|
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/43 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1646
tat-13 ta' Lulju 2018
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u f'applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dan ir-Regolament jistiupla l-informazzjoni li l-awtorità kompetenti għandha tirċievi flimkien ma' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' amministratur tal-paramentri referenzjarji, skont il-karatteristiċi tal-applikant jew tal-parametri referenzjarji pprovduti u intiżi għall-użu fl-Unjoni. Din l-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tippromwovi proċess komuni u konsistenti madwar l-Unjoni. |
|
(2) |
Huwa importanti għall-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni stipulata f'dan ir-Regolament biex tkun tista' tivvaluta jekk l-arranġamenti stabbiliti mill-applikant għall-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2016/1011. |
|
(3) |
Sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivvaluta jekk hemmx xi kunflitti ta' interess li jinbtu mill-attività tal-parametru referenzjarju u l-interessi kummerċjali tas-sidien tal-applikant jistgħux jaffettwaw l-indipendenza ta' dak l-applikant fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju u b'hekk ifixklu l-preċiżjoni u l-integrità tal-parametru referenzjarju, jenħtieġ li l-applikant ikun meħtieġ jissottometti informazzjoni rigward l-attivitajiet tas-sidien tiegħu u s-sjieda tal-impriżi ommijiet tiegħu. |
|
(4) |
L-applikant għandu jagħti informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-funzjonament u l-indipendenza, fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju, tal-korpi li jiggvernawh sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivvaluta jekk l-istruttura ta' governanza korporattiva tiżgurax l-indipendenza tal-applikant fil-kalkolu ta' parametru referenzjarju u l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. |
|
(5) |
L-applikant għandu jagħti informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri tiegħu rigward l-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-mitigazzjoni u d-divulgazzjoni ta' kunflitti ta' interess b'rabta mal-attività tiegħu tal-provvediment ta' parametri referenzjarji jew familji ta' parametri referenzjarji. Għal parametri referenzjarji ta' importanza kritika, minħabba l-importanza sistemika ikbar li għandhom, jenħtieġ li applikant jagħti lill-awtorità kompetenti inventarju aġġornat tal-kunflitti ta' interess eżistenti, flimkien ma' spjegazzjoni ta' kif dawn jiġu ġestiti. |
|
(6) |
Biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tevalwa l-pertinenza u r-robustezza tal-istruttura ta' kontroll intern u l-qafas ta' sorveljanza u akkontabilità, jenħtieġ li l-applikant jipprovdi l-politiki u l-proċeduri tal-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-provvediment ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tivvaluta jekk dawn il-politiki u l-proċeduri jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/1011. |
|
(7) |
Jenħtieġ li tkun ukoll inkluża fl-applikazzjoni informazzjoni biex turi lill-awtorità kompetenti li l-kontrolli fuq id-data tal-input użati biex jiddeterminaw il-parametri referenzjarji pprovduti mill-applikant huma adegwati biex jiżguraw ir-rappreżentattività, l-akkuratezza u l-integrità ta' tali data, u li l-metodoloġija applikata għall-kalkolu tal-parametri referenzjarji jkollhom il-karatteristiċi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) 2016/1011. |
|
(8) |
Biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivvaluta kemm parametru referenzjarju tassew jirrappreżenta r-realtà ekonomika li huwa intiż li jkejjel, jenħtieġ li l-applikant jagħti lill-awtorità kompetenti deskrizzjoni tal-parametru referenzjarju jew il-familja ta' parametri referenzjarji pprovduti jew intiżi li jiġu pprovduti u t-tip ta' parametru referenzjarju li jappartjenu għalih, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1011. It-tip li parametru referenzjarju jappartjeni għalih għandu jiġi vvalutat skont l-aħjar għarfien tal-applikant u jenħtieġ li jiġi pprovdut flimkien ma' indikazzjoni tas-sorsi ta' data użati, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem kemm l-informazzjoni sottostanti hija affidabbli u eżawrjenti. |
|
(9) |
Il-kontenut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni meta l-applikant ikun persuna fiżika għandu jkun imniżżel speċifikament għax l-arranġament organizzattiv tal-amministratur se jkun differenti ħafna minn dak ta' persuni ġuridiċi. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
|
(11) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-amministraturi jingħataw biżżejjed ħin biex iħejju l-applikazzjonijiet u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u mal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika xahrejn wara li jkun daħal fis-seħħ. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rekwiżiti ġenerali
1. Applikazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandu jkun fiha, skont kif ikun xieraq, informazzjoni li tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
entrati mniżżlin fl-Anness I, meta l-applikant ikun persuna ġuridika li qed tapplika għall-awtorizzazzjoni; |
|
(b) |
entrati mniżżlin fl-Anness II, meta l-applikant ikun persuna ġuridika li qed tapplika għar-reġistrazzjoni; |
|
(c) |
entrati mniżżlin fl-Anness I, meta l-applikant ikun persuna naturali li qed tapplika għall-awtorizzazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni mniżżla fil-punti (c), (f), (h) u (i) tal-paragrafu 1 tal-Anness I; |
|
(d) |
entrati mniżżlin fl-Anness II, meta l-applikant ikun persuna naturali li qed tapplika għar-reġistrazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni mniżżla fil-punti (c), (f), (h) u (i) tal-paragrafu 1 tal-Anness II. |
2. L-applikazzjoni jista' jkun fiha informazzjoni fil-livell ta' familja ta' parametri referenzjarji biss meta l-ebda wieħed mill-parametri referenzjarji fil-familja ma jkun inkluż fil-lista ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika stabbilita f'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011.
3. Meta l-applikant ikun naqas milli jipprovdi xi informazzjoni meħtieġa, l-applikazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni ta' għala dik l-informazzjoni ma ngħatatx.
4. L-applikant ma għandux ikun meħtieġ jipprovdi l-informazzjoni mniżżla fil-punti minn (f) sa (j) tal-paragrafu 1 tal-Anness I jew l-Anness II, skont kif ikun applikabbli, sa fejn l-applikant diġà jkun sorveljat fl-Istat Membru mill-istess awtorità kompetenti għal attivitajiet oħrajn minbarra l-provvediment ta' parametri referenzjarji.
Artikolu 2
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal tipi ta' parametri referenzjarji
1. Għal kull parametru referenzjarju mhux sinifikanti li jipprovdi, applikant jista' jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 6 tal-Anness I jew, meta jkun applikabbli, mill-paragrafu 6 tal-Anness II fil-forma ta' sommarju.
2. Entitajiet mhux taħt superviżjoni li jipprovdu parametri referenzjarji ta' importanza kritika u sinifikanti għandhom jippreżentaw l-informazzjoni mniżżla fl-Anness I.
3. Entitajiet taħt superviżjoni li jipprovdu biss parametri referenzjarji li mhumiex ta' importanza kritika għandhom jippreżentaw l-informazzjoni mniżżla fl-ewwel kolonna tal-Anness II.
4. Applikant li jipprovdi biss parametri referenzjarji li mhumiex sinifikanti għandu jippreżenta l-informazzjoni mniżżla fit-tieni kolonna tal-Anness II.
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 4, applikant li jipprovdi biss parametri referenzjarji ta' data regolata ma għandux jippreżenta l-informazzjoni mniżżla fil-punti 5(c), 6(a)(iii) u 6(a)(iv) tal-Anness I u l-Anness II.
6. Applikant li jipprovdi biss parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax għandu jippreżenta l-informazzjoni mniżżla fl-Annessi ta' dan ir-Regolament u għandu jispeċifika kif ir-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1011 huma implimentati meta d-dispożizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1011 japplikaw flimkien ma', jew minflok, ir-rekwiżiti fit-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/1011, skont l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament.
7. Applikant li jipprovdi biss parametri referenzjarji tal-komoditajiet għandu jipprovdi l-informazzjoni mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jekk ikun entità mhux taħt superviżjoni jew jekk jipprovdi parametri referenzjarji ta' importanza kritika. Jekk huwa entità taħt superviżjoni u l-ebda mill-parametri referenzjarji li jipprovdi ma jkun ta' importanza kritika, huwa għandu jipprovdi l-informazzjoni mniżżla fl-ewwel kolonna tal-Anness II. L-applikant għandu jispeċifika kif ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1011 huma implimentati għal kwalunkwe parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II minflok it-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/1011 skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1011.
Artikolu 3
Informazzjoni speċifika rigward politiki u proċeduri
1. Kwalunkwe politiki u proċeduri pprovduti f'applikazzjoni għandhom jinkludu jew ikunu akkumpanjati minn:
|
(a) |
indikazzjoni tal-identità tal-persuna jew persuni responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni tal-politiki u l-proċeduri; |
|
(b) |
deskrizzjoni ta' kif il-konformità mal-politiki u l-proċeduri hija mmonitorjata u l-identità tal-persuni inkarigati minn dan il-monitoraġġ; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati f'każ ta' ksur tal-politiki u proċeduri; |
2. Applikant li huwa parti minn grupp jista' jikkonforma mal-paragrafu 1 billi jippreżenta l-politiki u l-proċeduri tal-grupp tiegħu meta dawn ikunu relatati mal-provvediment ta' parametri referenzjarji.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
Informazzjoni li trid tingħata f'applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/1011
1. INFORMAZZJONI ĠENERALI
|
(a) |
L-isem sħiħ tal-applikant u l-Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tiegħu. |
|
(b) |
Indirizz tal-uffiċċju fl-Unjoni Ewropea. |
|
(c) |
Status legali. |
|
(d) |
Sit web, jekk ikun hemm. |
|
(e) |
Fir-rigward tal-persuna ta' kuntatt għall-finijiet tal-applikazzjoni:
|
|
(f) |
Meta l-applikant ikun entità taħt superviżjoni, l-informazzjoni dwar l-istatus attwali ta' awtorizzazzjoni tiegħu, inklużi l-attivitajiet li għalihom huwa awtorizzat u l-awtorità kompetenti rilevanti tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu. |
|
(g) |
Deskrizzjoni tal-operat tal-applikant fl-Unjoni Ewropea, jekk huwiex soġġett jew le għar-regolamentazzjoni finanzjarja, b'relevanza għall-attività tal-forniment ta' parametri referenzjarji, flimkien ma' deskrizzjoni ta' fejn jitwettqu dawn l-operazzjonijiet. |
|
(h) |
Kull att ta' inkorporazzjoni, artikli ta' assoċjazzjoni jew dokumenti kostituzzjonali oħra. |
|
(i) |
Meta l-applikant ikun parti minn grupp, l-istruttura tal-grupp tiegħu flimkien ma' tabella li turi s-sjieda, li turi r-rabtiet bejn kull impriża omm u s-sussidjarji. L-impriżi u s-sussidjarji murija fit-tabella għandhom ikunu identifikati mill-isem sħiħ tagħhom, l-istatus legali u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew l-uffiċċju prinċipali. |
|
(j) |
Awtodikjarazzjoni ta' reputazzjoni tajba inklużi dettalji, jekk applikabbli, ta' kull:
|
|
(k) |
Għadd ta' parametri referenzjarji pprovduti. |
2. STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI U GOVERNANZA
|
(a) |
Struttura organizzazzjonali interna fir-rigward tal-bord tad-diretturi, kumitati tal-ġestjoni superjuri, funzjoni ta' sorveljanza u kull korp intern ieħor li jeżerċita funzjonijiet ta' ġestjoni sinifikanti involut fil-provvediment ta' parametru referenzjarju, fosthom:
|
|
(b) |
Proċeduri li jiżguraw li l-impjegati tal-amministratur, u kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu, u li huma direttament involuti fil-forniment ta' parametru referenzjarju, ikollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u li joperaw b'rispett tad-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/1011; |
|
(c) |
L-għadd ta' impjegati (temporanji u permanenti) involuti fil-forniment ta' parametru referenzjarju. |
3. KUNFLITTI TA' INTERESS
|
(a) |
Politiki u proċeduri li jindirizzaw:
|
|
(b) |
Għal parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, lista ta' kull kunflitt ta' interess materjali identifikat, flimkien mal-miżuri ta' mitigazzjoni rispettivi. Għal kull parametru referenzjarju ta' importanza kritika, inventarju aġġornat ta' kunflitti ta' interess reali u potenzjali flimkien mal-miżuri ta' mitigazzjoni rispettivi. |
|
(c) |
L-istruttura tal-politika ta' remunerazzjoni, li tispeċifika l-kriterji użati biex tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni tal-persuni involuti direttament jew indirettament fl-attività tal-forniment tal-parametri referenzjarji. |
4. STRUTTURA TA' KONTROLL INTERN, QAFAS TA' SORVELJANZA U RESPONSABILITÀ
|
(a) |
Politiki u proċeduri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-forniment ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, inklużi dawk relatati ma:
|
|
(b) |
Pjanijiet ta' kontinġenza għad-determinazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' parametru referenzjarju fuq bażi temporanja, inklużi l-kontinwità tal-operat, u pjanijiet ta' rkupru minn diżastri. |
|
(c) |
Proċeduri għar-rappurtar intern tal-ksur tar-Regolament (UE) 2016/1011 mill-maniġers, impjegati u persuni fiżiċi oħrajn li s-servizzi tagħhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-applikant jew taħt il-kontroll tiegħu. |
5. DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI REFERENZJARJI JEW FAMILJI TA' PARAMETRI REFERENZJARJI FORNUTI
|
(a) |
Deskrizzjoni tal-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji fornuti jew li l-applikant beħsiebu jforni u t-tip li l-parametru referenzjarju jappartjeni għalih, sa fejn ikun jaf l-applikant u filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1011, flimkien ma' indikazzjoni tas-sorsi użati biex jiddeterminaw it-tip ta' parametru referenzjarju. |
|
(b) |
Deskrizzjoni tas-suq sottostanti jew ir-realtà ekonomika li l-parametru referenzjarju jew il-familja ta' parametri referenzjarji huma intiżi li jkejlu, flimkien ma' indikazzjoni tas-sorsi użati biex tingħata din id-deskrizzjoni. |
|
(c) |
Deskrizzjoni tal-kontributuri għal parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, flimkien mal-kodiċi ta' kondotta kif deskritt fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2016/1011 u għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika, l-isem u l-post tal-kontributuri. |
|
(d) |
Informazzjoni dwar miżuri biex jindirizzaw korrezzjonijiet fid-determinazzjoni jew il-pubblikazzjoni ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji. |
|
(e) |
Informazzjoni dwar il-proċedura li trid issir mill-amministratur fil-każ ta' bidliet jew fit-tmiem ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji f'konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011. |
6. DATA TAL-INPUT U METODOLOĠIJA
|
(a) |
Għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, il-politiki u l-proċeduri fir-rigward tad-data tal-input, inkluża dik relatata ma':
|
|
(b) |
Għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, fir-rigward tal-metodoloġija:
|
7. ESTERNALIZZAZZJONI
Meta attività li tifforma parti mill-proċess għall-forniment ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji tiġi esternalizzata:
|
(a) |
l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni relevanti, inklużi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz, li juru konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1011; |
|
(b) |
dettalji tal-funzjonijiet esternalizzati sakemm din l-informazzjoni ma tkunx diġà inkluża fil-kuntratti rilevanti; |
|
(c) |
politiki u proċeduri rigward is-sorveljanza tal-attivitajiet esternalizzati. |
8. INFORMAZZJONI OĦRA
|
(a) |
L-applikant jista' jagħti kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relevanti għall-applikazzjoni tiegħu li huwa jqis xierqa. |
|
(b) |
L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni rekwiżita bil-mod u fil-forma stipulati mill-awtorità kompetenti. |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1637 tat-13 ta' Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-proċeduri u l-karatteristiċi tal-funzjoni ta' sorveljanza (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1641 tat-13 ta' Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-amministraturi ta' parametri referenzjarji ta' importanza kritika jew sinifikanti dwar il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju, ir-rieżami u l-approvazzjoni interni tal-metodoloġija u dwar il-proċeduri biex isir tibdil materjali fil-metodoloġija (ara l-paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS II
Informazzjoni li trid tingħata f'applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/1011
|
|
“A” tfisser “Applikabbli” |
|
|
“N/A” tfisser “Mhux applikabbli” |
|
Entrata fl-Anness I |
Entitajiet taħt superviżjoni li jipprovdu biss parametri referenzjarji mhux ta' importanza kritika |
Entitajiet li jipprovdu biss parametri referenzjarji mhux ta' importanza kritika |
|
|
1) Informazzjoni ġenerali |
|||
|
1(a) |
Isem sħiħ |
A |
A |
|
1(b) |
Indirizz |
A |
A |
|
1(c) |
L-istatus legali |
