|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 71/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 37d (id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
“kif emendat permezz ta’:
|
— |
32009 L 0131: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 273, 17.10.2009, p. 12).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/131/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.
(2) ĠU L 273, 17.10.2009, p. 12.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.