6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1398

tal-5 ta’ Ottubru 2020

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv tal-għalf għaż-żwiemel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 886/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni All-Technology Ireland Ltd.)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 kien awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 (2).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni mid-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv tal-għalf għaż-żwiemel li titlob li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Novembru 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet li s-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 ma għandux effett avvers fil-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati għas-saħħa tal-annimali, għas-saħħa tal-konsumaturi, jew għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv jenħtieġ li jitqies bħala irritant moderat tal-għajnejn u sensitizzatur potenzjali respiratorju u tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Peress li l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar id-doża minima ġdida proposta, jenħtieġ li jinżammu d-dożi preċedenti.

(5)

Il-valutazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Bħala konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv tal-għalf fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 886/2009 jitħassar.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 886/2009 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas- Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 66).

(3)   EFSA Journal 2019; 17(12):5918.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà.

4a1704

All-Technology Ireland Ltd.

Saccharomyces cerevisae

CBS 493.94

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Saccharomyces cerevisae CBS 493.94 li fih minimu ta’:

1 × 109 CFU/g addittiv

Forma ta’ trab u granulata

Żwiemel

—

1,6 × 109

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

26.10.2030

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tas-Saccharomyces cerevisae CBS 493.94

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ

bl-użu tal-ħmira tal-glukożju tal-kloramfenikol

estratt tal-agar (EN 15789:2009).

Identifikazzjoni: il-metodu tar-reazzjoni

katina bil-polimerażi (PCR) (CEN/TS 15790:2008)


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports