-komponenti tal-apparat għat-trasmissjoni tal-forza, projezzjonijiet u roti,

- u ħġieġ ieħor,

- mekkaniku bejn trattur u vettura rmunkata, li jinkludi t-tagħbija vertikali fuq il-post tal-igganċjar,

- fejn, u s-sistema kif, jitwaħħlu pjanċi statutorji u simboli mal-bodi tat-trattur;

- tal-brejkijiet għal vetturi rmunkati,

fejn dawn huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Annessi relatati ma’ dan u fejn il-ħġieġ ta’ quddiem ta’ vetturi u ħġieġ ieħor jew l-igganċjar mekkaniku juru marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE.

2. Permezz ta’ deroga mill-provvedimenti ta’ paragrafu 1 dwar l-użu tat-trattur, Stati Membri jistgħu, għal raġunijiet li jikkonċernaw massa (jew masses) li jiġu rmunkati, jkomplu japplikaw il-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom li jirriflettu b’mod partikolari il-bżonnijiet speċjali relatati man-natura tal-għamla tal-art fit-territorju tagħhom, fil-limiti tal-mases li jiġu rmunkati hekk kif elenkati f’sezzjoni 2.2 ta’ l-Anness 1 sakemm dan ma jinvolviex tibdiliet fit-trattur jew inkella approvazzjoni tat-tip nazzjonali oħra.

L-Artikolu 3

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent għal kull tip ta’ windscreens jew ħġieġ ieħor u/jew igganċjar mekkaniku li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kostruzzjoni u ittestjar hekk kif stipulati f’L-Annessi III u/jew IV.

2. L-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip KEE għal komponent għandu jieħu l-miżuri li hemm bżonn sabiex jivverifika, sakemm jinħtieġ u jekk hemm bżonn b’koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli tal-produzzjoni huma konformi mat-tip approvat. Tali verifika tkun limitata għal testijiet magħmulin fil-post.

L-Artikolu 4.

1. Stati Membri għandhom, għal kull tip ta’ windscreens jew ħġieġ ieħor jew igganċjar mekkaniku li japprovaw konformi ma’ l-Artikolu 3, joħorġu lill manifattur tat-trattur, windscreens jew igganċjar mekkaniku jew lir-rappreżentant awtorizżat tiegħu, marka li turi li l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent u li jikkonforma mal-mudelli murija f’L-Annessi III jew IV.

2. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ma jħallux li jintużaw sinjali li jistgħu jikkrejaw konfużjoni bejn it-tip ta’ tagħmir li jkun ġie mogħti approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent skond l-Artikolu 3 u tagħmir ta’ tip ieħor.

L-Artikolu 5

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ windscreens u ħġieġ ieħor jew igganċjar mekkaniku fuq il-bażi tal-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn marka li turi li l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent.

2. Madankollu Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ windscreens jew igganċjar mekkaniku li jkollu marka li turi li l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent li ma jkunux jikkonformaw mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma immedjatament l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu.

L-Artikolu 6

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom fi żmien xahar jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kopja taċ-certifikati tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent li eżempji tagħhom jidhru fl-Annessi III jew IV, mimlija għal kull tip ta’ windscreens jew igganċjar mekkaniku li huma japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.

L-Artikolu 7

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent isib illi numru ta’ windscreens jew igganċjar mekkaniku li jkollhom fuqhom l-istess marka li turi li l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent ma jkunux jikkonformaw mat-tip li jkun approva, għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu fejn hu neċessarju, fejn ikun hemm nuqqas serju u ripetut sabiex wieħed jikkonforma, iwasslu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti dwar xi Stat Membru ieħor li jonqos milli jikkonforma.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar mid-data ta’ kull irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent u dwar ir-raġuni għal din il-miżura.

L-Artikolu 8.

