12004V/AFI/DCL/40

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi mal-Kostituzzjoni - Dikjarazzjonijiet rigward il-Protokoll dwar it-Trattat u l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka - 40.Dikjarazzjoni rigward il-Protokoll dwar id-disposizzjonijiet transitorji konnessi ma' l-istituzzjonijiet u mal-korpi ta' l-Unjoni

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0470 - 0471


40. Dikjarazzjoni rigward il-Protokoll dwar id-disposizzjonijiet transitorji konnessi ma' l-istituzzjonijiet u mal-korpi ta' l-Unjoni

Il-posizzjoni komuni li ser tittieħed mill-Istati Membri fil-konferenzi dwar l-adeżjoni ma' l-Unjoni tar-Rumanija u/jew tal-Bulgarija fir-rigward ta' l-allokazzjoni ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew u ta' l-ippeżar tal-voti fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill ser tkun kif ġej.

1. Jekk l-adeżjoni ma' l-Unjoni tar-Rumanija u/jew tal-Bulgarija sseħħ qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew prevista fl-Artikolu I-20(2) tal-Kostituzzjoni, l-allokazzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew matul il-leġislatura parlamentari 2004-2009 ser tkun skond it-tabella ta' hawn taħt għal Unjoni ta' 27 Stat Membru.

Stati Membri | SIĠĠIJIET FIL-PE |

Ġermanja | 99 |

Renju Unit | 78 |

Franza | 78 |

Italja | 78 |

Spanja | 54 |

Polonja | 54 |

Rumanija | 35 |

Olanda | 27 |

Greċja | 24 |

Repubblika Ċeka | 24 |

Belġju | 24 |

Ungerija | 24 |

Portugall | 24 |

Svezja | 19 |

Bulgarija | 18 |

Awstrija | 18 |

Slovakkja | 14 |

Danimarka | 14 |

Finlandja | 14 |

Irlanda | 13 |

Litwanja | 13 |

Latvja | 9 |

Slovenja | 7 |

Estonja | 6 |

Ċipru | 6 |

Lussemburgu | 6 |

Malta | 5 |

TOTAL | 785 |

Għaldaqstant it-Trattat ta' l-Adeżjoni ma' l-Unjoni, b'deroga mill-Artikolu I-20(2) tal-Kostituzzjoni, ser jipprovdi li n-numru tal-membri tal-Parlament Ewropew jista' temporanjament jaqbeż is-750 għall-bqija tal-leġislatura Parlamentari 2004-2009.

2. Fl-Artikolu 2(2) tal-Protokoll dwar id-disposizzjonijiet transitorji rigward l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni, l-ippeżar tal-voti tar-Rumanija u tal-Bulgarija fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill ser ikunu stabbiliti bħala 14 u 10 rispettivament.

3. Ma' kull adeżjoni, l-livell previst fil-Protokoll dwar id-disposizzjonijiet transitorji rigward l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni għandu jiġi kkalkolat skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(3) ta' dak il-Protokoll.

--------------------------------------------------