A |
A |
|
1(d) |
Sit web |
A |
A |
|
1(e) |
Persuna ta' kuntatt |
A |
A |
|
1(f) |
Status ta' awtorizzazzjoni attwali |
A (1) |
A (1) għal entitajiet taħt superviżjoni N/A għal entitajiet mhux taħt superviżjoni |
|
1(g) |
Operazzjonijiet imwettqa |
A (1) |
A (1) |
|
1(h) |
Dokumenti kostituzzjonali |
A (1) |
A (1) |
|
1(i) |
Struttura tal-grupp |
A (1) |
A (1) |
|
1(j) |
Awtodikjarazzjoni ta' reputazzjoni tajba |
A (1) |
A (1) |
|
1(k) |
Għadd ta' parametri referenzjarji |
A |
A |
|
2) Struttura organizzazzjonali u governanza |
|||
|
2(a) |
Struttura organizzazzjonali interna |
A |
A |
|
2(b) |
Impjegati |
A |
A |
|
2(c) |
Riżorsi umani |
A |
N/A |
|
3) Kunflitti ta' interess |
|||
|
3(a) |
Politiki u proċeduri |
A (2) |
A (2) fil-forma ta' sommarju |
|
3(b) |
Kunflitti ta' interess materjali |
A |
N/A |
|
3(c) |
Struttura ta' remunerazzjoni |
A |
A |
|
4) Struttura ta' kontroll intern, qafas ta' sorveljanza u responsabilità |
|||
|
4(a) |
Politiki u proċeduri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-forniment ta' parametru referenzjarju |
A |
A (3) fil-forma ta' sommarju |
|
4(b) |
Arranġamenti interni għad-determinazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' parametru referenzjarju |
A |
A fil-forma ta' sommarju |
|
4(c) |
Rappurtar intern ta' ksur |
A |
A fil-forma ta' sommarju |
|
5) Deskrizzjoni tal-parametri referenzjarji pprovduti |
|||
|
5(a) |
Deskrizzjoni |
A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
5(b) |
Suq sottostanti |
A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
5(c) |
Kontributuri |
A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
5(d) |
Korrezzjonijiet |
A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
5(e) |
Bidliet jew tmiem |
A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
6) Data tal-input u metodoloġija |
|||
|
6(a)(i) |
Deskrizzjoni tad-data tal-input użata |
A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
6(a)(ii) |
Data tal-input — suffiċjenti, xierqa u verifikabbli |
A A (4) |
A (5) fil-forma ta' sommarju |
|
6(a)(iii) |
Kontributuri |
A A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
6(a)(iv) |
Evalwazzjoni tad-data tal-input tal-kontributuri u l-validazzjoni tad-data tal-input. |
A (6) |
N/A |
|
6(b)(i) |
Deskrizzjoni tal-metodoloġija |
A A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
6(b)(ii)(1) |
Validazzjoni/Rieżami |
A A (4) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
6(b)(ii)(2) |
Bidliet materjali |
A (6) |
N/A |
|
7) Esternalizzazzjoni |
|||
|
7(a) |
Kuntratti |
A (6) |
N/A |
|
7(b) |
Funzjonijiet esternalizzati |
A (6) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
7(c) |
Kontroll |
A (6) |
A fil-forma ta' sommarju |
|
8) Oħrajn |
|||
|
8(a) |
Informazzjoni addizzjonali |
A |
A |
|
8(b) |
Forma |
A |
A |
(1) Sakemm ma jkunx diġà ssorveljat mill-istess awtorità kompetenti għal attivitajiet oħra minbarra l-forniment ta' parametri referenzjarji.
(2) Applikant jista' jagħżel li ma jipprovdix informazzjoni relatata mal-punt 3(a)(iii) tal-Anness I, fir-rigward ta' parametru referenzjarju sinifikanti jew mhux sinifikanti li jforni.
(3) Applikant jista' ma jipprovdix informazzjoni relatata mal-punt 4(a)(iii) tal-Anness I — bl-eċċezzjoni ta' informazzjoni dwar l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' funzjoni ta' sorveljanza permanenti — il punti 4(a)(iv) u 4(a)(v) tal-Anness I — għal xi informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar il-qafas ta' kontroll u ta' responsabbiltà — fir-rigward ta' parametru referenzjarju mhux sinifikanti li tforni.
(4) Entità taħt superviżjoni li tforni kemm parametri referenzjarji sinifikanti u mhux sinifikanti tista' tipprovdi tali informazzjoni f'forma ta' sommarju b'referenza għall-parametri referenzjarji mhux sinifikanti tagħha.
(5) Applikant jista' jagħżel li ma jipprovdix informazzjoni relatata rigward il-verifikabbiltà tad-data tal-input fir-rigward ta' parametru referenzjarju mhux sinifikanti li hu jforni.
(6) Entità taħt superviżjoni li tforni parametri referenzjarji sinifikanti u mhux sinifikanti tista' tipprovdi tali informazzjoni biss għall-parametri referenzjarji sinifikanti li tforni biss.