1. Kull deċiżjoni meħuda skond il-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex tiġi rifjutata jew irtirata l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent għal windscreens jew igganċjar mekkaniku jew sabiex jiġi ppojbit it-tqegħid tagħhom fuq is-suq jew użu, għandha turi fid-dettal ir-raġunijiet li fuqha ġiet ibbażata. Dawn id-deċiżjonijiet iridu jiġu avżati lill-parti konċernata, li fl-istess waqt għandha tiġi infurmata bir-rimedji disponibbli taħt il-liġijiet eżistenti fl-iStati Membri u fuq il-limiti taż-żmien ammissibbli għat-twettiq ta’ dawn ir-rimedji.

L-Artikolu 9.

1. Kull emenda neċessarja sabiex jiġu adattati l-ħtiġijiet tal-Annessi għal progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KE.

L-Artikolu 10.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonjiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1989. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bit-test tad-disposizzjonjiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 11.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU C 218, tas-17.8.1987, p,1

[2] ĠU C 281, tad-19.10.1987, p.180

[3] ĠU C 319, tat-30.11.1987, p.25

[4] ĠU No L 84, tat-28.3.1974, p.10

[5] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p.45

[6]

--------------------------------------------------

LIST OF ANNEXES

| | Page |

ANNEX I: | Dimensions and towable masses | 337 |

Appendix: | Annex to the EEC type-approval certificate | 339 |

ANNEX II: | Speed governor and protection of drive components, projections and wheels | 340 |

Appendix: | Annex to the EEC type-approval certificate | 353 |

ANNEX III A: | Windscreen and other glazing — Equipment requirements, definitions, application for component type-approval, component type-approval, markings, general specifications, tests and conformity of production | 354 |

Appendix: | Examples of component type-approval marks | 362 |

ANNEX III B: | Communication on EEC component type-approval, refusal of EEC component type-approval, extension of EEC component type-approval and withdrawal of component type-approval | 365 |

Appendix 1: | Toughened-glass windscreens | 366 |

Appendix 2: | Uniformly toughened-glass panes other than windscreens | 367 |

Appendix 3: | Laminated-glass windscreens | 368 |

Appendix 4: | Laminated-glass panes other than windscreens | 369 |

Appendix 5: | Glass-plastic windscreens | 370 |

Appendix 6: | Glass-plastic panes other than windscreens | 371 |

Appendix 7: | Double-glazed units | 372 |

Appendix 8: | Contents of the list of windscreens | 373 |

ANNEX III C: | General test conditions | 374 |

ANNEX III D: | Toughened-glass windscreens | 399 |

ANNEX III E: | Uniformly toughened-glass panes other than windscreens | 402 |

ANNEX III F: | Ordinary laminated-glass windscreens | 403 |

ANNEX III G: | Laminated-glass panes other than windscreens | 409 |

ANNEX III H: | Treated laminated-glass windscreens | 412 |

ANNEX III I: | Safety-glass panes faced with plastic material on the inside | 414 |

ANNEX III J: | Glass-plastic windscreens | 415 |

ANNEX III K: | Glass-plastic panes other than windscreens | 418 |

ANNEX III L: | Double-glazed units | 420 |

ANNEX III M: | Grouping of windscreens for component type-approval testing | 422 |

ANNEX III N: | Measurement of the heights of segment and position of the points of impact | 424 |

ANNEX III O: | Checks on conformity of production | 427 |

ANNEX III P: | Annex to the EEC type-approval certificate | 431 |

ANNEX IV: | Mechanical couplings between tractor and towed vehicle and the vertical load on the coupling point | 432 |

Appendix 1: | Drawings of mechanical coupling components | 436 |

Appendix 2: | Dynamic test method | 439 |

Appendix 3: | Coupling device static test method | 441 |

Appendix 4: | Component type-approval mark | 442 |

Appendix 5: | Model EEC component type-approval certificate | 443 |

Appendix 6: | Conditions for granting EEC type-approval | 444 |

Appendix 7: | Annex to the EEC type-approval certificate | 445 |

ANNEX V: | Location and method of affixing statutory plates and inscriptions on the body of the tractor | 446 |

Appendix: | Annex to the EEC type-approval certificate | 448 |

ANNEX VI: | Brake control of towed vehicles and brake coupling between the tractor and towed vehicles | 449 |

Appendix: | Annex to the EEC type-approval certificate | 450 |

--------------------------------------------------